Home » L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): 2017-2023
Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħti r-riżultati tal-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS). Dan l-istħarriġ, li jsir kull tliet xhur mal-intrapriżi, jagħti għarfien dwar id-domanda għax-xogħol billi jistma l-għadd ta’ postijiet vakanti u postijiet mimlijin.
Postijiet tax-xogħol vakanti
Fir-raba’ kwart tal-2023, kien hemm b’kollox 7,656 post vakant fʼintrapriżi li jħaddmu persuna waħda jew aktar. Dan l-ammont fisser żieda ta’ 19.5 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel (Ċart nru 1, Tabella nru 1).
No Data Found
L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna u tal-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz tal-ikel ħalqu mat-30.2 fil-mija tal-postijiet vakanti kollha fl-aħħar tliet xhur tal-2023. Min-naħa l-oħra, is-settur tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli rreġistra l-inqas għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti, li kien fil-livell ta’ 1.3 fil-mija tal-għadd kollu tas-sejħiet għall-applikazzjoni (Ċart nru 2, Tabella nru 1).
L-attivitajiet professjonali, xjentifiċi, tekniċi, u l-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ irreġistraw l-ogħla żieda minn sena għal sena fl-għadd ta’ postijiet vakanti bʼżieda taʼ 647. Warajhom, kien hemm l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali li raw żieda taʼ 392 post vakant. Għall-kuntrarju, is-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kellu l-akbar tnaqqis meta mqabbel mar-rabaʼ kwart tal-2022 bi tnaqqis taʼ 146 post vakant (Tabella nru 1).
No Data Found
Id-data turi wkoll korrelazzjoni bejn id-daqs tal-intrapriża u l-għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Għaldaqstant, l-intrapriżi ż-żgħar (minn impjegat wieħed sa 49 impjegat) ikkontribwew għal madwar ħamsa minn kull 10 postijiet vakanti filwaqt li l-kumpaniji b’250 impjegat jew aktar iġġeneraw 21.4 fil-mija tal-postijiet vakanti kollha tal-aħħar kwart tal-2023 (Ċart nru 3, Tabella nru 2).
No Data Found
Fis-settur privat, il-postijiet tax-xogħol vakanti żdiedu b’1,143 bejn ir-rabaʼ kwart tal-2022 u r-rabaʼ kwart tal-2023, filwaqt li s-settur pubbliku kellu żieda ta’ 106 postijiet tax-xogħol vakanti matul l-istess perjodu (Tabella nru 3). Kif turi Ċart nru 4, is-settur privat għadu jiddomina fis-suq tal-postijiet tax-xogħol vakanti u jirrappreżenta 95.4 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol vakanti kollha, u jħalli lis-settur pubbliku b’sehem ta’ 4.6 fil-mija (Ċart nru 4).
K4 2022
No Data Found
K4 2023
No Data Found
Postijiet tax-xogħol mimlijin
Matul ir-raba’ kwart tal-2023, l-għadd kollu ta’ postijiet tax-xogħol mimlijin fi ħdan l-intrapriżi li jħaddmu mill-inqas impjegat wieħed kien ta’ 260,826. (Ċart nru 2, Tabella nru 4). Ftit aktar minn kwart ta’ dawn il-postijiet kienu rreġistrati fil-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport u l-ħażna; u l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel. Fi żmien sena, din il-kategorija ta’ attivitajiet ekonomiċi rreġistrat tkabbir ta’ 3.4 fil-mija. Daqs 65,439 post tax-xogħol ieħor mimli kienu stmati li qegħdin fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali. Dawn laħqu mal-25.1 fil-mija tal-għadd kollu ta’ postijiet mimlijin (Tabella nru 4).
Fl-aħħar kwart tal-2023, 39.5 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol mimlijin kienu stmati li qegħdin f’intrapriżi li jħaddmu 250 impjegat jew aktar. Intrapriżi li kellhom magħhom bejn 50 u 249 impjegat kienu jiffurmaw kwart tal-postijiet mimlijin (Tabella nru 5).
