L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K2/2026
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi żdied bʼ7.6 fil-mija bejn l-ewwel kwart u t-tieni kwart tal-2026.
L-akbar żieda fil-fatturat kienet irreġistrata fil-kummerċ bl-ingrossa (38.5 fil-mija). Wara dan, kien hemm l-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (8.9 fil-mija), it-trasport u l-ħażna (4.2 fil-mija), l-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (3.2 fil-mija), l-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (3.1 fil-mija), il-kummerċ bl-imnut (1.8 fil-mija), u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (1.0 fil-mija). Min-naħa l-oħra, il-fatturat naqas fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi, u tekniċi (1.1 fil-mija) u fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (0.7 fil-mija) (Tabella nru 1).
Bejn l-ewwel u t-tieni kwart tal-2026, in-numru taʼ persuni impjegati niżel bʼ1.1 fil-mija (Tabella nru 3). Madankollu, kienet irreġistrata żieda taʼ 0.8 fil-mija kemm fil-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) kif ukoll fis-sigħat maħduma (Tabella nru 7).
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Matul it-tieni kwart tal-2026, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi rreġistra żieda taʼ 10.4 fil-mija fuq bażi annwali wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol.
Żidiet fil-fatturat kienu rreġistrati fil-kummerċ bl-ingrossa (30.9 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (10.3 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (8.2 fil-mija), fil-kummerċ bl-imnut (6.0 fil-mija), fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (4.9 fil-mija), fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni (4.3 fil-mija), fit-trasport u l-ħażna (2.6 fil-mija), u fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi, u tekniċi (0.6 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dawn, kien irreġistrat tnaqqis taʼ 4.3 fil-mija fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (Tabella nru 2).
Meta mqabblin mat-tieni kwart tal-2025, l-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 8) niżlu bi 2.9 fil-mija u bʼ1.2 fil-mija, rispettivament. Madankollu, il-pagi u s-salarji gross żdiedu bi 3.2 fil-mija (Tabella nru 6).
Tables
Methodological Notes
| NACE Section / Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours worked | Gross wages and salaries |
| G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 43.5 | 28.5 | 28.2 | 23.3 |
| G45 | Motor vehicles trade | 2.7 | 2.6 | 2.0 | 1.6 |
| G46 | Wholesale trade | 26.9 | 9.5 | 11.3 | 11.2 |
| G47 | Retail trade | 13.9 | 16.4 | 14.9 | 10.5 |
| H | Transportation and storage | 14.6 | 10.5 | 10.5 | 12.1 |
| I | Accommodation and food service activities | 4.0 | 15.1 | 13.7 | 10.1 |
| J | Information and communication | 15.1 | 8.8 | 9.8 | 15.7 |
| L | Real estate activities | 3.0 | 3.0 | 2.4 | 2.1 |
| M | Professional, scientific, and technical activities | 12.6 | 15.3 | 14.0 | 18.1 |
| N | Administrative and support service activities | 7.2 | 18.8 | 21.4 | 18.6 |
| Total | 100.0 | 100.0 | 100.0 | 100.0 |
10. The calculation of the percentage changes from the indices table may slightly differ from the published percentage changes due to rounding.
11. More information relating to this news release may be accessed at:
12. A detailed news release calendar is available online.
13. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
14. For further assistance send your request through our online request form.
L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K2/2026
- Meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2025, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bʼ10.4 fil-mija.
- L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-kummerċ bl-ingrossa (30.9 fil-mija).
- Meta mqabbel mal-istess kwart tal-2025, in-numru taʼ persuni impjegati u s-sigħat maħduma naqsu bi 2.9 fil-mija u bʼ1.2 fil-mija, rispettivament, filwaqt li l-pagi u s-salarji gross żdiedu bi 3.2 fil-mija.
- Il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun telaʼ bʼ7.6 fil-mija, bl-akbar żieda seħħet fil-kummerċ bl-ingrossa (38.5 fil-mija) meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2026.
