L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K2/2025
Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi naqas bʼ1.1 fil-mija bejn l-ewwel kwart u t-tieni kwart tal-2025.
Kien irreġistrat tnaqqis fil-fatturat tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (4.1 fil-mija), tal-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (2.0 fil-mija) u tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (0.4 fil-mija). Min-naħa l-oħra, l-akbar żieda kienet irreġistrata fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (22.3 fil-mija). Wara din, kien hemm żidiet fil-kummerċ bl-ingrossa (4.5 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (4.5 fil-mija), fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (3.4 fil-mija), fit-trasport u l-ħażna (1.5 fil-mija) u fil-kummerċ bl-imnut (1.4 fil-mija) (Tabella nru 1).
Bejn l-ewwel kwart u t-tieni kwart tal-2025, in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 3), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 7) telgħu bʼ0.9 fil-mija, bʼ1.3 fil-mija u bʼ0.3 fil-mija, rispettivament.
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Fit-tieni kwart tal-2025, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi rreġistra żieda taʼ 0.5 fil-mija fuq bażi annwali wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol.
Kienu rreġistrati żidiet fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (8.1 fil-mija), fit-trasport u l-ħażna (4.0 fil-mija), fil-kummerċ bl-imnut (2.6 fil-mija), fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (1.5 fil-mija), fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (0.9 fil-mija) u fil-kummerċ bl-ingrossa (0.5 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dan, kien hemm tnaqqis fil-fatturat tal-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (8.1 fil-mija), tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (5.5 fil-mija) u tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (0.4 fil-mija) (Tabella nru 2).
Meta mqabblin mat-tieni kwart tal-2024, l-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 6) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 8) żdiedu bi 3.5 fil-mija, bʼ7.3 fil-mija u bi 3.4 fil-mija, rispettivament.
Ċart nru 1. Il-fatturat annwali tas-servizzi aġġustat bil-jiem tax-xogħol
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
Tables
Methodological Notes
| NACE Section / Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours worked | Gross wages and salaries |
| G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 43.5 | 28.5 | 28.2 | 23.3 |
| G45 | Motor trade | 2.7 | 2.6 | 2.0 | 1.6 |
| G46 | Wholesale trade | 26.9 | 9.5 | 11.3 | 11.2 |
| G47 | Retail trade | 13.9 | 16.4 | 14.9 | 10.5 |
| H | Transportation and storage | 14.6 | 10.5 | 10.5 | 12.1 |
| I | Accommodation and food service activities | 4.0 | 15.1 | 13.7 | 10.1 |
| J | Information and communication | 15.1 | 8.8 | 9.8 | 15.7 |
| L | Real estate activities | 3.0 | 3.0 | 2.4 | 2.1 |
| M | Professional, scientific and technical activities | 12.6 | 15.3 | 14.0 | 18.1 |
| N | Administrative and support service activities | 7.2 | 18.8 | 21.4 | 18.6 |
| Total | 100.0 | 100.0 | 100.0 | 100.0 |
7. The calculation of the percentage changes from the indices table may slightly differ from the published percentage changes due to rounding.
8. More information relating to this news release may be accessed at:
9. A detailed news release calendar is available online.
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.
L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K2/2025
- Meta mqabbel maʼ K2 2024, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bʼ0.5 fil-mija.
- L-akbar żieda kienet irreġistrata fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (8.1 fil-mija).
- Meta mqabbel mal-istess kwart tal-2024, in-numru taʼ persuni impjegati, il-pagi u s-salarji gross, u s-sigħat maħduma telgħu bi 3.5 fil-mija, bʼ7.3 fil-mija u bi 3.4 fil-mija, rispettivament.
- Meta mqabbel maʼ K1 2025, il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun naqas bʼ1.1 fil-mija, bl-akbar tnaqqis seħħ fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (4.1 fil-mija).
