It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2026
- Fl-ewwel kwart tal-2026, l-għadd kollu taʼ vjaġġi, vetturi u passiġġieri naqas bʼ9.0 fil-mija, bʼ5.8 fil-mija u bʼ1.1 fil-mija, rispettivament, meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2025.
- Bejn Jannar u Marzu 2026, fil-Ħdud u t-Tnejnijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ vetturi li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku taʼ passiġġieri mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u s-Sibtijiet. Min-naħa taċ-Ċirkewwa, kemm it-traffiku tal-vetturi kif ukoll it-traffiku tal-passiġġieri kien l-ogħla fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt.
- Ix-xahar taʼ Marzu rreġistra kemm l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta — 722 jew 39.3 fil-mija, kif ukoll l-ogħla għadd taʼ passiġġieri — 86,121 jew 45.2 fil-mija — mit-total tal-ewwel kwart tas-sena.
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2026
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2026
It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex
Bejn Jannar u Marzu 2026 saru total ta’ 9,579 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,511,708 passiġġieri (Tabella nru 1). Marzu kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 3,678 vjaġġ jew 38.4 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Total ta’ 1,321,358 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fl-ewwel kwart tal-2026, żieda ta’ 0.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2025. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Marzu — 517,824 jew 39.2 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi naqas bʼ5.8 fil-mija għal total ta’ 445,351 (Tabelli nri 2 u 3).
Fl-ewwel kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq is-7,743, li huwa tnaqqis taʼ 5.7 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2025 (Tabella nru 2). FʼMarzu kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 2,956 jew 38.2 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).
Bejn Jannar u Marzu 2026, fil-Ħdud u t-Tnejnijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ vetturi li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku taʼ passiġġieri mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u s-Sibtijiet. Min-naħa taċ-Ċirkewwa, kemm it-traffiku tal-vetturi kif ukoll it-traffiku tal-passiġġieri kien l-ogħla fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt (Ċarts nri 4 u 5).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta
Matul l-ewwel kwart tal-2026, saru total ta’ 1,836 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 190,350 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2025, l-għadd ta’ vjaġġi naqas bʼ20.6 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri naqas bi 11.4 fil-mija. Ix-xahar taʼ Marzu rreġistra l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 722 jew 39.3 fil-mija tat-total taʼ vjaġġi fl-ewwel kwart tas-sena, filwaqt li kellu wkoll l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 86,121 jew 45.2 fil-mija — mit-total fl-istess perjodu (Tabella nru 7).
Ċart nru 4. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa
Ċart nru 5. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa
Tables
Tables
Methodological Notes
1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.
2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.
3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:
| Vessel | Vehicles | Passengers |
|---|---|---|
| MV Gaudos | 72 | 900 |
| MV Malita | 138 | 900 |
| MV Ta' Pinu | 138 | 900 |
| MV Nikolaos | 160 | 650 (Summer) / 350 (Winter) |
Periods when vessels were out of service for docking purposes:
MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023 and 08/01/2026-05/02/2026.
MV Malita: 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023, 27/02/2023-02/03/2023 and 07/01/2025-06/02/2025.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 18/04/2023-26/04/2023, 15/02/2024-25/03/2024, 05/05/2025-19/05/2025 and 05/03/2026-17/03/2026.
4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:
| Vessel | Passengers |
|---|---|
| Your Wisdom (Gozo Fast Ferry) | 296 |
| Your Faith (Gozo Fast Ferry) | 296 |
| Gozo Express (Virtu Ferries) | 308 |
| San Franġisk (Virtu Ferries) | 316 |
5. The two service providers (Gozo Fast Ferry and Virtu Ferries) have merged and are providing service under one company, namely Gozo High Speed.
6. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.
7. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.
8. The data is not normally subject to revision.
9. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.
