Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Jum Dinji tar-Refuġjati: 20 taʼ Ġunju 2026

NR107/2026
Data tal-Ħruġ: 19 ta’ Ġunju 2026

  • Fl-2025, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA) rċeviet 545 applikazzjoni għall-ażil, li jinkludu applikazzjonijiet tal-ewwel istanza u applikazzjonijiet ripetuti – tnaqqis ta’ 22.3 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.
  • B’kollox l-IPA tat ħarsien lil 198 persuna fl-2025, filwaqt li 303 applikazzjonijiet tal-ewwel istanza kienu miċħuda.
  • Sa tmiem l-2025, kien hemm 1,415-il deċiżjoni pendenti tal-istanza ewliena jew finali għall-ażil, tnaqqis ta’ 5.5 fil-mija mis-sena ta’ qabel.
  • Fl-2025, Malta ħarġet 355 deċiżjoni ta’ ħarsien temporanju.
  • Fi tmiem l-2025, kien hemm b’kollox 211-il resident f’ċentri miftuħa, liema għadd juri żieda ta’ 9.3 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Il-Jum Dinji tar-Refuġjati: 20 taʼ Ġunju 2026

Il-Jum Dinji tar-Refuġjati: 20 taʼ Ġunju 2026

NR107/2026
Data tal-Ħruġ: 19 ta’ Ġunju 2026

Fl-2025, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni rċeviet 545 applikazzjoni għall-ażil, li jinkludu applikazzjonijiet tal-ewwel istanza u applikazzjonijiet ripetuti, imma li jeskludu applikazzjonijiet għall-ħarsien temporanju – tnaqqis ta’ 22.3 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

Il-wasliet bid-dgħajjes u l-applikazzjonijiet għall-ħarsien internazzjonali

Fl-2025, kienu rreġistrati seba’ żbarki ta’ dgħajjes f’Malta. Dawn ġabu 246 persuna, inkluż persuni mtellgħin minn fuq il-baħar bl-ajru. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 3.4 fil-mija meta mqabbel mal-2024 (Tabella nru 1, Ċart nru 1). Il-maġġoranza tal-persuni li nġiebu lejn l-art kienu ċittadini Asjatiċi (69.9 fil-mija), filwaqt li 30.1 fil-mija oħra kienu ċittadini ta’ pajjiżi Afrikani (Tabella nru 2). F’Diċembru kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ persuni li nġiebu lejn ix-xtut Maltin, b’61 persuna jaslu Malta (Tabella nru 3).

Nota: Iċ-ċifri jirreferu għall-għadd ta’ żbarki ta’ dgħajjes li jistgħu jinkludu żbarki ta’ aktar minn dgħajsa waħda. Jinkludu wkoll persuni mtellgħin minn fuq il-baħar bl-ajru.
Sors: Il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija – Taqsima tal-Immigrazzjoni.

Fl-2025, 545 applikazzjoni għall-ażil tal-ewwel istanza u ripetuti kienu mressqin lill-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA). Dawn jeskludu l-applikazzjonijiet għall-ħarsien temporanju u r-reviżjonijiet ta’ deċiżjonijiet pożittivi li kienu ttieħdu. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta’ 22.3 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel (Tabella nru 4). Fost l-Istati Membri tal-UE, Malta kienet fit-13-il post fl-applikazzjonijiet għall-ażil għal kull miljun resident. Il-Greċja kellha l-ogħla għadd ta’ applikazzjonijiet ras għal ras, filwaqt li l-Ungerija kellha l-anqas għadd (Mappa nru 1, Tabella nru 5).