Il-postijiet tax-xogħol mimlijin fis-settur privat kienu jilħqu l-205,736, jiġifieri 78.9 fil-mija tal-impjiegi kollha. Is-settur pubbliku, min-naħa l-oħra, kellu 55,090 jew 21.1 fil-mija tal-impjiegi (Tabella nru 6).
Rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti
Fir-raba’ kwart tal-2023, 2.9 fil-mija tal-impjiegi f’Malta kienu vakanti. Bʼhekk, baqgħu stabbli meta mqabblin mat-tliet xhur taʼ qabel, iżda żdiedu b’0.4 punti perċentwali fuq ir-raba’ kwart tal-2022 (Ċart nru 5, Tabella nru 7). Ir-rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti kienet l-ogħla fis-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (5.0 fil-mija), filwaqt li l-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali rreġistra l-inqas rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti (1.1 fil-mija) (Tabella nru 7).
Intrapriżi iżgħar, li jħaddmu minn impjegat wieħed sa 49 impjegat, urew rata ogħla ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 4.3 fil-mija, li jindika domanda akbar għax-xogħol f’dan il-qasam. L-intrapriżi l-kbar, li jħaddmu 250 impjegat jew aktar, urew rata aktar baxxa ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 1.6 fil-mija (Tabella nru 8).
Fl-aħħar kwart tal-2023, is-settur privat irreġistra rata ta’ 3.4 fil-mija ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Min-naħa l-oħra, 0.6 fil-mija biss tal-impjiegi fis-settur pubbliku kienu vakanti matul l-istess perjodu (Tabella nru 9).
bʼrabta mar-rata tal-qgħad
No Data Found
1. The Job Vacancy Survey (JVS) is a quarterly enterprise survey carried out with over 2,500 private sector entities employing 1 or more employees. Administrative sources are used to compile information relating to the public sector.
2. The objective of this survey, as laid down in the regulation (EC) No. 453/2008, is to provide information on the demand for labour at a reference date across units employing 1 or more employees and engaged in NACE sections B-S. The economic activity is classified according to NACE Rev. 2 (Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes).
3. Definitions:
● A job vacancy is defined as a paid post that is newly created, unoccupied, or about to become vacant, for which the employer is taking active steps and is prepared to take further steps to find a suitable candidate from outside the enterprise concerned, and the employer intends to fill either immediately or within a specific period of time.
● Active steps to find a suitable candidate include:
notifying the job vacancy to the public employment services;
contacting a private employment agency;
advertising the vacancy in the media, for example, internet, newspapers and magazines;
advertising the vacancy on a public notice board;
approaching, interviewing or selecting possible candidates/potential recruits directly;
approaching employees and/or personal contacts;
using internships.
● The term ‘within a specific period of time‘ refers to the maximum time the vacancy is open and intended to be filled. When the period is unlimited, all vacancies for which active steps are ongoing after the reference date shall be reported.
● An occupied post means a paid post within the organisation to which an employee has been assigned. This value excludes all board members, self-employed owners, directors, partners and managers who are solely paid by way of profits, persons on unpaid leave, posts unoccupied due to long-term absences (e.g., parental leave or long-term sickness) together with employees of temporary employment agencies, outside contractors or consultants, and voluntary workers.
● The Job Vacancy Rate (JVR) is calculated using this formula:
● The Job Vacancy Survey takes a snapshot of the number of job vacancies and occupied posts on a specific day, known as the reference date. For 2017, the reference date was the 30th day of the end of quarter month (i.e., March, June, September and December). As from 2018, the reference date was the 15th day of the end of quarter month (i.e., March, June, September and December).
● The unemployment rate refers to the number of unemployed persons (15-74 years) as a percentage of the total labour force (15-74 years). Unemployment rates were obtained from the Labour Force Survey (LFS).
4. Data in this news release is provisional and therefore subject to revisions.
5. Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
6. More information relating to this news release may be accessed at:
Sources and Methods
Statistical Concepts
Metadata
NACE Rev. 2 Classification
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. A detailed news release calendar is available online.
9. For further assistance send your request through our online request form.