Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Jum Dinji tal-Popolazzjoni: 11 ta’ Lulju 2025

NR 122/2025
Data tal-Ħruġ: 10 ta’ Lulju 2025

shutterstock_1442876888
  • Fi tmiem l-2024, il-popolazzjoni totali ta’ Malta u Għawdex kienet stmata li tlaħħaq il-574,250 persuna, żieda ta’ 1.9 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
  • Ir-raġuni ewlenija taż-żieda fil-popolazzjoni kienet il-migrazzjoni netta totali ta’ 10,614-il persuna.
  • 76.6 fil-mija tal-migranti netti totali fl-2024, kienu ċittadini mhux tal-UE.
  • Iż-żieda naturali fil-popolazzjoni waqgħet bʼ55.3 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, minħabba tnaqqis fit-twelid ta’ trabi ħajjin minn residenti u żieda ta’ mwiet ta’ residenti.
  • Sa tmiem l-2024, 53.1 fil-mija tal-popolazzjoni residenti totali kienu rġiel. Persuni taħt it-18-il sena kienu jagħmlu 14.5 fil-mija tal-popolazzjoni totali, filwaqt li 18.4 fil-mija kellhom 65 sena jew aktar.

Il-Jum Dinji tal-Popolazzjoni: 11 ta’ Lulju 2025

Il-Jum Dinji tal-Popolazzjoni: 11 ta’ Lulju 2025

NR 122/2025
Data tal-Ħruġ: 10 ta’ Lulju 2025

Fi tmiem l-2024, il-popolazzjoni totali ta’ Malta u Għawdex kienet stmata li tlaħħaq il-574,250 persuna, żieda ta’ 1.9 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
shutterstock_1442876888

Fi tmiem l-2024, il-popolazzjoni totali ta’ Malta u Għawdex kienet stmata li tlaħħaq il-574,250 persuna, żieda ta’ 1.9 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. L-irġiel kienu jgħoddu 53.1 fil-mija tal-popolazzjoni (Ċart nru 1, Tabella nru 1). Ir-raġuni ewliena taż-żieda fil-popolazzjoni kienet il-migrazzjoni netta totali (l-immigrazzjoni tnaqqas l-emigrazzjoni) li laħqet l-10,614-il persuna. 76.6 fil-mija tal-migrazzjoni netta totali fl-2024, kienu ċittadini mhux tal-UE. L-irġiel kienu jgħoddu 57.7 fil-mija tal-migranti netti totali (Tabella nru 2). Filwaqt li l-migrazzjoni netta naqset bi kważi bin-nofs meta mqabbla mal-2023 (49.4 fil-mija), l-emigrazzjoni żdiedet filwaqt li l-immigrazzjoni naqset fl-2024 (Ċart nru 2, Tabella nru 3).

Drag to view in full
Drag to view in full

Iż-żieda naturali fil-popolazzjoni naqset bʼ55.3 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, minn 432 fl-2023 għal 193 fl-2024. Dan it-tnaqqis kien ġej kemm minn tnaqqis fit-twelid ta’ trabi ħajjin minn residenti kif ukoll minn żieda fl-imwiet ta’ residenti (Ċart nru 3).

It-twelid ta’ trabi ħajjin minn residenti fl-2024 naqas bi 2.0 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 4). Mill-ġenituri li welldu fl-2024, 38.5 fil-mija kellhom bejn it-30 u l-34 sena fi żmien il-ħlas (Tabella nru 5). L-imwiet ta’ residenti fl-2024 żdied bi 3.7 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel (Tabella nru 6). Mill-4,181 mewta ta’ residenti li seħħew fl-2024, 71.1 fil-mija kienu ta’ persuni minn 75 sena ‘l fuq  (Tabella nru 7).

Ċart nru 3. Iż-żieda naturali

Drag to view in full
Births, Deaths and Natural Increase Chart

Sa tmiem l-2024, 53.1 fil-mija tal-popolazzjoni residenti totali kienu rġiel. Analiżi tal-popolazzjoni bl-età u s-sess turi li l-gruppi ta’ etajiet tax-xogħol (minn 15 sa 64 sena) huma fil-biċċa l-kbira rġiel, filwaqt li l-popolazzjoni ta’ 65 sena jew aktar hija fil-biċċa l-kbira tagħha magħmula min-nisa. Għal persuni minn 85 sena ’l fuq, in-nisa qabżu l-għadd ta’ rġiel bi proporzjon ta’ kważi tnejn għal wieħed. Persuni taħt it-18-il sena kienu jagħmlu 14.5 fil-mija tal-popolazzjoni totali, filwaqt li 18.4 fil-mija kellhom mal-65 sena jew aktar. Minn dawn, 3, 773 persuna – 2,645 mara u 1,128 raġel – kellhom 90 sena jew aktar (Ċart nru 4, Tabella nru 8).

