L-Iskart Muniċipali: 2024
- Fl-2024, il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ammontat għal 353,525 tunnellata u bʼhekk żdiedet bʼ20,287 tunnellata, jew 6.1 fil-mija, fuq l-2023.
- Meta titqies il-popolazzjoni turistika netta taʼ kuljum flimkien mal-popolazzjoni residenti taʼ nofs is-sena, il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ras għal ras għall-2024 ammontat għal 574 kilogramma u b’hekk żdiedet bi 2.1 fil-mija fuq l-2023.
- Matul l-2024, l-ammont totali ta’ skart muniċipali ttrattat żdied b’9,635 tunnellata, jew 3.1 fil-mija, fuq dak irreġistrat fl-2023, sabiex laħaq it-322,119-il tunnellata.
- Fl-2024, 79.2 fil-mija tal-iskart muniċipali ttrattat mar għar-rimi fil-miżbliet, żieda mit-78.6 fil-mija li kienu rreġistrati s-sena ta’ qabel.
- Meta mqabbel mal-2023, l-iskart muniċipali li kien irriċiklat fl-2024 żdied b’1,723 tunnellata, jew 3.1 fil-mija, biex bʼhekk laħaq bʼkollox 58,156 tunnellata.
L-Iskart Muniċipali: 2024
L-Iskart Muniċipali: 2024
Il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali
Fl-2024, il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ammontat għal 353,525 tunnellata biex bʼhekk żdiedet bʼ20,287 tunnellata, jew 6.1 fil-mija, fuq l-2023. F’termini assoluti, l-akbar żidiet fit-tip ta’ skart iġġenerat kienu rreġistrati fil-bijoskart mill-ġonna u l-parks (5,910 tunnellati), fil-bijoskart mill-kċejjen u l-kantins (5,826 tunnellata) u fi skart ieħor (4,082 tunnellata). Min-naħa l-oħra, it-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat għall-iskart muniċipali mħallat (2,642 tunnellata), il-metalli (1,293 tunnellata) u l-ħġieġ (123 tunnellata) (Tabella nru 1).
Ċart nru 1. Il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali
L-istatistika tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali maqsuma bit-tip ta’ skart tagħti tagħrif dwar l-iskart fil-punt tal-ġbir. Hekk, jistaʼ jsir magħruf il-proporzjon taʼ skart li kien isseparat fis-sors (ara nota nru 4 fil-metodoloġija). Id-data disponibbli turi li fl-2024 il-ġbir tal-iskart isseparat fis-sors kien taʼ 36.3 fil-mija tal-iskart iġġenerat, żieda mill-34.8 fil-mija li kienu rreġistrati sena qabel (Ċart nru 2).
Ċart nru 2. Il-ġbir tal-iskart muniċipali bit-tip
Nota: Il-ġbir ta’ frazzjonijiet separati tal-iskart jirreferi għal sistema ta’ ġbir fejn il-fluss tal-iskart jiġi sseparat skont it-tip u n-natura biex bʼhekk jiġi ffaċilitat it-trattament speċifiku. Skart miġbur separatament jinkludi ġbir ta’ materjali uniċi jew materjali multipli li jinġabru flimkien għar-riċiklaġġ bħal fil-każ tal-borża l-ħadra/griża.
L-istatistika tal-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali maqsuma bit-tip ta’ skart turi li ż-żidiet ewlenin kienu rreġistrati fi ġbir ‘ieħor’ taʼ skart (15,076 tunnellata), fit-tindif tat-toroq (3,432 tunnellata) u fil-ġbir tal-iskart organiku (2,444 tunnellata). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fil-ġbir tal-borża s-sewda min-negozji u l-istituzzjonijiet (2,287 tunnellata), fil-ġbir miċ-ċentri tal-iskart goff (384 tunnellata) u fil-ġbir bieb bieb tal-borża s-sewda mill-kunsilli lokali (356 tunnellata) (Tabella nru 2).
L-indikaturi dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ras għal ras imsejsa fuq il-popolazzjoni residenti taʼ nofs is-sena juru li, is-sena li għaddiet, kull persuna ġġenerat 621 kilogramma ta’ skart, żieda ta’ 3.1 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Barra minn hekk, meta tkun meqjusa l-popolazzjoni turistika netta taʼ kuljum flimkien mal-popolazzjoni residenti taʼ nofs is-sena, il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali għall-2024 ammontat għal 574 kilogramma għal kull persuna, żieda taʼ 2.1 fil-mija fuq l-2023 (Tabella nru 3).
