Punti Prinċipali
- Fit-tieni kwart tal-2026, kien hemm bʼkollox 9,619-il post tax-xogħol vakant, żieda ta’ 0.1 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
- L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport u l-ħażna, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel flimkien mal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u l-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ ħalqu aktar minn nofs il-postijiet tax-xogħol vakanti fit-tieni kwart tal-2026.
- L-intrapriżi ż-żgħar li jħaddmu minn 1 sa 49 impjegat kellhom 60.4 fil-mija tal-postijiet vakanti, filwaqt li s-sehem ta’ postijiet vakanti maħluqin minn kumpaniji b’250 impjegat jew aktar laħaq 13.8 fil-mija.
- Is-settur privat iddomina s-suq tal-postijiet tax-xogħol vakanti u rrappreżenta 96.0 fil-mija minnhom, filwaqt li s-settur pubbliku kellu sehem ta’ 4.0 fil-mija.
Kummentarju
Is-sistema ta’ klassifikazzjoni tan-NACE, il-Klassifikazzjoni tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea, ġiet aġġornata għan-NACE Rev. 2.1. Iżjed tagħrif dwar dan it-tiġdid jinsab fl-Avviż ta’ Tagħrif għall-Istampa maħruġ fit-28 ta’ April 2026. Ara wkoll nota nru 6 fil-Metodoloġija.
Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tippreżenta r-riżultati tal-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS). Taʼ kull tliet xhur dan l-istħarriġ jistima l-għadd ta’ postijiet tax-xogħol, kemm vakanti kif ukoll mimlijin, biex jingħata għarfien dwar id-domanda għax-xogħol.
Postijiet tax-xogħol vakanti
Fit-tieni kwart tal-2026, kien hemm b’kollox 9,619-il post vakant fʼintrapriżi li jħaddmu impjegat wieħed jew aktar. Dan l-ammont fisser żieda ta’ 0.1 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel (Ċart nru 1, Tabella nru 1).
L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna, tal-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u tal-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ ħalqu aktar minn nofs il-postijiet vakanti kollha fit-tieni kwart tal-2026 mill-intrapriżi fil-mira. Min-naħa l-oħra, il-qasam tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli rreġistra l-inqas għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti, li kien fil-livell ta’ 2.2 fil-mija tal-għadd kollu tas-sejħiet għall-applikazzjoni fl-istess żmien (Ċart nru 2, Tabella nru 1).
Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2025, l-akbar żieda fl-għadd ta’ postijiet vakanti kienet irreġistrata fl-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna, u tal-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel. Fʼdawn l-oqsma, il-postijiet tax-xogħol vakanti telgħu bʼ571, biex laħqu bʼkollox 3,236 vakanza. Wara dawn, kien hemm is-settur tal-kostruzzjoni, li rreġistra żieda taʼ 342 post vakant. Bil-maqlub taʼ dawn, l-oqsma tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u tal-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ ġarrbu l-akbar tnaqqis meta mqabblin mal-istess żmien tal-2025, bi tnaqqis taʼ 541 vakanza (Tabella nru 1).
It-tqassim tal-postijiet tax-xogħol vakanti bid-daqs tal-intrapriża juri relazzjoni negattiva bejn id-daqs tal-intrapriża u l-livell ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. L-intrapriżi ż-żgħar (1-49 impjegat) kellhom 60.4 fil-mija tal-postijiet vakanti fit-tieni kwart tal-2026, filwaqt li l-kumpaniji kbar b’250 impjegat jew aktar ikkontribwew 13.8 fil-mija għas-sehem kollu taʼ postijiet vakanti (Ċart nru 3, Tabella nru 2).
Fis-settur privat, l-għadd taʼ postijiet tax-xogħol vakanti żdied bi 329 bejn it-tieni kwart tal-2025 u t-tieni kwart tal-2026, u kien jgħodd bʼkollox 9,239. Is-settur pubbliku rreġistra 380 post tax-xogħol vakanti matul l-istess perjodu (Tabella nru 3). Kif turi Ċart nru 4, is-settur privat baqaʼ jiddomina fis-suq tal-postijiet tax-xogħol vakanti u kellu 96.0 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol vakanti kollha, filwaqt li s-settur pubbliku rrappreżenta l-4.0 fil-mija li jifdal (Ċart nru 4).