Mappa nru 1. L-għadd sħiħ ta’ applikazzjonijiet għall-ażil (tal-ewwel istanza u ripetuti) minn pajjiżi li jirrapportaw lill-UE għal kull miljun persuna: 2025

Nota: It-talbiet għall-ħarsien temporanju huma mħollija barra. Iċ-ċifri maħruġin mill-Eurostat huma mdawrin lejn l-eqreb 5.
Sors: Id-database online tal-Eurostat, applikazzjonijiet [migr_asyappctza] maħruġa fit-03.06.2026 u popolazzjoni [demo_pjan] maħruġa fit-03.06.2026

Fl-2025, 41.3 fil-mija tal-applikanti għall-ażil kienu mill-Asja. Is-Sirjani kienu l-aktar komuni u kienu jgħoddu 22.9 fil-mija tal-applikanti kollha għall-ażil. Persuni fl-età ta’ bejn it-18 u l-34 sena kienu jirrappreżentaw l-akbar grupp (54.5 fil-mija) (Tabella nru 6).

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-ħarsien internazzjonali u l-appelli

Fl-2025, l-IPA ħadet 198 deċiżjoni li taw ħarsien fl-ewwel istanza – dan jeskludi d-deċiżjonijiet li jagħtu ħarsien temporanju. 28.3 fil-mija tal-persuni li ngħataw il-ħarsien mal-ewwel istanza kienu Sirjani. Sadanittant, 303 applikazzjonijiet kienu miċħudin fl-ewwel istanza. Meta mqabbla mal-Istati Membri l-oħra tal-UE, Malta kklassifikat fit-tlettax-il post l-aktar baxx fir-rati ta’ approvazzjoni (40.0 fil-mija). L-Estonja kellha l-ogħla sehem ta’ deċiżjonijiet pożittivi tal-ewwel istanza bi 93.2 fil-mija (Tabelli nri 7 u 8, Ċart nru 2).

 

  1. Deċiżjonijiet li jagħtu ħarsien temporanju huma mħollijin barra. Iċ-ċifri maħruġin mill-Eurostat huma mdawrin lejn l-eqreb 5. Iċ-ċifri tal-Greċja għandhom waqfa fis-serje. 
  2. It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
    Sors: Id-database online tal-Eurostat, Tabella [migr_asydcfsta] – maħruġa fit-03.06.2026.

Tressqu b’kollox 317-il appell quddiem it-Tribunal tal-Appelli Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPAT) dwar deċiżjonijiet tal-ewwel istanza, li huma tnaqqis ta’ 19.1 fil-mija meta mqabblin mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 9). It-Tribunal ipproċessa 188 appell, li 95.7 fil-mija minnhom (180 każ) kienu miċħudin (Tabella nru 10).

Fi ħdan l-UE, Malta kellha t-tmien rata l-aktar baxxa ta’ deċiżjonijiet pożittivi finali fl-appelli (4.3 fil-mija). Il-Portugall u l-Lussemburgu ċaħdu l-appelli kollha pproċessati filwaqt li Ċipru, il-Polonja u s-Slovenja ċaħdu aktar minn 98.0 fil-mija tal-appelli pproċessati. Min-naħa l-oħra, l-Italja laqgħet il-biċċa l-kbira tal-appelli pproċessati b’rata pożittiva ta’ 82.4 fil-mija (Ċart nru 3).

Nota: L-Ungerija ma rrapportat l-ebda deċiżjoni tal-istanza finali bl-appell. Il-persentaġġi tas-Slovakja mhumiex fis-sett tad-data [migr_asydecfp]. Iċ-ċifri maħruġin mill-Eurostat huma mdawrin lejn l-eqreb 5.
Sors: Id-database online tal-Eurostat, Tabelli [migr_asydcfina] u [migr_asydecfp] – maħruġa fit-03.06.2026.

 

Fi tmiem l-2025, kien hemm 1,415-il deċiżjoni pendenti fl-applikazzjonijiet għall-ażil, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-istanza finali, li huma tnaqqis ta’ 5.5 fil-mija mis-sena ta’ qabel. Minn dawn id-deċiżjonijiet pendenti, 466 kienu qed jistennew l-ewwel deċiżjoni mill-IPA, filwaqt li 949 kienu qed jistennew deċiżjoni finali dwar l-appelli mressqin quddiem it-Tribunal Internazzjonali tal-Appelli għall-Protezzjoni (IPAT) (Tabella nru 11, Ċart nru 4). Mill-persuni li kienu qegħdin jistennew deċiżjoni, 19.9 fil-mija kienu ċittadini Sirjani, 12.7 fil-mija kienu ċittadini Libjani u 10.4 fil-mija kienu ċittadini tas-Sudan (Tabella nru 12).

