L-Aċċidenti tat-Traffiku: K3/2026

PDF Aqsam
Abbona għall-aħħar aħbarijiet

Il-Punti ewlenin

  • Kien hemm erbat imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku, li involvew tliet irġiel u mara, minn Lulju sa Settembru 2026.
  • Matul it-tielet kwart tal-2026, l-aċċidenti tat-traffiku naqsu bʼ0.2 fil-mija, filwaqt li l-persuni midrubin fihom naqsu bi 18.4 fil-mija, meta mqabblin mal-istess perjodu fl-2025.
  • Minn Lulju sa Settembru 2026, l-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tal-Erbgħa bʼ662 każ jew 16.9 fil-mija tat-total.
  • Birkirkara u San Pawl Il-Baħar irreġistraw l-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku bʼ225 każ.

Il-Kummentarju

Matul it-tielet kwart tal-2026, kemm l-aċċidenti tat-traffiku kif ukoll il-persuni midrubin fihom naqsu meta mqabblin mal-istess perjodu sena qabel. Kien hemm erbat imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku.

L-għadd tʼaċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul it-tielet kwart tal-2026 laħaq it-3,909, tnaqqis taʼ 0.2 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2025. L-akbar numru tʼaċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,231 każ jew 31.5 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).

Il-persuni midrubin fl-aċċidenti tat-traffiku naqsu bi 18.4 fil-mija u niżlu għal 319 meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2025. Il-persuni midrubin gravi kienu 115 u involvew 72 sewwieq, 16-il passiġġier u 27 persuna miexja, ċiklisti jew oħrajn. Il-ġrieħi li ġarrbu tliet sewwieqa u passiġġier kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-imwiet fʼdawn fl-aċċidenti naqsu bi tlieta mill-istess perjodu tal-2025 (Ċart nru 1).

L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (74.8 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuni li mietu fʼaċċidenti tat-traffiku kienu tlitt irġiel u mara. Skont l-etajiet, 36.7 fil-mija tal-persuni midrubin kellhom bejn is-26 u l-40 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (47.3 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk li kienu jinvolvu muturi (41.7 fil-mija) u vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (8.2 fil-mija). Il-fatalitajiet li seħħew fl-aċċidenti tat-traffiku involvew tliet sewwieqa li ħabtu maʼ vetturi oħra u passiġġier li kien involut fʼħabta maʼ proprjetà. Iċ-ċiklisti involuti fl-aċċidenti tat-traffiku kienu sitta, li tnejn minnhom ġarrbu ġrieħi gravi, tnejn oħra ndarbu ħafif, u tnejn oħra ndarbu bʼmod insinifikanti (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien l-aktar komuni bʼ56.7 fil-mija tat-tidrib kollu li seħħ fl-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tal-Erbgħa bi 58 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd tʼaċċidenti ġara fil-jum tal-Erbgħa bʼ662 każ jew 16.9 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). L-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku seħħ bejn 09:00 u 11:59 bʼ876 każ jew 22.4 fil-mija tat-total, segwiti minn dawk li ġraw bejn 12:00 u 14:59 bi 859 każ. L-inqas għadd tʼaċċidenti ġraw bejn 03:00 u 05:59 bʼ65 każ (Tabella nru 9).

Road traffic casualties by age group and gender
Road traffic casualties by day of week
Nota: Il-persentaġġi jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Road traffic accidents by time bracket

L-akbar għadd tʼaċċidenti tat-traffiku kien irreġistrat fʼBirkirkara u San Pawl Il-Baħar bʼ225 każ kull wieħed. Warajhom, kien hemm Ħal Qormi bʼ204 każijiet (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).

Road Traffic Accidents by Locality

L-Imdina, Il-Fontana, San Lawrenz, L-Għasri u Taʼ Kerċem irreġistraw inqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).

Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: Minn Lulju sa Settembru 2026

L-aċċidenti tat-traffiku żdiedu fid-distretti tan-Nofsinhar tal-Port, tax-Xlokk, u tal-Punent, filwaqt li naqsu fid-distretti tat-Tramuntana tal-Port, tat-Tramuntana, u taʼ Għawdex u Kemmuna. Id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port irreġistra l-akbar żieda fil-persentaġġ taʼ aċċidenti tat-traffiku bʼ7.7 fil-mija, filwaqt li Għawdex u Kemmuna rreġistraw l-akbar tnaqqis fil-persentaġġ, bʼ9.0 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).

Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: Minn Lulju sa Settembru 2026/2025

Tables

Methodological Notes

1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).

2. Definitions:

a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (police and warden reports).

b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by wardens and/or the police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to insurance agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no police or wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.

c. Insignificant injury is determined by the police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.

d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

f. United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.

g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions.  For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of a magisterial inquiry.

3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).

4. Data is subject to revision.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts
Spatial divisions for MALTA

6. A detailed news release calendar is available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. For further assistance send your request through our online request form.

Skip to content