Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Enerġija Rinnovabbli mill-Pannelli Fotovoltajċi (PVs): 2025

NR 109/2026
Data tal-Ħruġ: 23 taʼ Ġunju 2026
Data tal-Għeluq: 04 taʼ Mejju 2026

  • Fl-2025 l-ammont ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin laħaq it-36,243, li 85.6 fil-mija minnhom kienu mwaħħlin fir-reġjun ta’ Malta u 14.4 fil-mija kienu mwaħħlin fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna.
  • Is-settur domestiku kien responsabbli għal 93.2 fil-mija tal-ammont kollu ta’ sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin. Warajh, kien hemm is-settur kummerċjali u s-settur pubbliku, li kellhom 6.0 fil-mija u 0.8 fil-mija rispettivament.
  • Fl-2025 il-kWp totali ammonta għal 268,016.5, li huwa żieda ta’ 5.2 fil-mija fuq l-2024.
  • Is-settur kummerċjali kellu 53.1 fil-mija tal-kWp kollu fl-2025, segwit minn 44.5 fil-mija u 2.3 fil-mija tas-settur domestiku u tas-settur pubbliku, rispettivament.
  • Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2024, il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja żdiedet bʼ7.5 fil-mija, u kienet stmata li kellha valur taʼ 351.5 GWh.

L-Enerġija Rinnovabbli mill-Pannelli Fotovoltajċi (PVs): 2025

L-Enerġija Rinnovabbli mill-Pannelli Fotovoltajċi (PVs): 2025

NR 109/2026
Data tal-Ħruġ: 23 taʼ Ġunju 2026
Data tal-Għeluq: 04 taʼ Mejju 2026

Matul l-2025, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli minn sistemi taʼ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja ġiet stmata għal 351.5 GWh, li hija żieda taʼ 7.5 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.

L-ammont taʼ pannelli fotovoltajċi: 2025

L-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin laħaq it-36,243, li 85.6 fil-mija minnhom kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Malta, filwaqt li 14.4 fil-mija kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port u d-distrett tal-Punent kellhom 37.6 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi b’7,142 u 6,470 installazzjoni, rispettivament. Meta mqabbel mal-2024, l-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin żdied bi 3.2 fil-mija. Iż-żidiet perċentwali kienu l-ogħla fid-distrett tax-Xlokk (3.7 fil-mija) u l-aktar baxxi fid-distrett tal-Punent (2.6 fil-mija) (Tabella nru 1, Mappa nru 1).

Tabella nru 1. L-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bir-reġjun (NUTS 3), id-distrett (LAU 1) u s-sena
Sena Nazzjonali MALTA
NUTS 3 Malta Għawdex u Kemmuna
LAU 1 In-Nofsinhar tal-Port It-Tramuntana tal-Port Ix-Xlokk Il-Punent It-Tramuntana Għawdex u Kemmuna
2023 33,913 28,977 4,473 6,628 5,853 6,111 5,912 4,936
2024 35,115 30,051 4,647 6,892 6,059 6,304 6,149 5,064
2025 36,243 31,040 4,815 7,142 6,285 6,470 6,328 5,203
Sors: Ir-Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma.

Is-settur domestiku kien responsabbli għal 93.2 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin. Min-naħa l-oħra, l-ishma tas-setturi kummerċjali u pubbliċi kienu jilħqu s-6.0 fil-mija u ż-0.8 fil-mija rispettivament. Il-biċċa l-kbira taż-żidiet fit-twaħħil tal-pannelli fotovoltajċi ġodda kienu ġejjin mis-settur domestiku. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port kellu l-ogħla ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin fis-settur domestiku (Tabella nru 2 u Mappa nru 1).

