Il-Jum Dinji tal-Popolazzjoni: 11 taʼ Lulju 2026
- Fi tmiem l-2025, il-popolazzjoni kollha ta’ Malta u Għawdex kienet stmata li tlaħħaq il-588,254 persuna, żieda ta’ 2.4 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
- Ir-raġuni ewlenija taż-żieda fil-popolazzjoni kienet il-migrazzjoni netta totali ta’ 13,906 persuni.
- Il-migrazzjoni netta ta’ ċittadini mhux tal-UE kienet tammonta għal 78.1 fil-mija tal-migranti netti totali fl-2025.
- Iż-żieda naturali fil-popolazzjoni waqgħet bʼ49.2 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, minħabba tnaqqis fit-twelid ta’ trabi ħajjin minn residenti u żieda ta’ mwiet ta’ residenti.
- Fi tmiem l-2025, 53.3 fil-mija tar-residenti kollha kienu rġiel. Persuni taʼ anqas minn 18-il sena kienu jgħoddu mal-14.3 fil-mija tal-popolazzjoni kollha, filwaqt li 18.4 fil-mija kellhom mal-65 sena jew aktar.
Il-Jum Dinji tal-Popolazzjoni: 11 taʼ Lulju 2026
Il-Jum Dinji tal-Popolazzjoni: 11 taʼ Lulju 2026
Fi tmiem l-2025, il-popolazzjoni totali ta’ Malta u Għawdex kienet stmata li tlaħħaq il-588,254 persuna, żieda ta’ 2.4 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. L-irġiel kienu jgħoddu 53.3 fil-mija tal-popolazzjoni (Tabella nru 1). Ir-raġuni ewliena taż-żieda fil-popolazzjoni kienet il-migrazzjoni netta totali (l-għadd taʼ immigranti li jifdal wara li jitnaqqas l-għadd taʼ emigranti), li laħqet it-13,906 persuni. Fl-2025, 78.1 fil-mija tal-migrazzjoni netta totali kienu ċittadini mhux tal-UE. L-irġiel kienu jgħoddu 62.5 fil-mija tal-migranti netti totali (Tabella nru 2). Filwaqt li l-migrazzjoni netta għoddha żdiedet bʼterz meta mqabbla mal-2024 (31.0 fil-mija), kemm l-immigrazzjoni kif ukoll l-emigrazzjoni naqsu fl-2025 (Ċart nru 2, Tabella nru 3).
Fl-2025, l-għadd tat-trabi mwelldin ħajjin minn residenti naqas b’0.8 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 4). Mill-ġenituri li welldu fl-2025, 38.2 fil-mija kellhom bejn it-30 u l-34 sena fi żmien il-ħlas (Tabella nru 5). L-imwiet tar-residenti fl-2025 żdiedu b’1.4 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel (Tabella nru 6). Mill-4,240 resident li mietu fl-2025, 71.5 fil-mija kellhom minn 75 sena ’l fuq (Tabella nru 7). It-tnaqqis fit-twelid u ż-żieda fl-imwiet wasslu għal tnaqqis fiż-żieda naturali, minn 193 fl-2024 għal 98 fl-2025. Dan huwa tnaqqis ta’ 49.2 fil-mija meta mqabbel mal-2024 (Ċart nru 3).
Fi tmiem l-2025, 53.3 fil-mija tar-residenti kollha kienu rġiel. Analiżi tal-popolazzjoni bl-età u s-sess turi li l-għadd taʼ rġiel kien jisboq ʼil dak tan-nisa fil-gruppi kollha tal-età sad-69 sena, filwaqt li n-nisa kienu fil-maġġoranza fl-età taʼ minn 70 sena ʼl fuq. Din id-differenza bejn is-sessi kienet aktar qawwija fl-ixjaħ gruppi taʼ età, tant li fost dawk taʼ 85 sena jew aktar, in-nisa qabżu lill-irġiel bi proporzjon ta’ kważi żewġ nisa għal kull raġel. Persuni taʼ anqas minn 18-il sena kienu jgħoddu mal-14.3 fil-mija tal-popolazzjoni kollha, filwaqt li 18.4 fil-mija kellhom mal-65 sena jew aktar. Bʼkollox, 4,005 persuni – 2,758 mara u 1,247 raġel – kellhom 90 sena jew aktar (Ċart nru 4, Tabella nru 8).
