News Releases

L-Istruttura tad-Dejn tal-Gvern Ġenerali: 2023

NR102/2024
Data tal-Ħruġ: 03 taʼ Ġunju 2024

Fi tmiem l-2023, id-Dejn tal-Gvern Ġenerali kien taʼ €9,767.8 miljun, jew 50.4 fil-mija tal-PDG, li huwa żieda taʼ €768.1 miljun fuq l-2022.
A,One,Euro,Coin,From,The,Eu,Member,Country,Malta

Fl-2023, il-qasam tal-Korporazzjonijiet Finanzjarji kellu l-akbar sehem fid-Dejn tal-Gvern bʼ54.6 fil-mija. Dan kien segwit mill-Bqija tad-Dinja bʼsehem taʼ 21.8 fil-mija. Is-sehem fid-dejn tal-unitajiet domestiċi u tal-Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISH) laħaq il-21.6 fil-mija, li huwa żieda taʼ 2.6 punti perċentwali meta mqabbel mad-dejn li kellhom fl-2020. Il-qasam tal-Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji kellu 2.0 fil-mija tad-dejn. Bejn l-2020 u l-2023, il-qasam tal-Bqija tad-Dinja kellu l-akbar żieda fiż-żamma tad-dejn tal-Gvern, bʼżieda taʼ 3.7 punti perċentwali. Għall-kuntrarju taʼ dan, iż-żamma tad-dejn mill-Korporazzjonijiet Finanzjarji naqas bʼ6.1 punti perċentwali (Tabella nru 1).

Ċart nru 1. Id-dejn tal-Gvern Ġenerali

Mexxi biex tara kollox

It-titoli tad-dejn, li jinkludu l-Istokks tal-Gvern taʼ Malta u l-Kambjali tat-Teżor, huma l-istrument tad-dejn ippreferut mill-Gvern, bi €8,371.4 miljun, jew 85.7 fil-mija, tad-dejn kollu fl-2023. Strumenti oħrajn tad-dejn huma s-Self u l-Munita bʼ9.6 fil-mija u bʼ4.7 fil-mija, rispettivament. L-akbar żieda kienet irreġistrata fit-Titoli tad-Dejn, bʼżieda taʼ €952.2 miljun fl-Istokks tal-Gvern taʼ Malta, mentri l-akbar tnaqqis kien fil-Kambjali tat-Teżor bi tnaqqisa taʼ €243.7 miljun (Tabella nru 2).

Ċart nru 2. Detenturi tad-dejn bil-qasam istituzzjonali (%)

No Data Found

Ċart nru 3. Id-dejn bl-istrument finanzjarju

No Data Found

Ċart nru 4. Id-dejn nominali mqabbel mad-dejn tas-suq

€ miljuni

No Data Found

Kważi d-dejn kollu li l-Gvern għandu jagħti qiegħed fil-munita nazzjonali. L-istokk tad-dejn f’muniti barranin naqas b’mod konsiderevoli matul is-snin (Tabella nru 3).

L-ispiża apparenti tad-dejn, li hija r-rata tal-imgħax applikabbli fuq id-dejn nominali kollu, kienet taʼ 2.3 fil-mija fl-2023, meta mqabbla mal-1.9 fil-mija fl-2022. Dan il-qies tal-ispiża tad-dejn jirrifletti r-rati tal-imgħax fiż-żmien meta jkun sar it-tislif (Tabella nru 4). 

Fl-2023, id-dejn tal-Gvern fis-suq kien stmat li jiswa mad-€9,407.7 miljuni, mentri l-valur nominali kien taʼ €9,767.8 miljun. Dan it-tnaqqis fil-valur tas-suq tad-dejn seħħ minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fir-rati tal-imgħax (Tabella nru 5).

Fis-sena taʼ riferenza, l-istruttura taż-żmien tad-dejn skont il-maturità inizjali turi li €2,845.0 miljun, jew 29.1 fil-mija, tad-dejn kien ħareġ bʼmaturità taʼ bejn 15 u 30 sena. Wara dan, kien hemm id-dejn li jagħlaq fi żmien taʼ minn sena sa ħames snin (20.8 fil-mija), taʼ minn sebaʼ sa għaxar snin (16.7 fil-mija), taʼ minn 10 sa 15-il sena (11.2 fil-mija), taʼ minn ħames snin sa sebaʼ snin (11.2 fil-mija), taʼ inqas minn sena (7.0 fil-mija) u taʼ aktar minn 30 sena (3.9 fil-mija) (Tabella nru 6).