Postijiet tax-xogħol mimlijin
Matul it-tieni kwart tal-2026, l-għadd kollu ta’ postijiet tax-xogħol mimlijin fi ħdan l-intrapriżi li jħaddmu mill-inqas impjegat wieħed kien ta’ 298,303 (Ċart nru 1, Tabella nru 4). Aktar minn nofs dawn il-postijiet kienu rreġistrati fl-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna, u tal-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel, u tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali. Fi żmien sena, is-settur tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali flimkien mas-settur tal-arti, id-divertiment u r-rikreazzjoni; attivitajiet oħra taʼ servizz rreġistraw tkabbir ta’ 12.3 fil-mija u 6.6 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 4). Fit-tieni kwart tal-2026, 39.4 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol mimlijin kienu stmati li qegħdin f’intrapriżi li jħaddmu 250 impjegat jew aktar. Intrapriżi li kellhom magħhom bejn 50 u 249 impjegat kienu jgħoddu aktar minn wieħed minn kull erbgħa tal-postijiet mimlijin (Tabelli nru 5).
Il-postijiet tax-xogħol mimlijin fis-settur privat laħqu l-238,531, jiġifieri 80.0 fil-mija tal-impjiegi kollha. Is-settur pubbliku, min-naħa l-oħra, kellu 59,772 jew 20.0 fil-mija tal-impjiegi (Tabella nru 6).
Rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti
Fit-tieni kwart tal-2026, ir-rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti f’Malta kienet taʼ 3.1 fil-mija. Bʼhekk, naqset b’0.2 punti perċentwali kemm meta mqabbla mat-tliet xhur taʼ qabel u kemm meta mqabbla mal-istess perjodu tal-2025 (Ċart nru 5 u Tabella nru 7). Fost l-attivitajiet ekonomiċi, il-kostruzzjoni rreġistrat l-ogħla rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti (6.2 fil-mija), filwaqt li l-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali rreġistra l-aktar rata baxxa taʼ postijiet tax-xogħol vakanti (1.2 fil-mija) (Tabella nru 7).
Intrapriżi żgħar, li jħaddmu bejn 1 u 49 impjegat, urew rata ogħla ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 5.3 fil-mija, li jissuġġerixxi domanda akbar għax-xogħol f’dan il-qasam. L-intrapriżi l-kbar, li jħaddmu 250 impjegat jew aktar, urew rata aktar baxxa ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 1.1 fil-mija (Tabella nru 8).
Fit-tieni kwart tal-2026, is-settur privat irreġistra rata ta’ 3.7 fil-mija ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Min-naħa l-oħra, is-settur pubbliku rreġistra rata taʼ 0.6 fil-mija tul l-istess perjodu (Tabella nru 9).
Nota: Ir-rata tal-qgħad tirreferi għall-għadd ta’ nies qiegħda (minn 15 sa 74 sena) bħala persentaġġ tan-nies fis-suq tax-xogħol (minn 15 sa 74 sena). Ir-rati tal-qgħad huma meħudin mill-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol (LFS).
Tables
- xlsx Table 1. Number of job vacancies and occupied posts by economic activity of enterprise and period 34.38 KB
- xlsx Table 2. Number of job vacancies by size of enterprise and period 31.59 KB
- xlsx Table 3. Number of job vacancies by economic sector and period 31.04 KB
- xlsx Table 4. Number of occupied posts by economic activity of enterprise and period 34.22 KB
- xlsx Table 5. Number of occupied posts by size of enterprise and period 30.56 KB
- xlsx Table 6. Number of occupied posts by economic sector and period 31.08 KB
- xlsx Table 7. Job vacancy rate by economic activity of enterprise and period 33.24 KB
- xlsx Table 8. Job vacancy rate by size of enterprise and period 30.62 KB
- xlsx Table 9. Job vacancy rate by economic sector and period 29.14 KB
- xlsx All Tables 71.23 KB
Methodological Notes
1. The Job Vacancy Survey (JVS) is a quarterly enterprise survey carried out with over 3,200 entities employing one or more employees. Administrative sources are used to compile information relating to the public sector.
2. The objective of this survey, as laid down in the regulation (EC) No. 453/2008, is to provide information on the demand for labour at a reference date across units employing 1 or more employees and engaged in NACE sections B-T. The economic activity is classified according to NACE Rev. 2.1 (Nomenclature Statistique des Activités Économiques dans la Communauté Européenne).
3. Definitions:
● A job vacancy is defined as a paid post that is newly created, unoccupied, or about to become vacant, for which the employer is taking active steps and is prepared to take further steps to find a suitable candidate from outside the enterprise concerned, and which the employer intends to fill either immediately or within a specific period of time.
● Active steps to find a suitable candidate include:
notifying the job vacancy to the public employment services;
contacting a private employment agency;
advertising the vacancy in the media, for example, internet, newspapers and magazines;
advertising the vacancy on a public notice board;
approaching, interviewing or selecting possible candidates/potential recruits directly;
approaching employees and/or personal contacts;
using internships.
