Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K2/2025
- Matul it-tieni kwart tal-2025, ħarġu 598 permess tal-bini għal total taʼ 3,027 residenza ġdida.
- Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati żdied bi 42.9 fil-mija.
- Meta mqabbel maʼ K2 2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ51.0 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ7.0 fil-mija.
- L-appartamenti ammontaw għal 70.6 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
- L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati (321) kien irreġistrat fʼSan Pawl Il-Baħar.
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K2/2025
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K2/2025
Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati
Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li turi l-iżvilupp ġejjieni fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.
Matul it-tieni kwart tal-2025, ħarġu 598 permess tal-bini għal total taʼ 3,027 residenza ġdida (Mappa nru 1 u Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2024, in-numri taʼ permessi tal-bini u residenzi ġodda approvati żdiedu bʼ40.0 fil-mija u bi 42.9 fil-mija, rispettivament. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 5.1 (Ċart nru 1).
Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K2/2025
Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.
Ċart nru 1. Il-permessi għall-bini residenzjali u r-residenzi ġodda approvati, biż-żmien
It-Tip taʼ residenzi approvati
Il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati fit-tieni kwart tal-2025 kienu appartamenti (2,138). Wara dawn, kien hemm il-penthouses (453), il-maisonettes (296), it-terraced houses (91) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (49) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 70.6 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).
1Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.
Ċart nru 2. It-tqassim tar-residenzi ġodda approvati, bit-tip
Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati
Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ51.0 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ7.0 fil-mija. L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (751), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port (401) (Tabella nru 2).
Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati
L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati ħareġ għal-lokalità taʼ San Pawl Il-Baħar (321). Wara, hemm L-Imsida (183), Il-Fgura (164), Ir-Rabat, Għawdex (141) u Ħaż-Żebbuġ (137) (Ċart nru 3).
Ċart nru 3. Ir-residenzi ġodda approvati, bil-lokalità2 (LAU 2): K2/2025
2FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.
