L-Innovazzjoni tan-Negozji: 2022-2024

PDF Aqsam
Abbona għall-aħħar aħbarijiet

Il-Punti ewlenin

  • In-nefqa fuq l-innovazzjoni għall-2024 kienet stmata għal €1.1 biljun.
  • L-intrapriżi fil-Manifattura (Taqsima tan-NACE C), fl-Informatika u l-komunikazzjoni (Taqsima tan-NACE J), u fil-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi (Taqsima tan-NACE G) kellhom l-akbar nefqa b’66.6, b’14.2 u b’4.3 fil-mija, rispettivament, tan-nefqa kollha fuq l-innovazzjoni.
  • 1,356 intrapriża li jħaddmu mill-inqas 10 persuni, jew 43.4 fil-mija tal-intrapriżi mistħarrġa, għamlu attivitajiet ta’ innovazzjoni.

Il-Kummentarju

Fl-2024, l-innovazzjoni tan-negozju kienet stmata għal €1.1 biljun. Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħti tagħrif miġbur mill-Istħarriġ dwar l-Innovazzjoni mmexxi mal-intrapriżi li jħaddmu 10 persuni jew aktar għall-perjodu ta’ tliet snin mill-2022 sal-2024.

Bejn l-2022 u l-2024, 1,356 intrapriża li jħaddmu mill-inqas 10 persuni, jew 43.4 fil-mija tal-intrapriżi mistħarrġa, għamlu attivitajiet ta’ innovazzjoni. Ir-riżultati juru li 570 intrapriża kienu involuti kemm fil-proċess tal-prodott kif ukoll f’dak tan-negozju, 562 intrapriża kienu involuti fl-innovazzjoni tal-proċess tan-negozju biss, 145 intrapriża kienu involuti biss fl-innovazzjoni tal-prodott, u 79 intrapriża għamlu riċerka u żvilupp (R u Ż) jew attivitajiet oħra ta’ innovazzjoni (Ċart nru 1).

Highchart

In-nefqa fuq l-innovazzjoni (minbarra r-R u Ż) kienet predominanti b’total ta’ €921.4 miljun (85.4 fil-mija). Warajha, kien hemm in-nefqa intramurali fuq ir-R u Ż, li kienet ta’ €96.0 miljun (8.9 fil-mija). L-intrapriżi fil-Manifattura (Taqsima tan-NACE C), l-Informatika u l-komunikazzjoni (Taqsima tan-NACE J), u l-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi (Taqsima tan-NACE G) kellhom l-akbar nefqa, li tirrappreżenta 66.6 fil-mija, 14.2 fil-mija u 4.3 fil-mija, rispettivament, tan-nefqa kollha fuq l-innovazzjoni (Tabella nru 2).

Fl-istħarriġ deher li 17.8 fil-mija tal-intrapriżi innovattivi kellhom mill-inqas arranġament wieħed ta’ kooperazzjoni ma’ intrapriżi jew organizzazzjonijiet oħra, li l-biċċa l-kbira minnhom (52.3 fil-mija) kellhom kooperazzjoni ma’ intrapriża ta’ negozju privat mis-settur tan-negozju (Tabella nru 3).

Kienu 11.9 fil-mija (373 intrapriża) l-intrapriżi mistħarrġa li applikaw għal dritt jew liċenzja ta’ proprjetà intellettwali. Il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi (237 intrapriża) applikaw għal trademark biss. Dawn kienu segwiti minn intrapriżi li applikaw għal aktar minn dritt wieħed ta’ proprjetà intellettwali (75 intrapriża) u dawk li użaw sigriet kummerċjali biss (34 intrapriża) (Tabella nru 4).

Kienu jgħoddu 40.6 fil-mija l-intrapriżi innovattivi li ma ħassewx il-ħtieġa li jdaħħlu aktar attivitajiet ta’ innovazzjoni fi ħdan l-intrapriża tagħhom, filwaqt li 23.5 fil-mija kellhom nuqqas ta’ riżorsi li fixkilhom milli jdaħħlu aktar attivitajiet ta’ innovazzjoni. 4.6 fil-mija tal-intrapriżi mhux innovattivi ma daħħlu fl-ebda attività ta’ innovazzjoni minħabba nuqqas ta’ riżorsi, filwaqt li l-maġġoranza (80.2 fil-mija) ma introduċew l-ebda attività ta’ innovazzjoni minħabba li ma kinitx meħtieġa (Tabella nru 5, Ċart nru 2).

Highcharts Chart

25.3 fil-mija tal-intrapriżi innovattivi kisbu b’suċċess finanzjament ta’ ishma jew ta’ dejn, b’terz minnhom (33.8 fil-mija) jużaw parzjalment jew kompletament dawn il-fondi għar-R u Ż jew attivitajiet oħra ta’ innovazzjoni (Tabella nru 6).

