News Releases

L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K4/2023
NR 037/2024
Data tal-Ħruġ: 26 taʼ Frar 2024
Data tal-Għeluq: 9 taʼ Frar 2024
Fir-rabaʼ kwart tal-2023, il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bi 11.4 fil-mija fuq it-tielet kwart tal-2023. Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bʼ4.8 fil-mija.

Hand turning a service level knob up to the maximum with a dial where it is written the word satisfaction. Concept image for illustration of Key Performance Indicator, KPI or customer loyalty.

Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel

Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi żdied bi 11.4 fil-mija bejn it-tielet u r-rabaʼ kwart tal-2023.

L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-Kummerċ bl-ingrossa (33.8 fil-mija). Wara dan, kien hemm żidiet fil-Kummerċ tal-vetturi bil-mutur (12.1 fil-mija), fit-Trasport u l-ħażna (5.2 fil-mija), fl-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (4.9 fil-mija), fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (2.0 fil-mija), fl-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (2.0 fil-mija), fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (0.9 fil-mija) u fil-Kummerċ bl-imnut (0.1 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis taʼ 19.2 fil-mija fl-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (Tabella nru 1).

Bejn it-tielet u r-rabaʼ kwart tal-2023, l-għadd taʼ persuni impjegati (Tabella nru 3), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 7) żdiedu bʼ0.9 fil-mija, 1.4 fil-mija u 2.4 fil-mija, rispettivament.

Tqabbil mas-sena taʼ qabel

Sena għal sena, fir-rabaʼ kwart tal-2023, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi żdied bʼ4.8 fil-mija wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol. Kienu rreġistrati żidiet fil-Kummerċ tal-vetturi bil-mutur (20.3 fil-mija), fl-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (10.7 fil-mija), fl-Informazzjoni u l-komunikazzjoni (5.1 fil-mija), fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (5.0 fil-mija), fit-Trasport u l-ħażna (4.6 fil-mija), fil-Kummerċ bl-imnut (3.9 fil-mija), fil-Kummerċ bl-ingrossa (3.6 fil-mija) u fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (2.1 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fl-Attivitajiet tal-proprjetà immobbli (4.0 fil-mija) (Tabella nru 2).

L-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 6) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 8) żdiedu bi 3.2 fil-mija, 8.0 fil-mija u 5.2 fil-mija, rispettivament, fuq ir-rabaʼ kwart tal-2022.

Ċart nru 1. Il-fatturat annwali tas-servizzi aġġustat bil-jiem tax-xogħol

(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)

No Data Found

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. The aim of this news release is to provide information on the business cycle within the services sector. The results are compiled and published according to the statistical classification of economic activities in the European Community, NACE Rev. 2.
 
In line with Article 7 of Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1197, this is the final news release wherein indices will be disseminated with base year 2015=100. Commencing with reference period January 2024, all indices will undergo a re-basing and re-referencing process, transitioning to the new base year of 2021=100. Consequently, direct comparisons of indices will be impractical, nonetheless percentage changes will remain a valid metric for analysis.
 
2. Every quarter, questionnaires are sent to approximately 900 business units categorised within the services sector. The data is then grossed up to represent the entire services population. For each NACE division (for example NACE Division 45 for motor trade), a sample was selected. The selected enterprises were requested to provide information, including turnover, employment and wages and salaries, on a quarterly basis. For NACE Division 68 (real estate activities), the contracts data from the Inland Revenue Department was also used. The indices were calculated for each division, showing the level of the specified variable (for example employment) relative to the average level throughout the base year 2015.
 
The index numbers in this release are working-day and seasonally adjusted. These statistical methods aid in the interpretation of data by removing regularly recurring variations from a time series. Working-day adjustment is a statistical method for removing the calendar effect from an economic time series. The calendar effect is the variation caused by the changing number of working days in different quarters. When there are no working-day or seasonal adjustments to be made, the index is published in its unadjusted form.
 
The number of working days for a given quarter may depend on the timing of certain public holidays, the possible overlap of certain public holidays and non-working days and the occurrence of a leap year. This method is used to make a comparison with the corresponding quarter of the previous year.
 
Seasonal adjustment removes variations which include effects due to quarter length, holidays and particular events such as Christmas. Statistically, seasonal adjustment takes place after a time series has already been cleared of calendar effects by way of working-day adjustment. This method is used to compare data for a specific quarter with the previous quarter. In seasonal and working-day adjustment, the direct approach is used, since adjustments are made directly to the individual indices.
 
3. In line with the Regulation on Short-term Statistics, services exclude Financial and insurance activities and Gambling and betting activities.
 
4. Definitions:
Turnover: includes total sales and other income and is expressed net of VAT. Turnover is presented in current prices.
Wages and Salaries: covers wages and salaries including bonuses, weekly allowances (cost of living allowances), overtime and national social security contributions by the employee. The definition does not include the employer’s/employers’ social security charges.
Employment: covers all persons employed, regardless of whether they are part-time or full-time, and includes paid employees as well as working proprietors and unpaid family workers. Employment is not working-day adjusted since the number of employees does not depend on factors that make up the working-day effect.
Hours worked: covers total amount of hours actually worked, regular working hours and during overtime, nights, Sundays or public holidays. Hours worked but not paid are also considered.
 
5. Weighting Structure by activity/industry and variables.
NACE Section/ Division NACE label Turnover Employment Hours Worked Wages and Salaries
G Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles 54.1 33 30.5 26.5
G45 Motor trade 3.4 2.7 2.2 1.8
G46 Wholesale trade 33.1 11.4 12.9 13
G47 Retail trade 17.6 19 15.3 11.7
H Transportation and storage 10.6 11.1 12.7 16.5
I Accommodation and food services activities 6.4 18.8 17.6 13.4
J Information and communication 9.6 7.9 9.7 13.6
L Real estate activities 3.1 1.8 1.3 1.4
M Professional, scientific and technical activities 9.7 11.6 11.1 13.5
N Administrative and support services activities 6.5 15.8 17.1 15.1

6. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain

7. More information relating to this news release may be accessed at:

Statistical Concepts
Metadata

8.  A detailed news release calendar is available online.

9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

10. For further assistance send your request through our online request form.

L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K4/2023
NR 037/2024
Data tal-Ħruġ: 26 taʼ Frar 2024
Data tal-Għeluq: 9 taʼ Frar 2024
customer service concept on blackboard-customer friendly support
  • Meta mqabbel mar-rabaʼ kwart tal-2022, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bʼ4.8 fil-mija.
  • L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-Kummerċ tal-vetturi bil-mutur (20.3 fil-mija).
  • In-numru ta’ persuni impjegati, il-pagi u s-salarji gross, u s-sigħat maħduma żdiedu bi 3.2 fil-mija, 8.0 fil-mija u 5.2 fil-mija, rispettivament.
  • Meta mqabbel mat-tliet xhur taʼ qabel, il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bi 11.4 fil-mija.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content