Home » L-Innovazzjoni tan-Negozji: 2020-2022
Bejn l-2020 u l-2022, 840 intrapriża, jew 29.0 fil-mija tal-intrapriżi mistħarrġa, wettqu attivitajiet ta’ innovazzjoni. Ir-riżultati juru li 308 intrapriżi kienu involuti kemm fil-proċess tal-prodott kif ukoll f’dak tan-negozju, 417-il intrapriża kienu involuti fl-innovazzjoni tal-proċess tan-negozju biss, 74 intrapriża kienu involuti biss fl-innovazzjoni tal-prodott, u 41 intrapriża wettqu r-Riċerka u l-Iżvilupp (R u Ż) jew attivitajiet oħra ta’ innovazzjoni (Ċart nru 1).
No Data Found
In-nefqa fuq l-innovazzjoni (minbarra r-R u Ż) kienet predominanti b’total ta’ €726.2 miljun (86.8 fil-mija). Warajha, kien hemm in-nefqa intramurali fuq ir-R u Ż, li kienet ta’ €58.5 miljun (7.0 fil-mija). L-intrapriżi fil-Manifattura (Taqsima tan-NACE C), l-Informatika u l-komunikazzjoni (Taqsima tan-NACE J), u l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (Taqsima tan-NACE M) kienu jirrappreżentaw l-akbar nefqa sħiħa, li tirrappreżenta 73.5 fil-mija, 17.3 fil-mija u 4.7 fil-mija, rispettivament, tan-nefqa kollha fuq l-innovazzjoni (Tabella nru 2).
Fl-istħarriġ deher li 16.3 fil-mija tal-intrapriżi innovattivi kellhom mill-inqas arranġament wieħed ta’ kooperazzjoni ma’ intrapriżi jew organizzazzjoni oħra, li l-biċċa l-kbira minnhom (38.0 fil-mija) kellhom kooperazzjoni ma’ intrapriża ta’ negozju privat barra mill-grupp ta’ intrapriżi (Tabella nru 3).
Kienu 9.1 fil-mija tal-intrapriżi (264 intrapriża) mistħarrġa li applikaw għal dritt jew liċenzja ta’ proprjetà intellettwali. Il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi (116-il intrapriża) applikaw għal trademark biss. Dawn kienu segwiti minn intrapriżi li applikaw għal aktar minn dritt wieħed ta’ proprjetà intellettwali (81 intrapriża) u dawk li użaw sigriet kummerċjali biss (45 intrapriża) (Tabella nru 4).
Kienu jgħoddu 43.8 fil-mija l-intrapriżi innovattivi li ma ħassewx il-ħtieġa li jdaħħlu aktar attivitajiet ta’ innovazzjoni fi ħdan l-intrapriża tagħhom, filwaqt li 20.1 fil-mija kellhom nuqqas ta’ riżorsi li fixkilhom milli jdaħħlu aktar attivitajiet ta’ innovazzjoni. 3.9 fil-mija tal-intrapriżi mhux innovattivi ma daħħlu fl-ebda attività ta’ innovazzjoni minħabba nuqqas ta’ riżorsi, filwaqt li l-maġġoranza (84.6 fil-mija) ma introduċew l-ebda attività ta’ innovazzjoni minħabba li ma kinitx meħtieġa (Tabella nru 5, Ċart nru 2).
No Data Found
17.1 fil-mija tal-intrapriżi innovattivi kisbu b’suċċess finanzjament ta’ ishma jew ta’ dejn, bi kważi tnejn minn kull ħamsa (38.6 fil-mija) minnhom jużaw parzjalment jew kompletament dawn il-fondi għar-R u Ż jew attivitajiet oħra ta’ innovazzjoni (Tabella nru 6).
Mas-26.9 fil-mija tal-intrapriżi daħħlu innovazzjonijiet li naqqsu l-użu tal-enerġija jew l-impronta tal-karbonju fi ħdan l-intrapriża tagħhom. Warajhom kien hemm intrapriżi li naqqsu l-użu tal-materjal jew tal-ilma għal kull unità ta’ produzzjoni (25.4 fil-mija) (Tabella nru 7).
Mill-intrapriżi kollha, 40.3 fil-mija kienu jiffurmaw parti minn grupp ta’ intrapriżi, li minnhom 70.5 fil-mija kellhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f’Malta, filwaqt li l-bqija tal-kumpaniji kellhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fl-Unjoni Ewropea (UE), fil-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) jew fil-bqija tad-dinja, li jammontaw għal 14.6 fil-mija, 0.9 fil-mija u 14.1 fil-mija rispettivament (Tabella nru 8, Ċart nru 3).
1. The Community Innovation Survey (CIS) collects information about innovative activities carried out in a specific three-year period in the business sector. The target population is the minimum coverage requested, namely total enterprises with 10 employed persons or more.
2. The Survey is conducted in accordance with the Implementing Regulation (EU) 2022/1092 pursuant to the Regulation (EU) 2019/2152 of the European Parliament and of the Council, and the Oslo Manual (2018 edition).
3. The following activities (NACE Rev. 2) are included in the target population:
Additional coverage was also conducted for the following non-core activities:
4. Enterprises with innovation expenditure by industry and type (table 2):
4.1 Research and Development (R&D) Intramural Expenditure reported (table 2) is collected from the CIS 2022, which due to difference in the coverage of the survey is to be used only for the compilation for the total innovation expenditure for 2022. Actual R&D expenditure for 2022 should be taken from News Release 131/2024 – Research and Development in Malta: 2022.
4.2.1 Other manufacturing includes NACE divisions:
4.2.2. Other non-manufacturing includes NACE divisions:
5. Definitions:
6. More information relating to this news release may be accessed at:
Statistical Concepts
Metadata
Classifications
7. A detailed news release calendar is available online.
8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
9. For further assistance send your request through our online request form.