L-ewwel mappa turi l-konċentrazzjoni taʼ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja, li fihom data tal-punt fuq ċelloli tal-grilja ta’ 250 m². It-tieni mappa turi l-firxa u l-intensità ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi domestiċi għal kull elf ruħ bil-lokalità, u tindika li l-għaxar lokalitajiet fejn l-aktar li kienu mwaħħlin pannelli kienu fir-reġjun/distrett ta’ Għawdex u Kemmuna. Meta kienu analizzati r-riżultati skont id-distrett, Għawdex u Kemmuna kellhom medja ta’ 117-il installazzjoni domestika għal kull elf ruħ. Dan kien segwit mid-distretti tal-Punent u tax-Xlokk b’87 u b’71 installazzjoni, rispettivament. Il-proporzjon l-aktar baxx kien irreġistrat fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port, b’36 installazzjoni għal kull elf ruħ.

Mappa nru 1. Pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bʼċelloli tal-grilja ta’ 250m², bis-settur: 2025

Noti:
  • Kull ċellola tal-grilja tirrappreżenta erja taʼ 250m².
  • Kull ċellola tal-grilja turi l-għadd totali taʼ PVs imwaħħlin fʼerja partikulari. Iċ-ċelloli tal-grilja li għandhom anqas minn tliet PVs imwaħħlin tħallew barra, ħlief għas-settur pubbliku.

Mappa nru 2. L-għadd totali taʼ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin fis-settur domestiku għal kull elf ruħ (LAU 2): 2025

Il-produzzjoni tal-enerġija mill-pannelli fotovoltajċi: 2025

Il-kWp totali ammonta għal 268,016.5, li huwa żieda ta’ 5.2 fil-mija fuq l-2024. Is-settur kummerċjali kellu 53.1 fil-mija tal-kWp totali, segwit minn 44.5 fil-mija u 2.3 fil-mija tas-settur domestiku u tas-settur pubbliku, rispettivament. Ir-rata tal-qawwa massima ta’ sistema medja ta’ pannelli fotovoltajċi fis-settur domestiku kienet tilħaq it-3.5 kWp, filwaqt li dik fis-setturi kummerċjali u pubbliċi laħqet il-65.7 u l-20.9 kWp, rispettivament (Tabelli nri 2 u 3, u Mappa nru 3).

It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondament.

 

Mappa nru 3. Il-kWp totali tal-pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bil-lokalità (LAU 2): 2025

Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2024, il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja żdiedet b’7.5 fil-mija, u kienet stmata li kellha valur taʼ 351.5 GWh. Il-biċċa l-kbira tal-enerġija kienet iġġenerata mid-distretti tax-Xlokk u tat-Tramuntana tal-Port fil-livelli ta’ 22.9 u 18.9 fil-mija tal-GWh totali, rispettivament. L-ogħla żidiet kienu fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (12.1 fil-mija) u l-aktar baxxi fid-distrett taʼ Għawdex u Kemmuna (4.6 fil-mija) (Tabella nru 4 u Mappa nru 4).

Mappa nru 4. Stima tal-MWh totali tal-pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bil-lokalità (LAU 2): 2025

Methodological Notes

1. The main source of data is the Regulator for Energy and Water Services. Point data showing the location of PV installations was obtained from Enemalta plc.

2. Statistics for years 2024–2025 are provisional and may be subject to revision.

3. Definitions:

● Photovoltaic (PV) system: A complete set of components for converting solar radiation into electricity by the photovoltaic process, including the array/s of photovoltaic modules that collect and absorb sunlight for conversion into electricity, inverter/s and associated balance of system components.

kWp: kilowatt peak – in the solar industry, kilowatt peak means the peak power rating of a panel.

kWh: kilowatt hour – a unit of energy equal to 1,000 watt-hours. It is normally used as a billing unit for energy delivered to consumers by electricity providers. The units of measurement are as follows:

kWh: kilowatt hour = 1 thousand watt-hours.

MWh: megawatt hour = 1 million watt-hours

GWh: gigawatt hour = 1 billion watt-hours

4. Commercial sector includes industry.

5. Public sector includes institutional households.

6. The term installation refers to a collection of PV panels installed as one PV system.

7. Installation date refers to the date when the PV system is actually connected to the Feed-in Tariffs grid.

8. More information relating to this news release may be accessed at:

LAU Classification
Spatial divisions for MALTA

9.  References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

10. For further assistance send your request through our online request form.

11. A detailed news release calendar is available online.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content