Il-popolazzjoni residenti kienet magħmula minn 68.9 fil-mija ċittadini Maltin u 31.1 fil-mija ċittadini mhux Maltin. Filwaqt li l-Maltin kienu relattivament ibbilanċjati fost il-gruppi tal-età taʼ għaxar snin bejn it-30 u d-79 sena, il-popolazzjoni mhux Maltija kienet qawwija fl-età tax-xogħol, bi 22.1 fil-mija ta’ bejn l-20 u d-29 sena, 34.8 fil-mija ta’ bejn it-30 u d-39 sena, u 18.7 fil-mija ta’ bejn l-40 u d-49 sena (Tabella nru 9).
Id-distrett tal-Punent kellu l-ogħla sehem ta’ Maltin b’85.4 fil-mija. Warajh, kien hemm id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port (79.3 fil-mija) u d-distrett tax-Xlokk (79.2 fil-mija). Id-distretti tat-Tramuntana tal-Port u tat-Tramuntana kellhom l-ogħla ishma ta’ ċittadini barranin, bi 43.9 fil-mija u bi 38.8 fil-mija rispettivament (Tabelli nri 10 u 11).
L-ogħla densità kienet irreġistrata fil-lokalitajiet ċentrali u tal-port, l-aktar fʼTas-Sliema (18,186 persuna għal kull km2), fʼTal-Pietà (16,346 persuna għal kull km2), u fl-Isla (15,060 persuna għal kull km2). Inħawi oħra b’popolazzjoni densa għolja jinkludu l-Gżira (12,746 persuna għal kull km2), il-Fgura (12,488 persuna għal kull km2) u l-Ħamrun (11,754 persuna għal kull km2), li juru konċentrazzjoni ta’ nies fin-naħa ta’ ġewwa tal-port u fil-madwar. B’kuntrast, il-lokalitajiet tal-Għasri, San Lawrenz, u l-Imdina wrew l-inqas densità b’104, 226 u 227 persuna għal kull km2, rispettivament (Tabella nru 12, Mappa nru 1).
Mappa nru 1. Id-densità tal-popolazzjoni bil-lokalità (persuni għal kull km²) fil-31 taʼ Diċembru 2025
Tables
Tables
Methodological Notes
1. All population components are based on definitions provided for in the European Regulation (EU) No. 1260/2013 on European demographic statistics.
2. All migration components are based on definitions provided for in the European Regulation (EU) No. 862/2007 on Community statistics on migration and international protection.
3. Statistics in this release reflect the enactment of the Marriage Act and Other Laws (Amendment) Act, 2017. All provisions of this Act came into force on 1st September 2017 through Legal Notice 212/2017.
4. Population base:
The population estimate is based on the Census of Population and Housing, which provides a detailed population count by age, sex, and other characteristics at a specific reference date (most recently, 21 November 2021). This count serves as the base for annual population estimates.
Between censuses, estimates are updated using the cohort-component method: starting from the last census base, births and net migration are added, and deaths are subtracted. Migration is calculated using administrative records and/or surveys (see also Definitions: Total population). When a new census is held, intercensal estimates are reviewed and adjusted to correct for any error of closure, ensuring consistency over time.
5. Definitions:
● Emigration: the action by which a natural person leaves his or her usual residence in the territory of the Member State for a period that is, or is expected to last, a minimum of 12 months. This figure is measured by summing up the counts of all employment termination forms which ended during the reference year and residence permit holders who fail to extend their permits during the reference year, together with their dependants; resettled or repatriated asylum seekers who were previously given protection and other Maltese emigrants.
