It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex
Bejn Ottubru u Diċembru 2024 saru total ta’ 11,463 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,655,197 passiġġier (Tabella nru 1). Ottubru kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 3,949 vjaġġ jew 34.5 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Total ta’ 1,406,265 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fir-rabaʼ kwart tal-2024, tnaqqis ta’ 2.4 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Ottubru — 519,888 jew 37.0 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bʼ1.3 fil-mija għal total ta’ 507,089 (Tabelli nri 2 u 3).
Fir-rabaʼ kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq id-9,059, li huwa żieda taʼ 6.4 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2023 (Tabella nru 2). FʼOttubru kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,083 jew 34.0 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).
Bejn Jannar u Diċembru 2024, fil-Ħdud u s-Sibtijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ passiġġieri li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku tal-vetturi mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u t-Tnejnijiet. Min-naħa l-oħra, il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kellhom l-aktar traffiku ta’ passiġġieri u vetturi li oriġinaw miċ-Ċirkewwa (Ċarts nri 4 u 5).
No Data Found
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta
Matul ir-rabaʼ kwart tal-2024, saru total ta’ 2,404 vjaġġi li ġarrew total ta’ 248,932 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2023, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bi 43.8 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bʼ44.6 fil-mija. Ix-xahar taʼ Ottubru rreġistra kemm l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 866 jew 36.0 fil-mija, kif ukoll l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 111,503 jew 44.8 fil-mija — tar-rabaʼ kwart tas-sena (Tabella nru 7).
Il-perspettiva annwali
Meta jingħaddu s-servizzi tal-Gozo Channel u tal-fast ferry flimkien, fl-2024 l-għadd taʼ vjaġġi telaʼ bʼ2,428 jew 5.8 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. It-trasport tal-vetturi bejn iż-żewġ gżejjer, sena għal sena, żdied bʼ47,314 jew 2.3 fil-mija, filwaqt li l-għadd taʼ passiġġieri żdied bʼ296,596 jew 4.5 fil-mija (Tabella nru 1). Fl-2024, ix-xahar taʼ Awwissu rreġistra l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bʼ4,099 u l-ogħla għadd taʼ vetturi u passiġġieri, bʼ205,246 u 698,310 rispettivament (Tabelli nri 3 u 7).
Xhur taʼ riferenza - Ottubru-Diċembru
No Data Found
Xhur taʼ riferenza - Jannar-Diċembru
No Data Found
Xhur taʼ riferenza - Jannar-Diċembru
No Data Found
Xhur taʼ riferenza - Jannar-Diċembru
No Data Found
Xhur taʼ riferenza - Jannar-Diċembru
No Data Found
1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.
2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.
3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:
Vessel | Vehicles | Passengers |
---|---|---|
MV Gaudos | 72 | 900 |
MV Malita | 138 | 900 |
MV Ta' Pinu | 138 | 900 |
MV Nikolaos | 160 | 650 (Summer) / 350 (Winter) |
Periods when vessels were out of service for docking purposes:
MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023.
MV Malita: 06/01/2022-10/02/2022 and 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023 and 27/02/2023-02/03/2023.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 25/04/2022-29/05/2022, 18/04/2023-26/04/2023 and 15/02/2024-25/03/2024.
4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:
Vessel | Passengers |
---|---|
Your Wisdom (Gozo Fast Ferry) | 296 |
Your Faith (Gozo Fast Ferry) | 296 |
Gozo Express (Virtu Ferries)* | 308 |
San Franġisk (Virtu Ferries) | 316 |
*The fast ferry service vessel, Gozo Express (Virtu Ferries) replaced San Pawl (Virtu Ferries) on 17/05/2022.
5. The two service providers (Gozo Fast Ferry and Virtu Ferries) have merged and are providing service under one company, namely Gozo High Speed.
6. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.
7. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.
8. The data is not normally subject to revision.
9. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.