Ċart nru 3. Il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ras għal ras (inkluż il-popolazzjoni turistika netta taʼ kuljum), bit-tip taʼ skart
It-trattament tal-iskart muniċipali
Matul l-2024, l-ammont ta’ skart muniċipali ttrattat żdied b’9,635 tunnellata, jew 3.1 fil-mija, fuq dak irreġistrat fl-2023, biex laħaq it-322,119-il tunnellata. Fl-2024, 79.2 fil-mija tal-iskart muniċipali ttrattat mar għar-rimi fil-miżbliet, żieda mit-78.6 fil-mija li kienu rreġistrati s-sena ta’ qabel. F’termini assoluti, l-iskart muniċipali mormi fil-miżbliet żdied b’9,510 tunnellata (3.9 fil-mija), l-aktar minħabba ammonti akbar taʼ skart muniċipali mħallat (16,381 tunnellata), taʼ njam (8,764 tunnellata) u taʼ bijoskart tal-ġonna u l-parks (6,514-il tunnellata). Dawn iż-żidiet kienu kkumpensati minn tnaqqis fir-rimi ta’ fdalijiet li jirriżultaw mit-trattament mekkaniku tal-iskart (24,371 tunnellata) u tal-iskart goff (764 tunnellata) (Tabella nru 4).
Fl-2024, l-iskart muniċipali rriċiklat żdied b’1,723 tunnellata, jew 3.1 fil-mija, għal total taʼ 58,156 tunnellata. B’sehem taʼ 60.0 fil-mija mill-iskart kollu rriċiklat, il-karta u l-kartun kienu l-aktar materjal irriċiklat. Kienu rreġistrati żidiet fir-riċiklaġġ tal-bijoskart mill-kċejjen u l-kantins (25.0 fil-mija), tal-karta u l-kartun (24.5 fil-mija) u tal-plastik (11.5 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fir-riċiklaġġ tal-ħwejjeġ u t-tessuti (46.6 fil-mija), tal-ħġieġ (36.0 fil-mija), tal-metalli (31.4 fil-mija) u tat-tagħmir elettriku u elettroniku (1.4 fil-mija) (Tabella nru 4).
Fl-2024, l-iskart muniċipali li għadda mit-trattament taʼ rkupru tal-enerġija naqas bi 17.0 fil-mija u laħaq is-7,530 tunnellata. 1,282 tunnellata oħra għaddew minn proċessi ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid, tnaqqis taʼ 1.6 fil-mija fuq l-2023 (Tabella nru 4).
Ċart nru 4. It-trattament tal-iskart muniċipali bil-kategorija taʼ trattament
Methodological Notes
1. Data for this news release is sourced from WasteServ Malta Ltd., the Environment and Resources Authority (ERA) and Circular Economy Malta. Data for 2024 should be considered as provisional.
2. Data presented in this news release is based on the methodology that is applied for the municipal waste data reporting which the NSO submits annually to Eurostat. This methodology follows the provisions as laid down in the document: ‘‘Guidance for the compilation and reporting of data on municipal waste according to Commission Implementing Decisions 2019/1004/EC and 2019/1885/EC, and the Joint Questionnaire of Eurostat and OECD’ version of 06/10/2023‘.
3. Revisions on 2023 data have been carried out following data updates in the National Waste Inventory that is sourced from ERA.
4. Source segregated waste collection is determined from the data that is presented in Table 1 and is considered to comprise the following waste types: Paper and cardboard, Plastics, Metals, Glass, Wood, Waste electrical and electronic equipment, Mixed packaging, Bio-waste – kitchen and canteen and Clothes and textiles.
5. Municipal waste generation which is expressed in kilograms per capita, is worked out by dividing the municipal waste generation (in kilograms) by the mid-year resident population. The mid-year resident population is calculated by averaging start-of-the-year and end-year usual resident population estimates. It should be noted that Eurostat uses population data as on 1 January to calculate the average population and so the per capita figures in this release are not directly comparable to those of Eurostat.
6. Municipal waste generation per capita figures have been revised to align population figures with those published by NSO in the Tourism Intensity Statistical Insight, released on the 14 April 2025.
7. Municipal waste generation per capita (including net tourist daily population) is a national indicator that has been included in this news release since all the waste that is generated by tourists forms part of municipal waste. It is calculated by the following formula:
The inbound tourist daily population is calculated by dividing the total nights spent in Malta by tourists by the number of nights in the year. The outbound tourist daily population is calculated by dividing the total nights spent by Maltese residents abroad by the number of nights in the year.