● Immigration: the action by which a natural person establishes his or her usual residence in a territory of a State for a period that is, or is expected to last, a minimum of 12 months. This figure is measured by summing up the count of all new employment engagement forms and residence permit holders, their dependants, asylum seekers granted protection, returned Maltese migrants and adoptions of children from foreign countries.
● Natural increase: the difference between the number of live births and the number of deaths during a reference year.
● Total population: all persons residing in the Maltese Islands. The total population at the end of year t is computed using the equation Pt = Pt-1 + Bt – Dt + It – Et , where:
i. Pt is the total resident population at the end of year t,
ii. Pt-1 is the total resident population at the end of year t-1,
iii. Bt is the total number of babies whose birth parent was resident in Malta during year t,
iv. Dt is the total number of registered deaths of persons resident in Malta during year t,
v. It is the total immigration of both Maltese and foreign nationals registered during year t who immigrated with the intention to live in Malta for a period of at least 12 months,
vi. Et is the total emigration of both Maltese and foreign nationals resident in Malta registered during year t who leave the country for a period of at least 12 months.
● Resident live births: all babies whose parent(s) is(are) resident in Malta at the time of birth. Therefore the definition excludes babies born to parents who are resident abroad.
● Resident deaths: all registered resident Maltese and foreign deaths in Malta and Gozo. These counts exclude deaths of tourists, but include Maltese residents who die abroad and whose death is subsequently registered in Malta. This definition excludes stillbirths.
● Non-EU citizen: any person who is not a citizen of the European Union. As of reference year 2020, this also includes citizens of the United Kingdom.
● Usual residence: refers to the place where a person normally spends the daily period of rest, regardless of temporary absences for purposes of recreation, holidays, visits to friends and relatives, business, medical treatment or religious pilgrimage. Usual residents of a specific geographical area are:
i. those who have lived in their place of usual residence for a continuous period of at least 12 months before the reference time; or
ii. those who arrived in their place of usual residence during the 12 months before the reference time with the intention of staying there for at least one year.
● Usually resident population: refers to all persons who have their usual residence in a Member State at the reference time.
6. Sources:
● Demographic data in this release is based on records held by the Public Registry and the Directorate of Health Information and Research.
● Migration data is estimated based on a number of administrative records. These registers are not designed for direct compilation of population statistics in line with the required definitions, therefore complex estimation techniques are used to derive meaningful population statistics from these sources. Moreover, when no appropriate sources are available, auxiliary sources like surveys are used to address data gaps. A list of relevant data sources is provided below:
| Entity | Data flows | Data records |
| National Statistics Office (NSO) | Immigration of Maltese citizens | Decennial Census of Population and Housing |
| Ongoing frontier survey: TOURSTAT | ||
| Emigration of Maltese citizens | Ongoing frontier survey: TOURSTAT | |
| Jobsplus | Migration flows of European Union and United Kingdom citizens | Employment engagement and termination forms |
| International Protection Agency | Migration flows of Non-European Union Citizens excluding the United Kingdom | Asylum records |
| International Protection Appeals Tribunal | ||
| Ministry for Home Affairs and Security - Migration Directorate | Resettlements, repatriations and relocations | |
| Identita' - Expatriates Unit | Residence permits database | |
| Identita' - Public Registry | Foreign adoptions | Registration of adoptions |
7. Geographical information:
The European Union (EU27) includes Belgium, Bulgaria, the Czech Republic, Denmark, Germany, Estonia, Ireland, Greece, Spain, France, Croatia, Italy, Cyprus, Latvia, Lithuania, Luxembourg, Hungary, Malta, the Netherlands, Austria, Poland, Portugal, Romania, Slovenia, Slovakia, Finland, Sweden.
8. Further data availability:
Additional data, statistics, and time series related to population statistics are available in the Selected Indicators section.
9. Timely population estimates are published in order to meet user needs. These estimates are subject to further quality assurance processes and may be subject to revision in subsequent demographic publications.
10. More information relating to this news release may be accessed at:
Statistical concepts
Metadata (Demography)
Metadata (Migration)
Past releases
11. A detailed news release calendar is available online.
12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
13. For further assistance send your request through our online request form.
