L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K1/2026
Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi niżel bʼ0.9 fil-mija bejn ir-rabaʼ kwart tal-2025 u l-ewwel kwart tal-2026.
Kien irreġistrat tnaqqis fil-fatturat tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (8.8 fil-mija), tat-trasport u l-ħażna (6.4 fil-mija), tal-kummerċ bl-ingrossa (6.0 fil-mija), tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (2.8 fil-mija), tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (2.3 fil-mija), u tal-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (0.8 fil-mija). Min-naħa l-oħra, il-fatturat żdied fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (5.1 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (1.4 fil-mija), u fil-kummerċ bl-imnut (0.9 fil-mija) (Tabella nru 1).
Bejn ir-rabaʼ kwart tal-2025 u l-ewwel kwart tal-2026, in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 3) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 7) naqsu bi 3.5 fil-mija u bʼ1.7 fil-mija, rispettivament, filwaqt li l-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) telgħu bʼ1.2 fil-mija.
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Matul l-ewwel kwart tal-2026, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi rreġistra żieda taʼ 4.5 fil-mija fuq bażi annwali wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol.
L-akbar żieda fil-fatturat kienet irreġistrata fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (22.4 fil-mija). Wara dawn, kien hemm l-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (12.3 fil-mija), il-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (10.1 fil-mija), l-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (9.5 fil-mija), il-kummerċ bl-imnut (7.1 fil-mija), il-kummerċ bl-ingrossa (3.5 fil-mija), l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (3.0 fil-mija), u t-trasport u l-ħażna (2.7 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dan, kien irreġistrat tnaqqis taʼ 2.4 fil-mija fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (Tabella nru 2).
Meta mqabblin mal-ewwel kwart tal-2025, l-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 8) naqsu bʼ1.8 fil-mija u bʼ1.9 fil-mija, rispettivament. Madankollu, il-pagi u s-salarji gross żdiedu bi 3.2 fil-mija (Tabella nru 6).
Tables
Methodological Notes
| NACE Section / Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours worked | Gross wages and salaries |
| G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 43.5 | 28.5 | 28.2 | 23.3 |
| G45 | Motor vehicles trade | 2.7 | 2.6 | 2.0 | 1.6 |
| G46 | Wholesale trade | 26.9 | 9.5 | 11.3 | 11.2 |
| G47 | Retail trade | 13.9 | 16.4 | 14.9 | 10.5 |
| H | Transportation and storage | 14.6 | 10.5 | 10.5 | 12.1 |
| I | Accommodation and food service activities | 4.0 | 15.1 | 13.7 | 10.1 |
| J | Information and communication | 15.1 | 8.8 | 9.8 | 15.7 |
| L | Real estate activities | 3.0 | 3.0 | 2.4 | 2.1 |
| M | Professional, scientific and technical activities | 12.6 | 15.3 | 14.0 | 18.1 |
| N | Administrative and support service activities | 7.2 | 18.8 | 21.4 | 18.6 |
| Total | 100.0 | 100.0 | 100.0 | 100.0 |
10. The calculation of the percentage changes from the indices table may slightly differ from the published percentage changes due to rounding.
11. More information relating to this news release may be accessed at:
12. A detailed news release calendar is available online.
13. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
14. For further assistance send your request through our online request form.
L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K1/2026
- Meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2025, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bʼ4.5 fil-mija.
- L-akbar żieda kienet irreġistrata fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (22.4 fil-mija).
- Meta mqabbel mal-istess kwart tal-2025, in-numru taʼ persuni impjegati u s-sigħat maħduma naqsu bʼ1.8 fil-mija u bʼ1.9 fil-mija, rispettivament, filwaqt li l-pagi u s-salarji gross telgħu bi 3.2 fil-mija.
- Il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun naqas bʼ0.9 fil-mija, bl-akbar tnaqqis seħħ fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (8.8 fil-mija) meta mqabbel mar-rabaʼ kwart tal-2025.
