It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2025
- Fit-tieni kwart tal-2025, l-għadd kollu taʼ vjaġġi, vetturi u passiġġieri żdied bi 2.8, 3.9 and 7.7 fil-mija, rispettivament, meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2024.
- Minn Jannar sa Ġunju 2025, it-traffiku tal-vetturi li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-vetturi kien l-aktar għoli fil-Ħdud u t-Tnejnijiet.
- Minn Jannar sa Ġunju 2025, it-traffiku tal-passiġġieri li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tas-Sibt u l-Ġimgħa. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-aktar għoli fil-Ħdud u s-Sibtijiet.
- Ix-xahar taʼ Mejju rreġistra kemm l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta — 965 jew 35.5 fil-mija, kif ukoll l-ogħla għadd taʼ passiġġieri — 117,819 jew 35.1 fil-mija — fit-tieni kwart tas-sena.
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2025
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2025
It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex
Bejn April u Ġunju 2025 saru total ta’ 11,642 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,927,590 passiġġier (Tabella nru 1). Ġunju kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 3,964 vjaġġ jew 34.1 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Total ta’ 1,591,820 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fit-tieni kwart tal-2025, żieda ta’ 3.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2024. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’April — 549,469 jew 34.5 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bi 3.9 fil-mija għal total ta’ 548,423 (Tabelli nri 2 u 3).
Fit-tieni kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq it-8,925, li huwa tnaqqis taʼ 0.4 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2024 (Tabella nru 2). FʼĠunju kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,017 jew 33.8 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).
Bejn Jannar u Ġunju 2025, fil-Ħdud u s-Sibtijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ passiġġieri li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku tal-vetturi mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u t-Tnejnijiet. Min-naħa taċ-Ċirkewwa, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-ogħla fil-jiem tas-Sibt u l-Ġimgħa, filwaqt li dak tal-vetturi kien l-ogħla fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt (Ċarts nri 4 u 5).
Ċart nru 1. Il-qsim tal-passiġġieri u l-vetturi bejn Malta u Għawdex
No Data Found
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta
Matul it-tieni kwart tal-2025, saru total ta’ 2,717-il vjaġġ li ġarrew total ta’ 335,770 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2024, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bi 15.3 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bi 32.7 fil-mija. Ix-xahar taʼ Mejju rreġistra kemm l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 965 jew 35.5 fil-mija, kif ukoll l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 117,819 jew 35.1 fil-mija — tat-tieni kwart tas-sena (Tabella nru 7).
Mappa nru 1. It-taqsim tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex fit-K2/2025
Ċart nru 2. It-taqsim tal-passiġġieri bit-tip ta’ rotta bejn Malta u Għawdex fit-K2/2025
Ċart nru 3. Il-passiġġieri u l-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Xhur taʼ riferenza - April - Ġunju
No Data Found
Ċart nru 4. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa
Ċart nru 5. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa
Tables
Tables
Methodological Notes
1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.
2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.
3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:
| Vessel | Vehicles | Passengers |
|---|---|---|
| MV Gaudos | 72 | 900 |
| MV Malita | 138 | 900 |
| MV Ta' Pinu | 138 | 900 |
| MV Nikolaos | 160 | 650 (Summer) / 350 (Winter) |
Periods when vessels were out of service for docking purposes:
MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023.
MV Malita: 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023, 27/02/2023-02/03/2023 and 07/01/2025-06/02/2025.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 18/04/2023-26/04/2023, 15/02/2024-25/03/2024 and 05/05/2025 – 19/05/2025.
4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:
| Vessel | Passengers |
|---|---|
| Your Wisdom (Gozo Fast Ferry) | 296 |
| Your Faith (Gozo Fast Ferry) | 296 |
| Gozo Express (Virtu Ferries)* | 308 |
| San Franġisk (Virtu Ferries) | 316 |
5. The two service providers (Gozo Fast Ferry and Virtu Ferries) have merged and are providing service under one company, namely Gozo High Speed.
6. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.
7. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.
8. The data is not normally subject to revision.
9. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.
