News Releases

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2024  

NR 066/2024
Data tal-Ħruġ: 15 taʼ April 2024

Panoramic Bay View of Mgarr, Town and Harbour where Ferries Dock at the East End of Island Gozo, Malta
  • Fl-ewwel kwart tal-2024, l-għadd kollu taʼ vjaġġi, vetturi u passiġġieri żdied bʼ9.8, 5.8 u 15.7 fil-mija, rispettivament, meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2023.
  • Minn Jannar sa Marzu 2024, it-traffiku tal-vetturi li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u l-Ħamis. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-vetturi kien l-aktar għoli fil-Ħdud u t-Tnejnijiet.
  • Minn Jannar sa Marzu 2024, it-traffiku tal-passiġġieri li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-aktar għoli fil-Ħdud u s-Sibtijiet.
  • Ix-xahar taʼ Marzu rreġistra kemm l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta — 593 jew 34.2 fil-mija, kif ukoll l-ogħla għadd taʼ passiġġieri — 62,076 jew 39.7 fil-mija — fl-ewwel kwart tas-sena.

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2024

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2024

NR 066/2024
Data tal-Ħruġ: 15 taʼ April 2024

Fl-ewwel kwart tal-2024, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet fil-passiġġieri, fil-vetturi u fil-vjaġġi meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023.
Panoramic Bay View of Mgarr, Town and Harbour where Ferries Dock at the East End of Island Gozo, Malta

It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Bejn Jannar u Marzu 2024, saru total ta’ 9,602 vjaġġi, li ġarrew total ta’ 1,450,495 passiġġier (Tabella nru 1). Marzu kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 3,315-il vjaġġ jew 34.5 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Total ta’ 1,294,314-il passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fl-ewwel kwart tal-2024, li hija żieda ta’ 9.6 fil-mija meta mqabbla mal-istess tliet xhur tal-2023. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Marzu — 491,298 jew 38.0 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bʼ5.8 fil-mija għal total ta’ 465,108 (Tabelli nri 2 u 3).

 

Fl-ewwel kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq is-7,867, li huwa tnaqqis taʼ 0.3 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2023 (Tabella nru 2). FʼMarzu kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 2,722 jew 34.6 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).

Bejn Jannar u Marzu 2024, il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kellhom l-aktar traffiku taʼ passiġġieri li oriġinaw miċ-Ċirkewwa, filwaqt li l-jiem tal-Ġimgħa u l-Ħamis kellhom l-aktar traffiku taʼ vetturi li oriġinaw mill-istess post. Min-naħa l-oħra, fil-Ħdud u s-Sibtijiet kien hemm l-aktar traffiku taʼ passiġġieri li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku tal-vetturi mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u t-Tnejnijiet. (Ċarts nri 4 u 5).

Ċart nru 1. Il-qsim tal-passiġġieri u l-vetturi bejn Malta u Għawdex

No Data Found

Drag to view in full

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta

Matul l-ewwel kwart tal-2024, saru total ta’ 1,735 vjaġġ li ġarrew total ta’ 156,181 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2023, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bʼ103.2 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bʼ115.1 fil-mija. Ix-xahar taʼ Marzu rreġistra kemm l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 593 jew 34.2 fil-mija, kif ukoll l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 62,076 jew 39.7 fil-mija — tal-ewwel kwart tas-sena (Tabella nru 7).

Mappa nru 1. It-taqsim tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex fl-K1/2024

Ċart nru 2. It-taqsim tal-passiġġieri bit-tip ta’ rotta bejn Malta u Għawdex fl-K1/2024

Ċart nru 3. Il-passiġġieri u l-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Jannar-Marzu

No Data Found

Drag to view in full

Ċart nru 4a. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Marzu

No Data Found

Ċart nru 4b. Il-vetturi lejn u miċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Marzu

No Data Found

Ċart nru 5a. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Marzu

No Data Found

Ċart nru 5b. Il-passiġġieri lejn u miċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Marzu

No Data Found

Methodological Notes

1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.

2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.

3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:

Vessel Vehicles Passengers
MV Gaudos 72 900
MV Malita 138 900
MV Ta' Pinu 138 900
MV Nikolaos 160 650 (Summer)/ 350 (Winter)

Periods when vessels were out of service for docking purposes:

MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023.
MV Malita: 06/01/2022-10/02/2022 and 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023 and 27/02/2023-02/03/2023.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 25/04/2022-29/05/2022, 18/04/2023-26/04/2023 and 15/02/2024-25/03/2024.

4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:

Vessel Passengers
Your Wisdom (Gozo Fast Ferry Ltd) 296
Your Faith (Gozo Fast Ferry Ltd) 296
Gozo Express (Virtu Ferries Ltd)* 308
San Franġisk (Virtu Ferries Ltd) 316

*The fast ferry service vessel, Gozo Express (Virtu Ferries Ltd) replaced San Pawl (Virtu Ferries Ltd) on 17/05/2022.

5. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.

6. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.

7. The data is not normally subject to revision.

8. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.

9. Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.

10. A detailed news release calendar is available online.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content