Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K2/2026

NR 145/2026
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Awwissu 2026
Data tal-Għeluq: 30 taʼ Ġunju 2026

  • Matul it-tieni kwart tal-2026, ħarġu 539 permess tal-bini għal total taʼ 3,126 residenza ġdida.
  • Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati żdied bi 3.3 fil-mija.
  • In-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ4.6 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna niżel bʼ5.1 fil-mija meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2025.
  • L-appartamenti ammontaw għal 72.1 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
  • L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati (258) kien irreġistrat fʼSan Pawl Il-Baħar.

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K2/2026

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K2/2026

NR 145/2026
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Awwissu 2026
Data tal-Għeluq: 30 taʼ Ġunju 2026

Matul it-tieni kwart tal-2026, kienu approvati bʼkollox 3,126 residenza ġdida. Dan l-ammont jirreġistra żieda taʼ 3.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess kwart tal-2025.

Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati

Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp ġejjieni fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.

Matul it-tieni kwart tal-2026, ħarġu 539 permess tal-bini għal total taʼ 3,126 residenza ġdida (Mappa nru 1 u Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2025, in-numru taʼ permessi tal-bini naqsu bʼ9.9 fil-mija, filwaqt li n-numru taʼ residenzi ġodda approvati żdiedu bi 3.3 fil-mija. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 5.8 (Ċart nru 1).

Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K2/2026

Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.

 

It-Tip taʼ residenzi approvati

Il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati fit-tieni kwart tal-2026 kienu appartamenti (2,253). Wara dawn, kien hemm il-penthouses (464), il-maisonettes (295), it-terraced houses (93) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (21) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 72.1 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).

1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.

Pie Chart with Centred Text

Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati

Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ4.6 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna niżel bʼ5.1 fil-mija. L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (1,122), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (225) (Tabella nru 2).

Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati

L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati ħareġ għal-lokalità taʼ San Pawl Il-Baħar (258). Wara, hemm Birkirkara (256), L-Imsida (164), Ħal Safi (133) u Il-Mosta (130) (Ċart nru 3).

2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.

Methodological Notes

1. The data source of this News Release is the Maltese Planning Authority. It includes approved residential building permits for the:
●  construction of approved new dwellings
●  change of use from non-residential buildings to residential ones
 
2. Building permits for dwelling extensions, restorations, alterations, or demolitions that have no effect on the number of new dwellings are not included in this news release.
 
3. Definitions:
● Building permit: An authorisation to start work on a building project. It can include more than one approved new dwelling.
● Dwelling: A room or suite of rooms and its accessories in a permanent building or a structurally separated part thereof which by the way it has been built, rebuilt and converted, is intended for private habitation.
 
4. The data contained in this release is subject to revision.
 
5. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Selected Indicators for this domain.
 
6. More information relating to this news release may be accessed at:
European statistics comparable to data in this news release.
 
7. For further assistance send your request through our online request form.
 
8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
9. A detailed news release calendar is available online.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content