L-għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul l-ewwel kwart tal-2024 laħaq it-3,811, li huwa tnaqqis taʼ 0.3 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2023. L-akbar numru taʼ aċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,347 każ jew 35.3 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).
It-tidrib fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bi 8.2 fil-mija sabiex laħaq 337 meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023. Il-persuni midrubin gravi ammontaw għal 81 u kienu magħmulin minn 54 sewwieq, sebaʼ passiġġieri u 20 persuna miexja/bir-rota/oħrajn. Il-ġrieħi mġarrba minn persuna miexja kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-għadd taʼ mwiet fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bi tlieta fuq l-istess perjodu tal-2023 (Ċart nru 1).
L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (77.8 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuna li mietet fit-traffiku kienet raġel. 32.0 fil-mija tat-tidrib kien jinvolvi persuni taʼ bejn l-41 u d-59 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).
No Data Found
L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (55.2 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk l-aċċidenti li kienu jinvolvu l-muturi (35.3 fil-mija) u l-vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (3.0 fil-mija). Il-fatalità li ġrat fit-traffiku involviet persuna miexja li ntlaqtet minn mutur. L-għadd taʼ ċiklisti li kienu involuti fʼaċċidenti tat-traffiku laħaq is-sitta, bi tnejn minnhom iġarrbu ġrieħi gravi u l-erbgħa l-oħra jindarbu ħafif (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien jifforma l-akbar numru taʼ tidrib bʼ65.3 fil-mija tat-tidrib kollu li ġara fʼdawn l-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).
L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tal-Ħadd bi 63 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd taʼ aċċidenti ġara fil-jum tal-Ħamis bʼ613-il każ jew 16.1 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). Il-maġġoranza tal-aċċidenti tat-traffiku seħħew fil-ħin taʼ bejn nofsinhar u t-tlieta (12:00-14:59) bi 862 każ jew 22.6 fil-mija tat-total; segwiti minn dawk li ġraw bejn it-tlieta u s-sitta taʼ waranofsinhar (15:00-17:59) bʼ789 każ. L-inqas għadd taʼ aċċidenti ġraw bejn it-tlieta u s-sitta taʼ filgħodu (03:00-05:59) bʼ45 każ (Tabella nru 9).
L-ogħla inċidenza taʼ aċċidenti tat-traffiku kienet irreġistrata fʼĦal Qormi bʼ256 każ, segwita minn Birkirkara u San Pawl il-Baħar, bʼ225 u bʼ188 każ rispettivament (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).
Taʼ Sannat, San Lawrenz, L-Għasri u l-Fontana rreġistraw anqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku. (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).
Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: Jannar-Marzu 2024
Mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, id-distretti tal-Punent, tʼGħawdex u Kemmuna, u tat-Tramuntana rreġistraw żieda fl-aċċidenti tat-traffiku, filwaqt li dawk tan-Nofsinhar tal-Port, tax-Xlokk, u t-Tramuntana tal-Port irreġistraw tnaqqis. Id-distrett tal-Punent irreġistra l-ogħla żieda fil-persentaġġ tal-aċċidenti tat-traffiku bʼ9.2 fil-mija, filwaqt li d-distrett tan-Nofsinhar tal-Port irreġistra l-ogħla tnaqqis fil-persentaġġ bʼ4.5 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).
Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: Jannar-Marzu 2024/2023
January-March 2024
No Data Found