L-Aċċidenti tat-Traffiku: K2/2026
L-għadd tʼaċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul it-tieni kwart tal-2026 laħaq l-4,072, żieda taʼ 1.1 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2025. L-akbar numru tʼaċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,340 każ jew 32.9 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).
Il-persuni midrubin fl-aċċidenti tat-traffiku żdiedu bʼ16.0 fil-mija u telgħu għal 398 meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2025. Il-persuni midrubin gravi kienu 146 u involvew 86 sewwieq, 19-il passiġġier u 41 persuna miexja, ċiklisti jew oħrajn. Il-ġrieħi li ġarrbu żewġ sewwieqa u persuna miexja kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-imwiet fʼdawn fl-aċċidenti naqsu bi tnejn mill-istess perjodu tal-2025 (Ċart nru 1).
L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (72.6 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuni li mietu fʼaċċidenti tat-traffiku kienu żewġ irġiel u mara. Skont l-etajiet, 29.4 fil-mija tal-persuni midrubin kellhom bejn is-26 u l-40 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).
L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (41.7 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk li kienu jinvolvu muturi (40.7 fil-mija) u vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (6.8 fil-mija). Il-fatalitajiet li seħħew fl-aċċidenti tat-traffiku involvew żewġ sewwieqa li ħabtu maʼ proprjetà u vettura li laqtet persuna miexja. Iċ-ċiklisti involuti fl-aċċidenti tat-traffiku kienu 14, bʼsitta minnhom iġarrbu ġrieħi gravi u tmienja oħra jindarbu ħafif (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien l-aktar komuni bʼ57.0 fil-mija tat-tidrib kollu li seħħ fl-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).
L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tal-Ħadd bʼ75 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd tʼaċċidenti ġara fil-jum tal-Ħamis bʼ662 każ jew 16.3 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). L-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku seħħ bejn 12:00 u 14:59 bʼ942 każ jew 23.1 fil-mija tat-total, segwiti minn dawk li ġraw bejn 15:00 u 17:59 bi 880 każ. L-inqas għadd tʼaċċidenti ġraw bejn 03:00 u 05:59 bʼ35 każ (Tabella nru 9).
L-ogħla inċidenza tʼaċċidenti tat-traffiku kienet irreġistrata fʼĦal Qormi bʼ223 każ, segwita minn Birkirkara u San Pawl Il-Baħar, bʼ211 u bʼ209 każijiet rispettivament (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).
Il-Fontana, San Lawrenz, Ix-Xgħajra u Taʼ Kerċem irreġistraw inqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku fiż-żmien imsemmi, filwaqt li ma kien irreġistrat l-ebda aċċident f’L-Għasri (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).
Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: April-Ġunju 2026
Nota: Ma kien irreġistrat l-ebda aċċident f’L-Għasri matul April-Ġunju 2026.
Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, id-distretti kollha rrappurtaw żieda fl-aċċidenti tat-traffiku, minbarra d-distretti tat-Tramuntana tal-Port u tal-Punent. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port irreġistra tnaqqis taʼ 1.9 fil-mija, filwaqt li d-distrett tal-Punent ma kellux tibdil. Id-distrett tax-Xlokk irreġistra l-akbar żieda fil-persentaġġ tal-aċċidenti tat-traffiku bi 8.2 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).
Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: April-Ġunju 2026/2025
Nota: Fid-Distrett tal-Punent, l-għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku baqaʼ ma nbidilx fʼApril–Ġunju 2026 meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
Additional Tables and Charts
Tables
Note: Percentages may not add up due to rounding.
Methodological Notes
1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).
2. Definitions:
a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (police and warden reports).
b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by wardens and/or the police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to insurance agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no police or wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.
c. Insignificant injury is determined by the police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.
d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.
e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.
f. United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.
g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions. For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of a magisterial inquiry.
3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).
4. Data is subject to revision.
5. More information relating to this news release may be accessed at:
Sources and Methods
Statistical Concepts
LAU Classification
NUTS Classification
Spatial divisions for MALTA
6. A detailed news release calendar is available online.
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. For further assistance send your request through our online request form.
L-Aċċidenti tat-Traffiku: K2/2026
- Kien hemm tlitt imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku, li involvew żewġ irġiel u mara, minn April sa Ġunju 2026.
- Matul it-tieni kwart tal-2026, l-aċċidenti tat-traffiku żdiedu bʼ1.1 fil-mija, filwaqt li l-persuni midrubin fihom żdiedu bʼ16.0 fil-mija, meta mqabblin mal-istess perjodu fl-2025.
- Minn April sa Ġunju 2026, l-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tal-Ħamis bʼ662 każ jew 16.3 fil-mija tat-total.
- Ħal Qormi rreġistra l-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku bʼ223 każ.