Mat-32.8 fil-mija tal-intrapriżi daħħlu innovazzjonijiet li naqqsu l-użu tal-enerġija jew l-impronta tal-karbonju fi ħdan l-intrapriża tagħhom. Warajhom kien hemm intrapriżi li rriċiklaw l-iskart, l-ilma, jew materjal għalihom jew għal bejgħ (31.4 fil-mija) (Tabella nru 7).

Mill-intrapriżi kollha, 37.7 fil-mija kienu jiffurmaw parti minn grupp ta’ intrapriżi, li minnhom 66.6 fil-mija kellhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom f’Malta, filwaqt li l-bqija tal-kumpaniji kellhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (UE), fil-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew fil-bqija tad-dinja, li jammontaw għal 15.5 fil-mija, 1.2 fil-mija u 16.7 fil-mija rispettivament (Tabella nru 8, Ċart nru 3).

Tables

Methodological Notes

1. The Community Innovation Survey (CIS) collects information about innovative activities carried out in a specific three-year period in the business sector. The target population is the minimum coverage requested, namely total enterprises with 10 employed persons or more.

2. The Survey is conducted in accordance with the Implementing Regulation (EU) 2022/1092 pursuant to the Regulation (EU) 2019/2152 of the European Parliament and of the Council, and the Oslo Manual (2018 edition).

3. The following activities (NACE Rev. 2) are included in the target population:

–   Mining and quarrying (NACE B: 05-09);
–   Manufacturing (NACE C: 10-33);
–   Electricity, gas, steam and air conditioning supply (NACE D: 35);
–   Water supply; sewerage, waste management and remediation activities (NACE E: 36-39);
–   Wholesale trade, except of motor vehicles and motorcycles (NACE 46);
–   Transportation and storage (NACE H: 49-53);
–   Information and communication (NACE J: 58-63);
–   Financial and insurance activities (NACE K: 64-66);
–   Architectural and engineering activities; technical testing and analysis (NACE 71);
–   Scientific research and development (NACE 72);
–   Advertising and market research (NACE 73).

Additional coverage was also conducted for the following non-core activities:

–   Agriculture, forestry and fishing (NACE A: 01-03);
–   Construction (NACE F: 41-43);
–   Wholesale and retail trade and repair of motor vehicles and motorcycles (NACE 45);
–   Retail trade, except of motor vehicles and motorcycles (NACE 47);
–   Accommodation and food service activities (NACE I: 55-56);
–   Real estate activities (NACE L: 68);
–   Legal and accounting activities (NACE 69);
–   Activities of head offices; management consultancy activities (NACE 70);
–   Other professional, scientific and technical activities (NACE 74);
–   Veterinary activities (NACE 75);
–   Administrative and support service activities (NACE N: 77-82).

4. Enterprises with innovation expenditure by industry and type (table 2). Research and Development (R&D) Intramural Expenditure reported (table 2) is collected from the CIS 2024, which due to difference in the coverage of the survey is to be used only for the compilation for the total innovation expenditure for 2024. Actual R&D expenditure for 2024 should be taken from News Release 132/2026 – Research and Development in Malta: 2024.

5.  Definitions:

• Total enterprises:
      • Enterprises with innovation activity
           • Product and/or business process innovation
                • Product innovators only
                • Business process innovators only
                • Both product and business process innovation
           • Enterprises with completed, abandoned and/or ongoing innovation activity and/or R&D

      • Non-innovative enterprises
           • Enterprises which did not record any innovation activity in the reference years

–  A product innovation is a new or improved good or service that differs significantly from the firm’s previous goods or services and which has been implemented on the market. It includes significant changes to the design of a good and digital goods or services while excludes the simple re-sale of new goods and changes of a solely aesthetic nature.

– A business process innovation is a new or improved business process for one or more business functions that differs significantly from the firm’s previous business processes and which has been implemented within the firm.

Business Innovation Expenditure

– R&D performed in-house is undertaken by the enterprise to create new knowledge or solve scientific or technical problems. This includes current expenditures (i.e.) labour costs and capital expenditures on buildings, machinery, equipment and software specifically for R&D.

– R&D contracted out: The enterprise contracted out R&D to other enterprises (including enterprises in same group) or to public or private research organisations.

– Other innovation expenditure consists of all other activities related to the development of new or significantly improved products and processes. This includes own personnel working on innovation; services, materials, supplies purchased from others for innovation; capital goods for innovation (acquisition of machinery, equipment, software, IPRs, buildings etc.); and other expenditures.

6. More information relating to this news release may be accessed at:

Statistical Concepts
Metadata
Classifications

7. A detailed news release calendar is available online.

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. For further assistance send your request through our online request form.

Skip to content