Nota: L-uffiċċju tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA) kien magħluq bejn it-13 ta’ Marzu 2020 u s-17 ta’ Mejju 2020 minħabba s-sokor ta’ COVID-19. Madankollu, l-IPA kienet xorta waħda qiegħda tirċievi talbiet għal appuntamenti sabiex isiru l-applikazzjonijiet.
Sors: L-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA), it-Tribunal Internazzjonali tal-Appelli għall-Protezzjoni.

Il-ħarsien temporanju

Id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (2001/55/KE) ilha fis-seħħ fl-UE mill-2022. Din id-direttiva tħalli lill-Istati Membri jagħtu ħarsien minnufih u temporanju lil persuni li qed jaħarbu minn konflitt. Fl-2025, ħarġu bejn wieħed u ieħor 683,480 deċiżjoni ta’ ħarsien temporanju fl-UE. Il-Ġermanja kellha l-akbar sehem minn dawn id-deċiżjonijiet (25.6 fil-mija). Warajha kien hemm il-Polonja (22.3 fil-mija). Malta ħarġet 355 deċiżjoni minn dawn fl-2025, li jirrappreżentaw 0.1 fil-mija tat-total tal-UE. Meta jkun meqjus id-daqs tal-popolazzjoni, iċ-Ċekja kellha l-ogħla rata ras għal ras, filwaqt li Franza kellha l-aktar rata baxxa (Tabella nru 13).

Sa tmiem l-2025, kien hemm madwar 4.3 miljun persuna fl-UE b’ħarsien temporanju. Il-Ġermanja laqgħet l-akbar numru tagħhom (28.7 fil-mija). Warajha kien hemm il-Polonja (22.3 fil-mija). F’termini ta’ benefiċjarji għal kull miljun resident, iċ-Ċekja kklassifikat fl-ogħla post, filwaqt li Franza kellha l-inqas għadd (Tabella nru 15, Mappa 2).

Mappa nru 2. L-għadd ta’ benefiċjarji tal-ħarsien temporanju mill-pajjiżi li jirrappurtaw lill-UE sal-aħħar ta’ Diċembru 2025

Nota: Iċ-ċifri maħruġin mill-Eurostat huma mdawrin lejn l-eqreb 5.
Sors: Id-database online tal-Eurostat, applikazzjonijiet [migr_asytpsm] u popolazzjoni [demo_pjan] maħruġa fit-03.06.2026.

Sa Diċembru 2025, Malta kellha 2,493 persuna li bbenefikaw mill-ħarsien temporanju, b’99.2 fil-mija jkunu ċittadini Ukreni. Il-maġġoranza tal-benefiċjarji kienu nisa (66.8 fil-mija), u 23.3 fil-mija kienu minorenni ta’ bejn 0 u 17-il sena (Tabella nru 14).

Iċ-ċentri miftuħa u programmi ta’ risistemazzjoni, ritorn u rilokazzjoni

Fi tmiem l-2025, 211-il persuna kienu residenti f’ċentri miftuħa, liema għadd juri żieda ta’ 9.3 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Il-biċċa l-kbira tagħhom (93.8 fil-mija) kienu joqogħdu Ħal Far (Tabella nru 16), bl-irġiel jammontaw għal 80.6 fil-mija tal-popolazzjoni li kienet toqgħod f’ċentri miftuħa (Tabella nru 17). Ċittadini Sudaniżi kienu jagħmlu l-parti l-kbira ta’ dawn ir-residenti (15.2 fil-mija). Warajhom, kien hemm ċittadini Somali (11.8 fil-mija) (Tabella nru 18).

