News Releases

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: Ir-Rabaʼ Kwart tal-2023
NR 010/2024
Data tal-Ħruġ: 18 taʼ Jannar 2024
Fir-raba’ kwart tal-2023, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-vapuri tal-kruċieri kien taʼ 169,036, żieda taʼ 63.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena taʼ qabel.

Valletta,,Malta,-,Cruise,Ship,Sailing,Into,Grand,Harbor,At

Fir-rabaʼ kwart tal-2023, żaru Malta 82 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ 21 meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-162,230 (96.0 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,061 passiġġier, 364 aktar mis-sena ta’ qabel.

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 51.8 fil-mija tat-traffiku totali. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 19.7 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bʼ9.9 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-81,486, li minnhom 20.7 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 40.4 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti.

Il-passiġġieri nisa laħqu 53.6 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (35.4 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kellhom bejn l-40 u d-59 sena (33.5 fil-mija) (Tabella nru 1).

JannarDiċembru 2023

Matul l-2023, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-814,603, li 56.7 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE.

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 434,910, jew 53.4 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn l-40 u d-59 sena, u laħqu l-285,645 (35.1 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn is-60 u d-79 sena, li laħqu l-224,558 (27.6 fil-mija).

Is-sena li għaddiet, kien hemm 309 żjajjar taʼ vapuri tal-kruċieri, bʼmedja taʼ 2,636 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-283 żjara u medja taʼ 1,730 passiġġier fʼkull waħda fl-istess perjodu tal-2022 (Tabella nru 2).

Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri

No Data Found

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. The data in this release is compiled on the basis of administrative records supplied by Transport Malta.
 
2. Cruise liners calling at both Malta and Gozo during a single voyage are recorded as one cruise liner call.
 
3.  Data regarding passengers on cruise liners anchored off Mgarr, Gozo for the period September 2022 to December 2023 has been revised from the source. This revision is reflected in all the 2023 figures in this release.
 
4. The majority of passengers embarking on cruise liners from Malta generally end their trip at the same destination. Embarkations are therefore not included in total traffic figures, in order to avoid double counting. This measure was adopted as from News Release no. 079/2013, dated 23 April 2013. The referred news release also includes figures for 2011 and 2012.
 
5. For clarity, embarkation figures for the period under review are being provided:
Embarkations 2021 2022 2023
October-December 2,184 6,742 6,608
January-December 8,057 71,244 103,650

6. Definitions:
 
  • Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
  • Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
  • Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
  • Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
  • Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
  • Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
 

7. A detailed news release calendar is available online.

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: Ir-Rabaʼ Kwart tal-2023
NR 010/2024
Data tal-Ħruġ: 18 taʼ Jannar 2024
Valletta,,Malta,-,Cruise,Ship,Sailing,Into,Grand,Harbor,At
  • Fir-raba’ kwart tal-2023, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-vapuri tal-kruċieri kien taʼ 169,036, żieda taʼ 63.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena taʼ qabel.
  • Fl-istess perjodu, 82 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ 21 meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
  • L-Italja u l-Ġermanja kienu ż-żewġt iswieq ewlenin tal-istati membri tal-UE fir-raba’ kwart tal-2023.
  • Fl-2023, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-vapuri tal-kruċieri kien taʼ 814,603, żieda taʼ 66.4 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.
  • Is-sena li għaddiet, 309 vapuri tal-kruċieri żaru pajjiżna. Dawn jiġu żieda ta’ 26 meta mqabblin mas-sena taʼ qabel.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content