It-Turiżmu Reġjonali: 2024
Ħarsa ħafifa
Fl-2024, l-għadd sħiħ taʼ turisti li ġew minn barra (persuni mhux residenti fʼMalta u Għawdex) u taʼ turisti domestiċi (residenti fir-reġjun taʼ Malta) li żaru r-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna laħaq l-581,440 (Tabelli nri 1 u 6). It-turisti domestiċi li żaru Għawdex u Kemmuna laħqu 69.1 fil-mija tad-domanda kollha tat-turiżmu f’dak ir-reġjun. Min-naħa l-oħra, l-għadd sħiħ taʼ turisti li ġew minn barra u taʼ turisti domestiċi li żaru r-reġjun ta’ Malta laħaq it-3.5 miljuni, bit-turisti li ġew minn barra jilħqu it-98.8 fil-mija tat-turisti kollha li żaru r-reġjun taʼ Malta (Ċart nru 1a).
Ċart nru 1a. It-turisti domestiċi u t-turisti li ġew minn barra, bir-reġjun
Ċart nru 1b. L-iljieli mqattgħin mit-turisti domestiċi u mit-turisti li ġew minn barra, bir-reġjun
3.5 miljuni
0.6 taʼ miljun
21.9 miljun
2.1 miljuni
It-turiżmu domestiku
Fl-2024, it-turiżmu domestiku bejn ir-reġjuni kien ta’ 442,322 wasla, tnaqqis ta’ 2.7 fil-mija meta mqabbel mal-2023. Ir-residenti ta’ Malta li vjaġġaw lejn Għawdex u Kemmuna ammontaw għal 401,766, jew 90.8 fil-mija, tat-total ta’ turisti domestiċi. Il-biċċa l-kbira tat-turisti domestiċi vvjaġġaw għal skopijiet ta’ btala (74.9 fil-mija) u qattgħu bejn 1 u 3 iljieli (84.0 fil-mija). It-tul medju taż-żjajjar żdied minn 2.4 għal 2.6 meta mqabbel mal-livelli tal-2023 (Tabella nru 1 u Ċart nru 2a). L-iljieli tat-turisti domestiċi laħqu l-1,165,789, żieda ta’ 5.4 fil-mija fuq l-2023 (Tabella nru 3). In-nefqa kollha mit-turisti domestiċi kienet stmata għal €73.8 miljun, tnaqqis żgħir meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 4). Ras għal ras, in-nefqa medja kienet ta’ €166.9, jiġifieri żieda ta’ €2.3 meta mqabbla mal-2023 (Tabella nru 5).
Ċart nru 2a. It-turiżmu domestiku bir-reġjun
No Data Found
Ċart nru 2b. L-iljieli mqattgħin mit-turisti domestiċi, bir-reġjun
No Data Found