Fis-sena meqjusa fʼdin l-istqarrija, 36 persuna kienu rilokati minn Malta għal pajjiż ieħor tal-UE+, filwaqt li żewġ persuni kienu mibgħuta minn Malta lejn pajjiż barra mill-Istati tal-UE+. Barra minn hekk, 23 ruħ oħra bbenefikaw minn programmi ta’ ritorn volontarju assistit u kienu mibgħutin lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom (Tabella nru 19, Ċart nru 5).

 

Nota: Persuni li bbenefikaw minn programmi ta’ risistemazzjoni lejn Stati barra l-UE+. Persuni li bbenefikaw minn miżuri ta’ rilokazzjoni lejn Stati tal-UE+.
Sors: Id-Direttorat għall-Migrazzjoni, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.

Tables

Tables

Methodological Notes

1. This news release makes reference to various sources available to the NSO, including:

The International Protection Agency (IPA): Data related to applications for asylum and asylum first instance decisions in Malta (previously known as The Office of the Refugee Commissioner).  

The International Protection Appeals Tribunal (IPAT): Data related to appeals of asylum decisions and final instance decisions in Malta.

Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS): Data related to open centres.

Police General Headquarters – Immigration Section: Data on boat arrivals involving irregular migrants.

Migration Directorate, Ministry of Home Affairs and Security: Data on resettlements, assisted voluntary returns and relocations.

2. Asylum data are being presented in alignment with Eurostat guidelines provided in relation to Regulation (EC) No. 862/2007 amended by Regulation (EC) No. 851/2020. Methodological information related to the data on applications, as sourced from Eurostat and referenced in this news release, can be accessed here. Methodological information related to data on decisions on applications, as sourced from Eurostat and referenced in this news release can be accessed here.

3. Definitions:

Asylum seeker: A person who has requested asylum in a country and is awaiting a decision on the application under relevant national and international processes. This definition generally refers to all who apply for protection on an individual basis, irrespective of whether they lodge their application on arrival at an airport or land border, or from inside the country, and irrespective of whether they entered the territory legally or illegally.

Asylum applicant: A person having submitted an application for international protection. 

Application for asylum: The application made by a non-EU national or a stateless person which can be understood as a request for international protection from a Member State under the Geneva Convention. Any application for international protection is presumed to be an application for asylum unless a non-EU national or a stateless person explicitly requests another kind of protection that can be applied for separately. An application for asylum is deemed to have been lodged once a form is submitted by the applicant for asylum or a report prepared by the authorities has reached the competent authorities. This includes first applications and repeated applications (subsequent, reopened and new) but excludes applications for temporary protection and reviews of positive decisions previously taken by the IPA.

Assisted voluntary returns (AVR): Programmes which provide administrative and financial support to non-EU nationals residing in the country who wish to return permanently to their country of origin. Such support also ensures that their return is sustainable.

Geneva Convention status: Refugee status granted within the meaning of Article 1 of the Geneva Convention relating to the Status of Refugees of 28th July 1951 to a person “owing to well-founded fear of being persecuted for reasons of race, religion, nationality, membership of a particular social group or political opinion, is outside the country of his nationality and is unable or, owing to such fear, is unwilling to avail himself of the protection of that country; or who, not having a nationality and being outside the country of his former habitual residence as a result of such events, is unable or, owing to such fear, is unwilling to return to it”.

First instance decision: A decision granted by the respective authority acting as a first instance of the administrative/judicial asylum procedure in the receiving country. In Malta, the authority is the International Protection Agency (IPA). In this release, first instance decisions reported refer to positive decisions and rejections/applications deemed inadmissible. The data excludes any other decisions that may have been taken by the IPA in the reference year, such as applications that were discontinued as explicitly/implicitly withdrawn, administrative closures and applications closed as Dublin cases.

Final instance decision: A decision against which there is no further possibility to appeal on the substance of the decision but only on procedural grounds. In Malta, such decisions are taken by the International Protection Appeals Tribunal (IPAT).

