It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2026
- Fit-tieni kwart tal-2026, il-vjaġġi, il-vetturi u l-passiġġieri żdiedu bi 11.5 fil-mija, bi 2.0 fil-mija u bʼ5.7 fil-mija, rispettivament, meta mqabblin mal-istess żmien tal-2025.
- Mill-Imġarr, it-traffiku tal-vetturi laħaq il-qofol tiegħu fil-jiem tal-Ħadd u t-Tnejn, filwaqt li l-akbar għadd taʼ passiġġieri deher fil-jiem tal-Ħadd u s-Sibt. Miċ-Ċirkewwa, it-traffiku tal-vetturi laħaq il-qofol tiegħu fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt, filwaqt li l-akbar għadd passiġġieri deher fil-jiem tas-Sibt u l-Ġimgħa.
- Ġunju kellu l-akbar għadd ta’ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta, b’36.7 fil-mija, filwaqt li April kellu l-akbar għadd ta’ passiġġieri, b’34.3 fil-mija.
- Fit-tieni kwart tal-2026, ir-rotot ġodda tal-fast ferry ġarrew 77,733 passiġġier. Ir-rotta taʼ bejn Tas-Sliema u l-Imġarr irreġistrat l-akbar għadd ta’ passiġġieri, bʼ25,430. Warajha, kien hemm ir-rotta taʼ bejn l-Imġarr u Tas-Sliema, bʼ24,755 passiġġier.
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2026
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K2/2026
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex
Bejn April u Ġunju 2026 saru total ta’ 12,977 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 2,037,526 passiġġier (Tabella nru 1). Ġunju kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 4,646 vjaġġ jew 35.8 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3, 7 u 9).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Total ta’ 1,640,258 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fit-tieni kwart tal-2026, żieda ta’ 3.0 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2025. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’April — 582,251 jew 35.5 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bi 2.0 fil-mija għal total ta’ 559,633 (Tabelli nri 2 u 3).
Fit-tieni kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq id-9,178, li huwa żieda taʼ 2.8 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2025 (Tabella nru 2). FʼMejju kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,125 jew 34.0 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).
Bejn April u Ġunju 2026, fil-Ħdud u t-Tnejnijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ vetturi li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku taʼ passiġġieri mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u s-Sibtijiet. Min-naħa taċ-Ċirkewwa, fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kien hemm l-aktar traffiku ta’ vetturi, filwaqt li t-traffiku taʼ passiġġieri mill-istess naħa kien l-ogħla nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ġimgħa. (Ċarts nri 4 u 5).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta
Matul it-tieni kwart tal-2026, saru total ta’ 2,589 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 319,535 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2025, l-għadd ta’ vjaġġi naqas bʼ4.7 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri naqas b’4.8 fil-mija. Ix-xahar taʼ Ġunju rreġistra l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 949 jew 36.7 fil-mija tat-total taʼ vjaġġi fit-tieni kwart tas-sena, filwaqt li April kellu l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 109,469 jew 34.3 fil-mija — mit-total fl-istess perjodu (Tabella nru 7).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u Tas-Sliema bʼwaqfa fʼBuġibba
Matul it-tieni kwart tal-2026, saru 605 vjaġġi fuq kull waħda mir-rotot taʼ bejn Buġibba u l-Imġarr, l-Imġarr u Buġibba, Tas-Sliema u l-Imġarr, u l-Imġarr u Tas-Sliema. L-għadd tal-passiġġieri kien ogħla f’Ġunju milli f’Mejju fir-rotot kollha. Ir-rotot ta’ bejn Tas-Sliema u l-Imġarr u ta’ bejn l-Imġarr u Tas-Sliema rreġistraw l-ogħla għadd ta’ passiġġieri, u ġarrew 25,430 u 24,755 passiġġier, rispettivament, tul it-tieni kwart tas-sena, filwaqt li r-rotot taʼ bejn Buġibba u l-Imġarr u taʼ bejn l-Imġarr u Buġibba ġarrew 13,778 u 13,770 passiġġier, rispettivament (Tabella nru 9).
Mappa nru 1. It-taqsim tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex fit-tieni kwart tal-2026
Ċart nru 4. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa
Ċart nru 5. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa
Tables
Tables
Methodological Notes
1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.
2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.
3. The fast ferry service operating between Mġarr and Sliema via Buġibba commenced on 5 May 2026.
4. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:
| Vessel | Vehicles | Passengers |
|---|---|---|
| MV Gaudos | 72 | 900 |
| MV Malita | 138 | 900 |
| MV Ta' Pinu | 138 | 900 |
| MV Nikolaos | 160 | 650 (Summer) / 350 (Winter) |
Periods when vessels were out of service for docking purposes:
MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023 and 08/01/2026-05/02/2026.
MV Malita: 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023, 27/02/2023-02/03/2023 and 07/01/2025-06/02/2025.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 18/04/2023-26/04/2023, 15/02/2024-25/03/2024, 05/05/2025-19/05/2025 and 05/03/2026-17/03/2026.
5. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:
| Vessel | Passengers |
|---|---|
| Your Wisdom (Gozo Fast Ferry) | 296 |
| Your Faith (Gozo Fast Ferry) | 296 |
| Gozo Express (Virtu Ferries) | 308 |
| San Franġisk (Virtu Ferries) | 316 |
6. The two service providers (Gozo Fast Ferry and Virtu Ferries) have merged and are providing service under one company, namely Gozo High Speed.
7. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.
8. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours regarding the Gozo Channel service. On the Mġarr side the data source is based on the Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.
9. The data is not normally subject to revision.
10. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.
11. A detailed news release calendar is available online.
12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
13. For further assistance send your request through our online request form.