Effective population figures from 2010 to 2015 are presented in the table below. Figures for 2016 to 2023 can be accessed from here. Figures for 2024 can be accessed from here.
| 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | |
|---|---|---|---|---|---|---|
| Mid-year resident population | 414,562 | 416,318 | 419,746 | 425,171 | 433,451 | 443,764 |
| Tourist daily population | 24,106 | 24,458 | 25,443 | 27,454 | 28,331 | 29,826 |
8. Table 4 presents data for the six final treatment categories under which municipal waste treatment in Malta can be classified. Data is inclusive of waste exports to overseas final treatment facilities occurring due to the limited waste treatment capacity in Malta.
9. The difference between municipal waste generation and municipal waste treatment occurs mainly as a result of moisture gains and losses in organic waste, variations in stocks of waste that are held in storage prior to the final treatment operation and waste that is exported for pre-treatment operations (consequently the final treatment operation is not specified).
10. Definitions:
● Municipal waste: Waste that is generated from households as well as waste that is similar in nature and composition to household waste that is generated by businesses and institutions. This waste is collected by or on behalf of municipal authorities and disposed of through the waste management system.
● Bring-in sites: Collection depots for clean source segregated recyclable materials. Four types of materials are collected: glass, metals, plastic and paper/cardboard.
● Civic amenity sites: Collection depots for the separate disposal of household bulky and recyclable waste. In 2024 there were six sites operated by WasteServ Malta Ltd., five in Malta and one in Gozo.
● Green/Grey bag collection: Door-to-door collection of mixed paper, metals and plastics from households. This service commenced in 2011. As of 2023 this collection takes place every Thursday.
● Glass collection: Door-to-door collection of glass from households. This service commenced in 2014. As of 2023 this collection takes place every first and third Fridays of the month.
● Black bag collection: Door-to-door collection of mixed waste primarily from households but also including waste from businesses and institutions. This bag should be used only for the disposal of residual waste which cannot be composted or recycled. As of 2023 this collection takes place every Tuesday and Saturday.
● Organic waste collection: Door-to-door collection of organic waste from households. This collection started as a pilot project covering a limited number of localities in 2015 and was extended nationally from the 31st October 2018 onwards. As of 2023 this collection takes place every Monday, Wednesday and Friday.
● Disposal – landfill: Disposal of waste into or onto land, including specially engineered landfill, covered by Disposal codes D1, D5 and D12.
● Disposal – incineration: Incineration without energy recovery refers to the thermal treatment of waste and is considered as a disposal operation classified under code D10.
● Recovery – material recycling: Any waste recovery operations by which disposed materials are reprocessed into products, materials or substances whether for the original or other purposes, except for use as fuel. These recovery operations are classified under codes R2 to R9 and R11.
● Recovery – energy recovery: Incineration with energy recovery is considered as a recovery operation whenever both the conditions and energy efficiency thresholds which are provided in the ‘Guidelines on the energy efficiency formula for incineration facilities’ related to the Waste Framework Directive are met. This treatment operation is classified under code R1.
● Recovery – preparing for re-use: Operations that include checking, cleaning or repairing by which products or components of products that have become waste are prepared so that they can be re-used without any other pre-processing.
11. More information relating to this news release may be accessed at:
Statistical concepts
Metadata
Classifications (Recovery and Disposal operations)
12. A detailed news release calendar is available online.
13. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
14. For further assistance send your request through our online request form.
- Fl-2024, il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ammontat għal 353,525 tunnellata u bʼhekk żdiedet bʼ20,287 tunnellata, jew 6.1 fil-mija, fuq l-2023.
- Meta titqies il-popolazzjoni turistika netta taʼ kuljum flimkien mal-popolazzjoni residenti taʼ nofs is-sena, il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ras għal ras għall-2024 ammontat għal 574 kilogramma u b’hekk żdiedet bi 2.1 fil-mija fuq l-2023.
- Matul l-2024, l-ammont totali ta’ skart muniċipali ttrattat żdied b’9,635 tunnellata, jew 3.1 fil-mija, fuq dak irreġistrat fl-2023, sabiex laħaq it-322,119-il tunnellata.
- Fl-2024, 79.2 fil-mija tal-iskart muniċipali ttrattat mar għar-rimi fil-miżbliet, żieda mit-78.6 fil-mija li kienu rreġistrati s-sena ta’ qabel.
- Meta mqabbel mal-2023, l-iskart muniċipali li kien irriċiklat fl-2024 żdied b’1,723 tunnellata, jew 3.1 fil-mija, biex bʼhekk laħaq bʼkollox 58,156 tunnellata.
