Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: K2/2025

NR 188/2025
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Ottubru 2025

Business,Analyst,Team,Checking,In,Financial,Statement,For,Audit,Internal
  • Fit-tieni kwart tal-2025, il-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit ta’ €170.4 miljun.
  • Meta mqabblin mat-trimestru korrispondenti tal-2024, n-nefqa sħiħa żdiedet b’€170.4 miljun, filwaqt li d-dħul sħiħ naqas bi €38.7 miljun.
  • Fi tmiem it-tieni kwart tal-2025, id-dejn tal-Gvern Ġenerali kien ta’ €11,117.5-il miljun, żieda ta’ €1,010.3 miljuni fuq l-istess żmien fl-2024.
  • Fl-aħħar ta’ Ġunju 2025, id-dejn garantit mill-Gvern ammonta għal €957.2 miljun, li huwa tnaqqis ta’ €106.9 miljuni meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2024.

Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: K2/2025

Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: K2/2025

NR 188/2025
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Ottubru 2025

Fit-tieni kwart tal-2025, il-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit ta’ €170.4 miljun.
Business,Analyst,Team,Checking,In,Financial,Statement,For,Audit,Internal

Il-kontijiet mhux finanzjarji taʼ kull tliet xhur (t/t-4)

Bejn April u Ġunju 2025, id-dħul sħiħ kien ta’ €1,959.5 miljun, li huwa tnaqqis ta’ €38.7 miljun meta mqabbel mal-istess żmien fl-2024. Dan kien ġej l-aktar minn tnaqqis fit-Taxxi kurrenti fuq id-dħul u l-ġid (€98.5 miljun) u d-dħul mill-proprjetà riċevibbli (€3.0 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-Output tas-suq (€43.4 miljun), fil-Kontribuzzjonijiet soċjali netti (€8.6 miljuni), fit-Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni (€7.0 miljuni) u fit-Trasferimenti kapitali riċevibbli (€4.0 miljuni) (Tabella nru 2).

Fl-istess żmien, in-nefqa sħiħa ammontat għall-€2,129.9 miljun, żieda taʼ €170.4 miljun fuq l-istess perjodu fl-2024. L-akbar żidiet kienu rreġistrati fil-Kumpens lill-impjegati (€69.9 miljun), fil-Konsum intermedju (€50.1 miljun), fil-Benefiċċji soċjali u trasferimenti soċjali mhux monetarji (€40.5 miljun) u fis-Sussidji pagabbli (€32.9 miljun). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fit-Trasferimenti kurrenti pagabbli (€65.3  miljun) u fit-Taxxi kurrenti fuq id-dħul u l-ġid (€0.5 miljun) (Tabella nru 3).

Saru aġġustamenti lid-data tal-Fond Konsolidat tal-Gvern sabiex din tinqaleb għal sistema taʼ kontabilità bbażata fuq id-dovuti (accruals) u bʼhekk tkun taqbel mal-ħtiġijiet tal-ESA 2010. Fit-tieni kwart tal-2025, dawn l-aġġustamenti ġabu tnaqqis taʼ €46.6 miljun fid-defiċit tal-Fond Konsolidat, li minn €217.0-il miljun niżel għal €170.4 miljun (Tabella nru 4).

Ċart nru 1. Id-dħul u n-nefqa tal-Gvern Ġenerali

fʼmiljuni tal-ewro

RPPI – Annual price changes

Il-Kontijiet Finanzjarji taʼ Kull Tliet Xhur (t/t-1)

Fit-tieni kwart tal-2025, kien hemm żidiet fit-tranżazzjonijiet finanzjarji tal-assi, l-aktar fil-Munita u d-depożiti (€420.0 miljun), f’Kontijiet oħra riċevibbli (€39.9 miljun) u fit-Titoli taʼ dejn bʼterminu qasir (€5.5 miljuni). Bil-maqlub taʼ dan, it-Titoli taʼ dejn bʼterminu twil naqsu bʼ€1.8 miljun (Tabella nru 7).

Meta jitqiesu t-tranżazzjonijiet finanzjarji f’obbligazzjonijiet, l-akbar żieda kienet irreġistrata f’Kontijiet oħra pagabbli (€439.0 miljun), fit-Titoli taʼ dejn bʼterminu qasir (€99.5 miljun) u fis-Self bʼterminu twil (€81.3 miljun), filwaqt li l-Munita u d-depożiti rreġistraw tnaqqis żgħir ta’ €0.7 miljuni (Tabella nru 8).