Open centre population: The Open Centre population comprises persons residing in Ħal Far Tent Village, Ħal Far Open Centre, Dar il-Liedna (Fgura), and Marsa Open Centre (The Initial Reception Centre). Marsa Open Centre was closed in March 2024.

Person being a subject of a pending application: A person who is the subject of an application for international protection under consideration by the responsible national authority at the end of the reference period. It includes the number of persons with pending applications at all instances of the administrative and/or judicial procedure.

Person granted authorisation to stay for humanitarian reasons: A person covered by a decision granting authorisation to stay for humanitarian reasons under national law concerning international protection. It includes persons who are not eligible for international protection but are nonetheless protected against removal.

Person granted subsidiary protection status: A person who is eligible for subsidiary protection is a non-EU national or a stateless person who does not qualify as a refugee but in respect of whom substantial grounds have been shown for believing that the person concerned, if returned to his/her country of origin, or in the case of a stateless person, to his/her country of former habitual residence, would face a real risk of suffering serious harm and is unable, or, owing to such risk, unwilling to avail him/herself of the protection of that country (Art.2(e), Directive 2004/83/EC).

Refugee: A non-EU national who, owing to a well-founded fear of being persecuted for reasons of race, religion, nationality, political opinion or membership of a particular social group, is outside the country of nationality and is unable or, owing to such fear, is unwilling to avail him/herself of the protection of that country, or a stateless person, who, being outside of the country of former habitual residence for the same reason as mentioned above, is unable or, owing to such fear, unwilling to return to it (Art.2(d), Directive 2004/83/EC).

Rejected applicant: A person covered by a decision rejecting an application for international protection under consideration by the responsible national authority. 

Relocation: Relocation is the transfer of non-EU nationals or stateless from one EU+ State to another, where they are permitted to reside with a secure legal status.

Resettlement: The transfer of non-EU nationals or stateless persons to a country outside of the EU+ States, where they are permitted to reside with a secure legal status.

Stateless: A person who is not considered as a national by any State under the operation of its law, as set out in Article 1 of the 1954 Convention relating to the Status of Stateless Persons.

Temporary protection: Temporary protection is an exceptional measure to provide immediate and temporary protection in the event of a mass influx or imminent mass influx of displaced persons from non-EU countries who are unable to return to their country of origin, as outlined by the Temporary Protection Directive 2001/55/EC. The Directive was triggered for the first time by the Council in response to the Russian invasion of Ukraine on 24 February 2022 to offer quick and effective assistance to people fleeing the war in Ukraine. The persons currently eligible for temporary protection are: a) Ukrainian nationals residing in Ukraine before 24 February 2022; b) stateless persons, and nationals of non-EU countries other than Ukraine, who benefited from international protection or equivalent national protection in Ukraine before 24 February 2022; and c) family members of the persons referred to in points (a) and (b).

Unaccompanied minor: An asylum applicant classified as an unaccompanied minor is a child under the age of 18 who arrives without an accompanying adult responsible for their care. This also includes minors who become unaccompanied after entering the country. If an age assessment procedure is required, the reported age will be the one determined through this process.

4. Geographical information

● The European Union (EU27) includes Belgium, Bulgaria, Czechia, Denmark, Germany, Estonia, Ireland, Greece, Spain, France, Croatia, Italy, Cyprus, Latvia, Lithuania, Luxembourg, Hungary, Malta, the Netherlands, Austria, Poland, Portugal, Romania, Slovenia, Slovakia, Finland and Sweden.

● The European Union+ (EU+) States include Belgium, Bulgaria, the Czech Republic, Denmark, Germany, Estonia, Ireland, Greece, Spain, France, Croatia, Italy, Cyprus, Latvia, Lithuania, Luxembourg, Hungary, Malta, the Netherlands, Austria, Poland, Portugal, Romania, Slovenia, Slovakia, Finland, Sweden, the United Kingdom, Norway, Switzerland, Iceland and Liechtenstein.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Population and Migration Unit
Sources and methods
Statistical concepts
Metadata
Past releases 

6. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

7. A detailed news release calendar is available online.

8. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content