L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Jannar-Ġunju 2026

PDF Aqsam
Abbona fin-Newsletter tagħna

Punti Prinċipali

  • L-għadd taʼ talbiet għall-Benefiċċju relatati mal-aċċidenti mhux fatali fuq ix-xogħol naqas bi ftit fl-ewwel nofs tal-2026 meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2025.
  • Madwar kwart taʼ dawk li weġġgħu fʼaċċidenti mhux fatali għamlu bejn sebat ijiem u tlettax-il jum neqsin mix-xogħol.
  • L-akbar għadd taʼ aċċidenti mhux fatali rrappurtati kien jolqot ħaddiema fʼimpjiegi elementari.
  • Iżjed minn 60 fil-mija taʼ dawk involuti fʼaċċidenti mhux fatali rrappurtati kienu Maltin.
  • Kienu rrappurtati tlitt imwiet fuq ix-xogħol fl-ewwel nofs tal-2026.

Kummentarju

Fl-ewwel nofs tal-2026, it-talbiet għall-Benefiċċju tal-Korriment għall-aċċidenti mhux fatali naqsu bʼ26, meta mqabbla mal-istess perjodu tal-2025. Kienu rrappurtati tliet aċċidenti fatali fuq ix-xogħol bejn Jannar u Ġunju 2026.

Aċċidenti mhux fatali

Rekords amministrattivi juru li kienu rrappurtati 1,015-il aċċident mhux fatali fuq il-post tax-xogħol fl-ewwel sitt xhur tal-2026.

L-akbar għadd taʼ dawn l-aċċidenti kien fil-qasam tal-Kostruzzjoni, bi 15.3 fil-mija tagħhom. Wara, kien hemm l-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn, bi 13.2 fil-mija. Barra minn hekk, kien hemm 118-il każ (11.6 fil-mija) fil-Manifattura u 110 każijiet (10.8 fil-mija) fl-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali (Tabella nru 1). Iżjed minn 25 fil-mija taʼ dawk involuti kienu neqsin mix-xogħol għal perjodu li jvarja bejn sebat ijiem u tlettax-il jum (Tabella nru 2).

Chart Accidents at work

Fil-perjodu taʼ riferenza, l-akbar għadd taʼ aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol kien jolqot ħaddiema fʼimpjiegi elementari, bi 305 każijiet jew 30.0 fil-mija tal-aċċidenti kollha. Warajhom, kien hemm il-ħaddiema tas-sengħa, bʼ191 każ jew 18.8 fil-mija tal-aċċidenti (Tabella nru 3). Persuni fl-età taʼ bejn il-25 u l-44 sena kienu jgħoddu iżjed minn nofs l-aċċidenti fiż-żmien taʼ riferenza (Tabella nru 4). Iżjed minn 60.0 fil-mija tal-persuni fʼaċċidenti mhux fatali kienu Maltin (Tabella nru 5).

Kważi terz tal-korrimenti fuq ix-xogħol (33.0 fil-mija jew 335 każ) kienu jaffettwaw id-dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar u l-għadam tagħha (Tabella nru 6). Il-ġrieħi u l-korrimenti superfiċjali (64.8 fil-mija jew 658 każ), u t-tfekkik (25.2 fil-mija jew 256 każ) kienu l-aktar tipi komuni taʼ korrimenti (Tabella nru 7).

Fiż-żmien taʼ riferenza, 23.3 fil-mija tal-aċċidenti fuq ix-xogħol irrappurtati seħħew f’intrapriżi b’500 ħaddiem jew iżjed, filwaqt li 22.0 fil-mija ġraw fʼintrapriżi li jħaddmu minn 50 sa 249 ħaddiem (Tabella nru 9).

L-aħħar data annwali li hemm turi li fl-2025 kienu rrappurtati 640 aċċident mhux fatali għal kull 100,000 persuna li taħdem. L-ogħla rata taʼ inċidenza standardizzata tʼaċċidenti mhux fatali kienet fil-qasam tal-Kostruzzjoni, filwaqt li warajha kien hemm il-Manifattura (Tabella nru 11).

Aċċidenti fatali

Minn Jannar sa Ġunju 2026, l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) irrappurtat tlitt imwiet fuq ix-xogħol (Tabelli nri 12-14). Fl-2025, ir-rata ta’ inċidenza tʼaċċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol kienet ta’ 2.7 għal kull 100,000 persuna li taħdem (Tabella nru 15).

Tables

Methodological Notes

1. Data on non-fatal accidents at work is provided by the Department of Social Security.
 
2. The data in this release include all cases for which an injury benefit claim form has been submitted to the Department of Social Security, irrespective of the number of days lost.
 
3. The source of the data on fatal accidents at work is the Occupational Health and Safety Authority (OHSA).
 
4. Definitions:
– An accident at work is defined as a discrete occurrence during the course of work which leads to physical or mental harm.
 
– Fatal accidents at work are accidents that lead to death of the victim within one year.
 
– The employment status of the victim is based on ICSE-18 (International Classification of Status in Employment).
 
– The standardised incidence rate is defined as the weighted sum of the number of accidents at work per 100,000 persons in employment.
 
5. Key:
: Unreliable – less than 20 sample observations.
u Under represented – between 20 and 49 sample observations.
 
6. More information relating to this news release may be accessed at:
Classifications
 
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
8. A detailed news release calendar is available online.
 
9.  For further assistance send your request through our online request form.
Skip to content