Home » It-Turiżmu Reġjonali: 2023
Ħarsa ħafifa
Fl-2023, l-għadd sħiħ ta’ turisti li ġew minn barra u taʼ turisti domestiċi li żaru r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna laħaq il-564,396 (Tabelli nri 1 u 6). It-turisti domestiċi li żaru Għawdex u Kemmuna laħqu 71.9 fil-mija tad-domanda kollha tat-turiżmu f’dak ir-reġjun. Min-naħa l-oħra, l-għadd sħiħ ta’ turisti li ġew minn barra u taʼ turisti domestiċi li żaru r-reġjun ta’ Malta laħaq iż-2.9 miljuni, bit-turisti li ġew minn barra jilħqu it-98.4 fil-mija tat-turisti kollha li żaru r-reġjun taʼ Malta (Ċart nru 1a).
It-turiżmu domestiku
Fl-2023, it-turiżmu domestiku bejn ir-reġjuni kien ta’ 454,495 wasla, żieda ta’ 23.2 fil-mija meta mqabbel mal-2022. Ir-residenti ta’ Malta li vvjaġġaw lejn Għawdex u Kemmuna ammontaw għal 406,018, jew 89.3 fil-mija, tat-total ta’ turisti domestiċi. Il-biċċa l-kbira tat-turisti domestiċi vvjaġġaw għal skopijiet ta’ btala (75.8 fil-mija) u qattgħu bejn 1 u 3 iljieli (83.7 fil-mija) (Tabella nru 1). It-tul medju taż-żjajjar naqas minn 2.7 għal 2.4 meta mqabbel mal-livelli tal-2022 (Tabella nru 1). L-iljieli tat-turisti domestiċi laħqu l-1,105,685, żieda ta’ 10.9 fil-mija fuq l-2022 (Tabella nru 3). In-nefqa kollha mit-turisti domestiċi kienet stmata għal €74.8 miljun, żieda ta’ 17.9 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 4). Ras għal ras, in-nefqa medja kienet ta’ €164.8, jiġifieri tnaqqis ta’ €7.1 meta mqabbla mal-2022 (Tabella nru 5).
No Data Found
No Data Found