Ċart nru 4. Il-popolazzjoni sħiħa fil-31 ta’ Diċembru 2024 bil-gruppi tal-età u s-sess

Highcharts Bar Chart

Il-popolazzjoni residenti totali, kienet magħmula minn 70.6 fil-mija ċittadini Maltin u 29.4 fil-mija ċittadini mhux Maltin. Fir-rigward tal-istruttura tal-etajiet, id-distribuzzjoni fost iċ-ċittadini Maltin kienet relattivament ibbilanċjata fost l-etajiet ewlenin: 13.5 fil-mija kellhom bejn it-30 u d-39 sena, 14.3 fil-mija kellhom bejn l-40 u d-49 sena, 12.1 fil-mija kellhom bejn il-50 u d-59 sena, 13.5 fil-mija kellhom bejn is-60 u d-69 sena, u 12.0 fil-mija kellhom bejn is-70 u d-79 sena. B’kuntrast, il-popolazzjoni mhux Maltija kienet ikkonċentrata b’mod aktar qawwi fl-iżgħar etajiet fl-età tax-xogħol, bi 22.9 fil-mija ta’ bejn l-20 u d-29 sena, 34.3 fil-mija ta’ bejn it-30 u d-39 sena, u 18.3 fil-mija ta’ bejn l-40 u d-49 sena (Tabella nru 9).

Il-popolazzjoni kollha kienet magħmula minn 70.6 fil-mija ċittadini Maltin u 29.4 fil-mija ċittadini barranin. Id-distrett tal-Punent kellu l-ogħla konċentrazzjoni ta’ Maltin b’86.5 fil-mija. Warajh, kien hemm id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port (81.0 fil-mija) u d-distrett tax-Xlokk (80.7 fil-mija). Id-distretti tat-Tramuntana tal-Port u tat-Tramuntana juru ishma ogħla ta’ ċittadini barranin, bi 42.3 fil-mija u b’36.9 fil-mija rispettivament, b’ishma korrispondenti aktar baxxi ta’ ċittadini Maltin b’57.7 fil-mija u bi 63.1 fil-mija rispettivament (Tabelli nri 10 u 11).

L-ogħla densità kienet irreġistrata fil-lokalitajiet ċentrali u tal-port, l-aktar fʼTas-Sliema (17,539 persuna għal kull km2), fʼTal-Pietà (15,691 persuna għal kull km2), u fl-Isla (14,948 persuna għal kull km2). Inħawi oħra b’popolazzjoni densa għolja jinkludu l-Gżira (12,398 persuna għal kull km2), il-Fgura (12,239 persuna għal kull km2) u Ħal Tarxien (11,457 persuna għal kull km2), li juru konċentrazzjoni ta’ nies fin-naħa ta’ ġewwa tal-port u fil-madwar. B’kuntrast, il-lokalitajiet tal-Għasri, San Lawrenz, u l-Imdina wrew l-inqas densità b’103, 223 u 227 persuna għal kull km2 rispettivament (Tabella nru 12, Mappa nru 1).

Mappa nru 1: Id-densità tal-popolazzjoni fi tmiem is-sena għal kull km², bil-lokalità tar-residenza: 2024

Drag to view in full

Methodological Notes

1. All population components are based on definitions provided for in the European Regulation (EU) No. 1260/2013 on European demographic statistics.

2. All migration components are based on definitions provided for in the European Regulation (EU) No. 862/2007 on Community statistics on migration and international protection.

3. Statistics in this release reflect the enactment of the Marriage Act and Other Laws (Amendment) Act, 2017. All provisions of this Act came into force on 1st September 2017 through Legal Notice 212/2017.

4. Population base:
The population estimate is based on the Census of Population and Housing, which provides a detailed population count by age, sex, and other characteristics at a specific reference date (most recently, 21 November 2021). This count serves as the base for annual population estimates.

Between censuses, estimates are updated using the cohort-component method: starting from the last census base, births and net migration are added, and deaths are subtracted. Migration is calculated using administrative records and/or surveys (see also Definitions: Total population). When a new census is held, intercensal estimates are reviewed and adjusted to correct for any error of closure, ensuring consistency over time.

