L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K4/2025
Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi żdied bi 2.0 fil-mija bejn it-tielet kwart u r-rabaʼ kwart tal-2025.
L-akbar żieda fil-fatturat kienet irreġistrata fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (6.3 fil-mija). Wara dawn, kien hemm l-informazzjoni u l-komunikazzjoni (5.0 fil-mija), l-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (4.1 fil-mija), il-kummerċ bl-ingrossa (3.6 fil-mija), l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (2.5 fil-mija), l-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (1.3 fil-mija) u l-kummerċ bl-imnut (1.0 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fil-fatturat tat-trasport u l-ħażna (1.8 fil-mija) u tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (1.6 fil-mija) (Tabella nru 1).
Bejn it-tielet kwart u r-rabaʼ kwart tal-2025, in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 3), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 7) telgħu bʼ1.5 fil-mija, bi 2.5 fil-mija u bʼ1.2 fil-mija, rispettivament.
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Fir-rabaʼ kwart tal-2025, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi rreġistra żieda taʼ 3.5 fil-mija fuq bażi annwali wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol.
Kienu rreġistrati żidiet fit-trasport u l-ħażna (10.2 fil-mija), fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (8.3 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (7.6 fil-mija), fil-kummerċ bl-imnut (7.2 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (3.7 fil-mija) u fil-kummerċ bl-ingrossa (1.8 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dan, kien irreġistrat tnaqqis fil-fatturat tal-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (6.4 fil-mija), tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (2.2 fil-mija) u tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (0.8 fil-mija) (Tabella nru 2).
Meta mqabbla mar-rabaʼ kwart tal-2024, l-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4) u l-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 6) telgħu bi 2.5 fil-mija u bʼ6.2 fil-mija, rispettivament. Madankollu, is-sigħat maħduma naqsu bʼ0.1 fil-mija (Tabella nru 8).
Tables
Methodological Notes
| NACE Section / Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours worked | Gross wages and salaries |
| G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 43.5 | 28.5 | 28.2 | 23.3 |
| G45 | Motor vehicles trade | 2.7 | 2.6 | 2.0 | 1.6 |
| G46 | Wholesale trade | 26.9 | 9.5 | 11.3 | 11.2 |
| G47 | Retail trade | 13.9 | 16.4 | 14.9 | 10.5 |
| H | Transportation and storage | 14.6 | 10.5 | 10.5 | 12.1 |
| I | Accommodation and food service activities | 4.0 | 15.1 | 13.7 | 10.1 |
| J | Information and communication | 15.1 | 8.8 | 9.8 | 15.7 |
| L | Real estate activities | 3.0 | 3.0 | 2.4 | 2.1 |
| M | Professional, scientific and technical activities | 12.6 | 15.3 | 14.0 | 18.1 |
| N | Administrative and support service activities | 7.2 | 18.8 | 21.4 | 18.6 |
| Total | 100.0 | 100.0 | 100.0 | 100.0 |
7. The calculation of the percentage changes from the indices table may slightly differ from the published percentage changes due to rounding.
8. More information relating to this news release may be accessed at:
9. A detailed news release calendar is available online.
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.
L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K4/2025
- Meta mqabbel maʼ K4 2024, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bi 3.5 fil-mija.
- L-akbar żieda kienet irreġistrata fit-trasport u l-ħażna (10.2 fil-mija).
- Meta mqabbel mal-istess kwart tal-2024, in-numru taʼ persuni impjegati u l-pagi u s-salarji gross telgħu bi 2.5 fil-mija u bʼ6.2 fil-mija, rispettivament, filwaqt li s-sigħat maħduma naqsu bʼ0.1 fil-mija.
- Il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun tela’ bi 2.0 fil-mija, bl-akbar żieda seħħet fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (6.3 fil-mija) meta mqabbel maʼ K3 2025.
