It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K4/2025
- Fir-rabaʼ kwart tal-2025, l-għadd kollu taʼ vjaġġi, vetturi u passiġġieri żdied bi 3.2, 4.5 u 11.1 fil-mija, rispettivament, meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2024.
- Minn Jannar sa Diċembru 2025, it-traffiku tal-vetturi li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-vetturi kien l-aktar għoli fil-Ħdud u t-Tnejnijiet.
- Minn Jannar sa Diċembru 2025, it-traffiku tal-passiġġieri li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tas-Sibt u l-Ġimgħa. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-aktar għoli fil-Ħdud u s-Sibtijiet.
- Ix-xahar taʼ Diċembru rreġistra l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta — 950 jew 35.4 fil-mija, filwaqt li x-xahar tʼOttubru kellu l-ogħla għadd taʼ passiġġieri — 125,770 jew 40.2 fil-mija — fir-rabaʼ kwart tas-sena.
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K4/2025
It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K4/2025
It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex
Bejn Ottubru u Diċembru 2025 saru total ta’ 11,829 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,839,008 passiġġieri (Tabella nru 1). Diċembru kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 4,029 vjaġġ jew 34.1 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Total ta’ 1,526,411-il passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fir-rabaʼ kwart tal-2025, żieda ta’ 8.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2024. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Ottubru — 573,413 jew 37.6 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bʼ4.5 fil-mija għal total ta’ 529,930 (Tabelli nri 2 u 3).
Fir-rabaʼ kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq id-9,142, li huwa żieda taʼ 0.9 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2024 (Tabella nru 2). FʼOttubru kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,118 jew 34.1 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).
Bejn Jannar u Diċembru 2025, fil-Ħdud u t-Tnejnijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ vetturi li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku taʼ passiġġieri mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u s-Sibtijiet. Min-naħa taċ-Ċirkewwa, it-traffiku taʼ vetturi kien l-ogħla fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt, filwaqt li dak tal-passiġġieri kien l-ogħla fil-jiem tas-Sibt u l-Ġimgħa (Ċarts nri 4 u 5).
Ċart nru 1. Il-qsim tal-passiġġieri u l-vetturi bejn Malta u Għawdex
It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta
Matul ir-rabaʼ kwart tal-2025, saru total ta’ 2,687 vjaġġ li ġarrew total ta’ 312,597 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2024, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bi 11.8 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bʼ25.6 fil-mija. Ix-xahar taʼ Diċembru rreġistra l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 950 jew 35.4 fil-mija tat-total taʼ vjaġġi fir-rabaʼ kwart tas-sena, filwaqt li x-xahar tʼOttubru kellu l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 125,770 jew 40.2 fil-mija — fl-istess perjodu (Tabella nru 7).
Il-perspettiva annwali
Meta jingħaddu s-servizzi tal-Gozo Channel u tal-fast ferry flimkien, fl-2025 l-għadd taʼ vjaġġi telaʼ bʼ1,707 jew 3.8 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. It-trasport tal-vetturi bejn iż-żewġ gżejjer, sena għal sena, żdied bi 63,069 jew 3.0 fil-mija, filwaqt li l-għadd taʼ passiġġieri żdied bʼ511,306 jew 7.4 fil-mija (Tabella nru 1). Fl-2025, ix-xahar taʼ Awwissu rreġistra l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bʼ4,099 u l-ogħla għadd taʼ vetturi u passiġġieri, bʼ210,290 u 740,474 rispettivament (Tabelli nri 3 u 7).
Mappa nru 1. It-taqsim tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex fir-K4/2025
Ċart nru 2. It-taqsim tal-passiġġieri bit-tip ta’ rotta bejn Malta u Għawdex fir-K4/2025
Ċart nru 3. Il-passiġġieri u l-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa
Xhur taʼ riferenza – Minn Ottubru sa Diċembru
Ċart nru 4. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa
Minn Jannar sa Diċembru
Ċart nru 5. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa
Tables
Tables
Methodological Notes
1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.
2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.
3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:
| Vessel | Vehicles | Passengers |
|---|---|---|
| MV Gaudos | 72 | 900 |
| MV Malita | 138 | 900 |
| MV Ta' Pinu | 138 | 900 |
| MV Nikolaos | 160 | 650 (Summer) / 350 (Winter) |
Periods when vessels were out of service for docking purposes:
MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023.
MV Malita: 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023, 27/02/2023-02/03/2023 and 07/01/2025-06/02/2025.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 18/04/2023-26/04/2023, 15/02/2024-25/03/2024 and 05/05/2025 – 19/05/2025.
4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:
| Vessel | Passengers |
|---|---|
| Your Wisdom (Gozo Fast Ferry) | 296 |
| Your Faith (Gozo Fast Ferry) | 296 |
| Gozo Express (Virtu Ferries) | 308 |
| San Franġisk (Virtu Ferries) | 316 |
5. The two service providers (Gozo Fast Ferry and Virtu Ferries) have merged and are providing service under one company, namely Gozo High Speed.
6. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.
7. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.
8. The data is not normally subject to revision.
9. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.