5. Definitions:

Emigration: the action by which a natural person leaves his or her usual residence in the territory of the Member State for a period that is, or is expected to last, a minimum of 12 months. This figure is measured by summing up the counts of all employment termination forms which ended during the reference year and residence permit holders who fail to extend their permits during the reference year, together with their dependants; resettled or repatriated asylum seekers who were previously given protection and other Maltese emigrants.

Immigration: the action by which a natural person establishes his or her usual residence in a territory of a State for a period that is, or is expected to last, a minimum of 12 months. This figure is measured by summing up the count of all new employment engagement forms and residence permit holders, their dependants, asylum seekers granted protection, returned Maltese migrants and adoptions of children from foreign countries.

Natural increase: the difference between the number of live births and the number of deaths during a reference year.

Total population: all persons residing in Maltese Islands. The total population at the end of year t, is computed using the equation Pt = Pt-1 + Bt – Dt + It – Et , where:

i.  Pt is the total resident population at the end of year t,

ii.  Pt-1 is the total resident population at the end of year t-1,

iii. Bt is the total number of babies whose birth parent was resident in Malta during year t,

iv.  Dt is the total number of registered deaths of persons resident in Malta during year t,

v.  It is the total immigration of both Maltese and foreign nationals registered during year t who immigrated with the intention to live in Malta for a period of at least 12 months,

vi.  Et is the total emigration of both Maltese and foreign nationals resident in Malta registered during year t who leave the country for a period of at least 12 months.

Resident live births: all babies whose parent(s) is(are) resident in Malta at the time of birth. Therefore the definition excludes babies born to parents who are resident abroad.

Resident deaths: all registered resident Maltese and foreign deaths in Malta and Gozo. These counts exclude deaths of tourists, but include Maltese residents who die abroad and whose death is subsequently registered in Malta. This definition excludes still births.

Non-EU citizen: any person who is not a citizen of the European Union. As of reference year 2020, this also includes citizens of the United Kingdom.

Usual residence: refers to the place where a person normally spends the daily period of rest, regardless of temporary absences for purposes of recreation, holidays, visits to friends and relatives, business, medical treatment or religious pilgrimage. Usual residents of a specific geographical area are:

i.  those who have lived in their place of usual residence for a continuous period of at least 12 months before the reference time; or 

ii. those who arrived in their place of usual residence during the 12 months before the reference time with the intention of staying there for at least one year.

Usually resident population: refers to all persons who have their usual residence in a Member State at the reference time.

6. Sources:

● Demographic data in this release is based on records held by the Public Registry and the Directorate of Health Information and Research.

● Migration data is estimated based on a number of administrative records. These registers are not designed for direct compilation of population statistics in line with the required definitions, therefore complex estimation techniques are used to derive meaningful population statistics from these sources. Moreover, when no appropriate sources are available, auxiliary sources like surveys are used to address data gaps. A list of relevant data sources is provided below:

Entity Data flows Data records
National Statistics Office (NSO) Immigration of Maltese citizens Decennial Census of Population and Housing
Ongoing frontier survey: TOURSTAT
Emigration of Maltese citizens Ongoing frontier survey: TOURSTAT
Jobsplus Migration flows of European Union and United Kingdom citizens Employment engagement and termination forms
International Protection Agency Migration flows of Non-European Union Citizens excluding the United Kingdom Asylum records
International Protection Appeals Tribunal
Ministry for Home Affairs, Security and Employment - Migration Directorate Resettlements, repatriations and relocations
Identita' - Expatriates Unit Residence permits database
Identita' - Public Registry Foreign adoptions Registration of adoptions

7. Geographical information:
The European Union (EU27) includes Belgium, Bulgaria, the Czech Republic, Denmark, Germany, Estonia, Ireland, Greece, Spain, France, Croatia, Italy, Cyprus, Latvia, Lithuania, Luxembourg, Hungary, Malta, the Netherlands, Austria, Poland, Portugal, Romania, Slovenia, Slovakia, Finland, Sweden.

8. Further data availability:
Additional data, statistics, and time series related to population statistics are available in the Selected Indicators section.

9. Timely population estimates are published in order to meet user needs. These estimates are subject to further quality assurance processes and may be subject to revision in subsequent demographic publications.

10.  More information relating to this news release may be accessed at:

Statistical concepts
Metadata (Demography)
Metadata (Migration)
Past releases

11. A detailed news release calendar is available online.   

12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

13. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content