Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K4/2025

NR 011/2026
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Jannar 2026

Fir-rabaʼ kwart tal-2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq il-179,299, żieda taʼ 1.4 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
Valletta,,Malta,-,Cruise,Ship,Sailing,Into,Grand,Harbor,At

Fir-rabaʼ kwart tal-2025, żaru Malta 93 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ wieħed meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-169,152 (94.3 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 1,928 passiġġier, sitta aktar mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 42.0 fil-mija tat-traffiku totali. Is-swieq ewlenin kienu dak Ġermaniż li laħaq 11.3 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Taljan bi 11.1 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-103,991. Mill-passiġġieri kollha, is-suq Amerikan laħaq l-20.5 fil-mija, filwaqt li 13.0 fil-mija oħra kienu ġejjin mir-Renju Unit (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri nisa laħqu 52.5 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (43.8 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (27.3 fil-mija) (Tabella nru 1).

Jannar-Diċembru 2025

Fis-sena 2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-870,560, li 45.9 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 463,366, jew 53.2 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn is-60 u d-79 sena, u laħqu t-313,575 (36.0 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu l-263,091 (30.2 fil-mija) (Tabella nru 2).

Is-sena li għaddiet kien hemm 387 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri, bʼmedja taʼ 2,250 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tat-363 żjara u medja taʼ 2,339 passiġġier fʼkull waħda fis-sena 2024 (Tabella nru 2).

Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri biż-żmien

Methodological Notes

1. The data in this release is compiled on the basis of administrative records supplied by Transport Malta.
 
2. Cruise liners calling at both Malta and Gozo during a single voyage are recorded as one cruise liner call.
 
3. Data regarding passengers on cruise liners anchored off Mgarr, Gozo for the period April 2024 to November 2024 has been revised from the source.
 
4. The majority of passengers embarking on cruise liners from Malta generally end their trip at the same destination. Embarkations are therefore not included in total traffic figures, in order to avoid double counting. This measure was adopted as from News Release no. 079/2013, dated 23 April 2013. The referred news release also includes figures for 2011 and 2012.
 
5. For clarity, embarkation figures for the period under review are being provided:
Embarkations 2023 2024 2025
October-December 6,608 9,618 9,674
January-December 103,650 113,004 114,256

6. Definitions:

Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.

Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.

Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.

Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.

Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.

Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.

7. A detailed news release calendar is available online.

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K4/2025

NR 011/2026
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Jannar 2026

Valletta,,Malta,-,Cruise,Ship,Sailing,Into,Grand,Harbor,At
  • Fir-rabaʼ kwart tal-2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq il-179,299, żieda taʼ 1.4 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
  • Fl-istess perjodu, 93 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ wieħed meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
  • L-Istati Uniti, ir-Renju Unit, u l-Ġermanja kienu t-tlitt iswieq ewlenin fir-rabaʼ kwart tal-2025.
  • Fis-sena 2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-870,560, żieda taʼ 2.5 fil-mija meta mqabbel mas-sena taʼ qabel.
  • Fl-2025 żaru pajjiżna 387 vapur tal-kruċieri, li jiġu żieda taʼ 24 meta mqabblin mas-sena taʼ qabel.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K4/2025

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content