Id-Dejn taʼ Kull Tliet Xhur (t/t-4)

Fl-aħħar taʼ Ġunju 2025, id-Dejn tal-Gvern Ġenerali kien taʼ €11,117.5-il miljun, jew 46.9 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross (PDG)1.

Din hija żieda taʼ €1,010.3 miljuni fuq l-istess trimestru tal-2024, li kienet ġejja l-aktar mid-Dejn tal-Gvern Ċentrali li kien jammonta għal €11,115.2-il miljun. Il-Munita u d-Depożiti laħqu l-€430.7 miljun, li huma tnaqqis taʼ €2.3 miljuni meta mqabblin maʼ Ġunju 2024. Dan jinkludi l-muniti tal-ewro maħruġa fʼisem it-Teżor, li huma meqjusa bħala piż għall-Gvern Ċentrali, u l-iStokk 62+ ta’ Tifdil tal-Gvern li kienu jġibu t-€322.7. It-Titoli taʼ dejn bʼterminu twil żdiedu bi €812.3-il miljun, filwaqt li t-Titoli taʼ dejn bʼterminu qasir żdiedu bʼ€107.0 miljuni. Barra minn hekk, is-Self bʼterminu twil żdied bi €92.0 miljun. Id-dejn tal-Gvern lokali kien ta’ €2.3 miljuni (Tabella nru 11).

Ċart nru 2. Id-dejn tal-Gvern Ġenerali

fʼmiljuni tal-ewro

1 Maħdum fuq is-somma tal-PDG ta’ kull tliet xhur għall-aħħar erba’ kwarti.

Methodological Notes

1. All data in this news release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States.

2. General Government Sector (S.13 sector according to the ESA2010 definitions) is made up of the Central Government Sector (S.1311) and the Local Government Sector (S.1313). The Central Government Sector includes the Budgetary Central Government, made up of Government ministries and departments and the Extra Budgetary Units (EBUs).

3. As a general rule, ESA 2010 states that all financial assets and liabilities are to be valued using current market prices on the date to which the balance sheet relates. Changes between opening and closing stocks may also include other economic flows which are not due to financial transactions. The other economic flows are broken down into revaluations in financial assets and liabilities, and other changes in the volume of financial assets and liabilities.

4. The deficit calculated from the non-financial accounts (B.9) should be consistent with the deficit measured from the financial accounts (B.9f) however, differences arise due to different sources and estimations.

5. Quarterly General Government Debt (Table 11) may not be consistent with the reported government liabilities in the Quarterly Financial Accounts for General Government (QFAGG) (Table 6). They differ because of the different valuation rules: government liabilities are reported at market value, whereas government debt is reported at nominal value excluding accrued interest. In Table 11, General Government debt is in line with Maastricht debt provisions, at the end of the period indicated. All aggregates are consolidated between the different sub-sectors of General Government. The government guarantees reported in Table 11 are on debt instruments. Government guarantees include guarantees granted by the EBUs but exclude government guarantees provided to EBUs. There are two types of guarantees: one-off (individual and large amounts) and standardised (issued in large numbers, for fairly small amounts and identical terms).

6. The figures for taxes on production and imports are treated differently between the compilation of the GDP and the General Government Sector accounts. In the latter an adjustment is made for the payment of the EU own resource on import duties.

7. The European Financial Stability Facility (EFSF) was established on 7 June 2010 for the purpose of providing stability support to Euro Area Member States (EAMS). The EFSF finances such support by issuing or entering into bonds, notes, commercial paper, or other financing arrangements. The operations are backed by guarantees of the EAMS on the basis of an agreed ‘adjusted contribution key’. On 27 January 2011, Eurostat decided that the debt issued by the EFSF for each support operation must be rerouted to the public accounts of the EAMS providing guarantees, proportionately to their contribution key. Therefore, the recording of such flows impacts the gross government debt (as defined in the Maastricht Treaty) but not the net debt. In addition, all revenue/expenditure streams (interest, margins and service fees) are recorded in the General Government accounts, resulting in a positive impact on the deficit/surplus of the EAMS.

8. The GDP used in the fiscal ratios is calculated using the sum of the quarterly GDP for the last four quarters. Source of GDP data: News Release 098/2025 dated 29th May 2025.

9. All data in this release should be considered as provisional and therefore subject to revision. Figures may not add up due to rounding.

10. t/t-4 refers to the change over the corresponding quarter in the previous year.
t/t-1 refers to the change over the previous quarter.

11. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.

12. More information relating to this news release may be accessed at:

13. A detailed news release calendar is available online.

14. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

15. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content