Id-dejn sħiħ tal-2023, kien baqagħlu medja taʼ tmien snin u xahar sabiex jagħlaq, li huma tliet xhur anqas minn dak fl-2022. Fl-2023, il-biċċa l-kbira tad-dejn, €3,149.7 miljun, kien baqagħlu bejn sena u ħames snin sabiex jagħlaq. Warajh, kien hemm dak bʼmaturità taʼ bejn sebgħa u għaxar snin (€1,847.4 miljun) u dak bʼmaturità taʼ bejn 15 u 30 sena (€1,481.4 miljun) (Tabella nru 7).

Ċart nru 5. Id-dejn bil-maturità inizjali u bʼdik li baqagħlu

€ miljuni

No Data Found

Drag to view in full

Fl-2023, il-garanziji tal-Gvern fuq is-self kienu jlaħħqu l-€1,142.2 miljun, jew 5.9 fil-mija tal-PDG. Dan huwa tnaqqis €17.9 miljun fuq l-2022. L-akbar għadd taʼ garanziji tal-Gvern kienu maħruġin għall-qasam tal-Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji, li kienu jgħoddu 66.2 fil-mija tal-garanziji kollha. L-oqsma tal-Korporazzjonijiet Finanzjarji, tal-Bqija tad-Dinja, u tal-NPISH ingħataw 29.8, 3.4 u 0.6 fil-mija taʼ dawn il-garanziji, rispettivament.  Il-garanziji tal-Gvern huma obbligazzjonijiet kontinġenti għal dak li jistaʼ jinqalaʼ, u għalhekk ma humiex inklużi mad-dejn tal-Gvern (Tabella nru 8).

Iċ-ċifri tad-dejn tal-Gvern li qed jiġu rrappurtati fʼdin l-istqarrija jaqblu man-notifika tal-EDP taʼ April 2024 kif maħruġa fl-Istqarrija tal-Aħbarijiet Nru 070/2024 bid-data tat-22 taʼ April.

Ċart nru 6. Il-benefiċjarji tal-garanziji tal-Gvern bil-qasam istituzzjonali

No Data Found

Drag to view in full
Methodological Notes

1. This release presents Government debt in line with the methodology defined in the Maastricht Treaty (Article 104). The basic conceptual reference framework for this exercise is the ESA 2010 Manual on Government Deficit and Debt (2019 edition) which is in turn based on the European System of National and Regional Accounts (ESA 2010). This compliance with the reference framework allows for the international comparability of the data.

2. General Government Sector (S.13 sector according to the ESA 2010 definitions) is made up of the Central Government Sector (S.1311) and the Local Government Sector (S.1313). The Central Government Sector includes the Budgetary Central Government, made up of Government Ministries and Departments and the Extra Budgetary Units (EBUs).

3. Figures in the tables presented may not add up due to rounding.

4. Data may be subject to revision.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Statistical Concepts 
Metadata
Statistical Database
Eurostat Statistical Database

6. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

7. A detailed news release calendar is available online.

8. For further assistance send your request through our online request form.

L-Istruttura tad-Dejn tal-Gvern Ġenerali: 2023  

NR102/2024
Data tal-Ħruġ: 03 taʼ Ġunju 2024

A,One,Euro,Coin,From,The,Eu,Member,Country,Malta
  • Fl-2023, id-Dejn tal-Gvern Ġenerali laħaq id-€9,767.8 miljun, jew 50.4 fil-mija tal-PDG.
  • Il-Korporazzjonijiet Finanzjarji kellhom l-akbar sehem fid-Dejn tal-Gvern (54.6 fil-mija). Warajhom kien hemm il-Bqija tad-Dinja (21.8 fil-mija) u l-unitajiet domestiċi u l-Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISH) (21.6 fil-mija).
  • L-istrument tad-dejn ippreferut mill-Gvern huma ‘t-titoli tad-dejn’, bʼ85.7 fil-mija.
  • Il-valur tad-dejn tal-Gvern fis-suq huwa stmat mad-€9,407.7 miljuni.
  • Fl-2023, l-ispiża apparenti tad-dejn kellha r-rata taʼ 2.3 fil-mija u d-dejn kien baqagħlu medja taʼ tmien snin u xahar sabiex jagħlaq.

L-Istruttura tad-Dejn tal-Gvern Ġenerali: 2023

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content