Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K3/2025

NR 214/2025
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Novembru 2025
Data tal-Għeluq: 30 taʼ Settembru 2025

A set of open and rolled up blueprints on wooden table background with a pencil, a ruler and compasses lying beside. Engineering and design. Construction projects. Planning.
  • Matul it-tielet kwart tal-2025, ħarġu 593 permess tal-bini għal total taʼ 3,668 residenza ġdida.
  • Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati żdied bʼ110.3 fil-mija.
  • Meta mqabbel maʼ K3 2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ122.9 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ56.1 fil-mija.
  • L-appartamenti ammontaw għal 73.5 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
  • L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati (449) kien irreġistrat fʼSan Pawl Il-Baħar.

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K3/2025

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K3/2025

NR 214/2025
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Novembru 2025
Data tal-Għeluq: 30 taʼ Settembru 2025

Matul it-tielet kwart tal-2025, kienu approvati bʼkollox 3,668 residenza ġdida. Dan l-ammont jirreġistra żieda taʼ 110.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess kwart tal-2024.
A set of open and rolled up blueprints on wooden table background with a pencil, a ruler and compasses lying beside. Engineering and design. Construction projects. Planning.

Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati

Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp ġejjieni fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.

Matul it-tielet kwart tal-2025, ħarġu 593 permess tal-bini għal total taʼ 3,668 residenza ġdida (Mappa nru 1 u Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2024, in-numri taʼ permessi tal-bini u residenzi ġodda approvati żdiedu bʼ60.3 fil-mija u bʼ110.3 fil-mija, rispettivament. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 6.2 (Ċart nru 1).

Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K3/2025

Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.

Ċart nru 1. Il-permessi għall-bini residenzjali u r-residenzi ġodda approvati, biż-żmien

It-Tip taʼ residenzi approvati

Il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati fit-tielet kwart tal-2025 kienu appartamenti (2,696). Wara dawn, kien hemm il-penthouses (526), il-maisonettes (310), it-terraced houses (96) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (40) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 73.5 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).

1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.

Ċart nru 2. It-tqassim tar-residenzi ġodda approvati, bit-tip

Pie Chart with Centered Text

Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati

Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ122.9 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ56.1 fil-mija. L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (923), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (260) (Tabella nru 2).

Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati

L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati ħareġ għal-lokalità taʼ San Pawl Il-Baħar (449). Wara, hemm Birżebbuġa (291), Marsaskala (285), Il-Mosta (149) u Għajnsielem u Kemmuna (143) (Ċart nru 3).

Ċart nru 3. Ir-residenzi ġodda approvati, bil-lokalità2 (LAU 2): K3/2025

2Ċart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.

Methodological Notes

1. The data source of this News Release is the Maltese Planning Authority. It includes approved residential building permits for the:
●  construction of approved new dwellings
●  change of use from non-residential buildings to residential ones
 
2. Building permits for dwelling extensions, restorations, alterations, or demolitions that have no effect on the number of new dwellings are not included in this news release.
 
3. Definitions:
● Building permit: An authorisation to start work on a building project. It can include more than one approved new dwelling.
● Dwelling: A room or suite of rooms and its accessories in a permanent building or a structurally separated part thereof which by the way it has been built, rebuilt and converted, is intended for private habitation.
 
4. The data contained in this release is subject to revision.
 
5. More information relating to this news release may be accessed at:
European statistics comparable to data in this news release.
 
6. For further assistance send your request through our online request form.
 
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
8. A detailed news release calendar is available online.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content