● The term ‘within a specific period of time‘ refers to the maximum time the vacancy is open and intended to be filled. When the period is unlimited, all vacancies for which active steps are ongoing after the reference date shall be reported.
● An occupied post means a paid post within the organisation to which an employee has been assigned. This value excludes all board members, self-employed owners, directors, partners and managers who are solely paid by way of profits, persons on unpaid leave, posts unoccupied due to long-term absences (e.g., parental leave or long-term sickness) together with employees of temporary employment agencies, outside contractors or consultants, and voluntary workers.
● The Job Vacancy Rate (JVR) is calculated using this formula:
● The Job Vacancy Survey takes a snapshot of the number of job vacancies and occupied posts on a specific day, known as the reference date. For 2017, the reference date was the 30th day of the end-of-quarter month (i.e., March, June, September, and December). As from 2018, the reference date was the 15th day of the end-of-quarter month (i.e., March, June, September, and December). Starting from the first quarter of 2024, the reference date has been changed to the 28th day of the middle quarter month (i.e., February, May, August, and November).
● The unemployment rate refers to the number of unemployed persons (15-74 years) as a percentage of the total labour force (15-74 years). Unemployment rates were obtained from the Labour Force Survey (LFS).
4. The NACE classification system, the Statistical Classification of Economic Activities in the European Community, has been updated to NACE Rev. 2.1. Further information on this reclassification is available through this link: NACE Rev 2.1.
This revision includes the reclassification of economic activities from NACE Rev 2 to NACE Rev 2.1, together with an update of the weights used to gross up the survey results based on the most recent target population estimates. Users are advised not to compare the figures presented in this release with those published in previous releases, as these methodological changes may affect comparability. The data presented in this release are subject to change.
Job vacancy statistics for Malta are also published by Eurostat in table jvs_q_r21 of its online database. At the time of publication, although this table is labelled according to NACE Rev. 2.1, it does not yet contain the fully revised series for Malta. Until Member States provide their revised time series, Eurostat have reclassified the data of each country using the figures they had been provided in NACE Rev 2. In view of this, users should exercise caution when using job vacancy statistics from this source, as the data may not fully reflect the new classification structure.
5. The data is classified by economic activity according to the NACE (Nomenclature Statistique des Activités Économiques dans la Communauté Européenne) classification of economic activities in the European Union. The data is presented in accordance with NACE Revision 2 Update 1 (NACE Rev. 2.1), reflecting the latest updates to the classification system.
The main changes in the classification at NACE section level introduced by NACE Rev. 2.1, compared with NACE Rev. 2, include:
a. Section J of NACE Rev. 2 has been split into two sections: Section J, ‘Publishing, broadcasting, and content production and distribution activities’ and Section K ‘Telecommunication, computer programming, consulting, computing infrastructure and other information service activities’. As a result, all the subsequent sections in NACE Rev. 2.1 shifted up one letter.
b. Group 41.1 ‘Development of building projects’ has been removed from section F. Its sole class, 41.10, has been reclassified under class 68.12 within section M (formerly section L).
c. Division 45 ‘Wholesale and retail trade and repair of motor vehicles and motorcycles’ has been discontinued from section G. The wholesale and retail activities of motor vehicles and motorcycles have been allocated to division 46 and 47 respectively, while the activities of maintenance and repair of motor vehicles and motorcycles were moved to section T (formerly section S).
d. The classification of real estate rental activities has been refined: rentals of own or leased real estate for periods of less than one year are now classified under Division 55 (Section I), whereas rentals for one year or longer remain under Division 68 (Section M – formerly section L).
More information on the reclassification can be found in the relevant Press Information Notice and in the News article by Eurostat.
6. Revisions have been carried out for the period 2017 to 2025 to improve the coherence of the Job Vacancy Survey (JVS) data with employment levels derived from the Business Register (BR). As part of this revision process, employment estimates were adjusted where necessary to better reflect the information available in the Business Register. In addtion, the data was re-classified in accordance with the updated NACE classification. This resulted in the reallocation of units were necessary and improved the consistency, comparability and accuracy of the statistics across the entire time series.
7. Figures that have a relative margin of error of 30 percent or more should be interpreted with caution. Such data may not be statistically representative due to the high potential for error.
8. Data in this news release is provisional and therefore subject to revisions. These revisions generally occur annually to align the estimates with the latest population figures. Additionally, quarterly revisions may be necessary to ensure the consistency of the data series. Also, totals may not add up due to rounding.
9. More information relating to this news release may be accessed at:
Sources and Methods
Statistical Concepts
Metadata
NACE Rev. 2.1 Classification
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. Further information on the regulation (EC) No. 453/2008 can be accessed here.
12. A detailed news release calendar is available online.
13. For further assistance send your request through our online request form.
