Home » L-Iskart Muniċipali: 2023
Il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali
Fl-2023, il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ammontat għal 334,911-il tunnellata biex bʼhekk żdiedet bʼ6,501 tunnellata, jew 2.0 fil-mija, fuq l-2022. Ħarsa lejn it-tipi ta’ skart iġġenerati f’termini assoluti turi li ż-żidiet kienu l-aktar evidenti fil-bijoskart mill-kċejjen u l-kantins (7,881 tunnellata), fil-ħġieġ (5,526 tunnellata), u fil-karta u l-kartun (4,947 tunnellata). Min-naħa l-oħra, it-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat għall-iskart muniċipali mħallat (15,781 tunnellata), l-iskart goff (8,248 tunnellata) u l-ippakkjar imħallat (4,779 tunnellata) (Tabella nru 1).
No Data Found
L-istatistika dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali skont it-tip ta’ ġbir tal-iskart turi li fl-2023 iż-żidiet ewlenin kienu rreġistrati fi ġbir ieħor taʼ skart (18,197 tunnellata), fil-ġbir tal-borża s-sewda min-negozji u l-istituzzjonijiet (12,474 tunnellata) u l-Beverage Container Refund Scheme (9,115-il tunnellata). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fil-ġbir bieb bieb tal-borża s-sewda mill-kunsilli lokali (28,255 tunnellata), fil-ġbir tal-iskart goff mid-djar, min-negozji, u mill-istituzzjonijiet (8,248 tunnellata) u fil-ġbir tal-boroż il-ħodor/griżi (5,084 tunnellata) (Tabella nru 2).
Fl-2023, il-ġbir tal-iskart isseparat kien jammonta għal 34.7 fil-mija tal-iskart muniċipali ġġenerat, li huwa żieda mis-27.9 fil-mija li kien irreġistrat fl-2022 (Ċart nru 2).
No Data Found
Nota: Il-ġbir ta’ frazzjonijiet separati tal-iskart jirreferi għal sistema ta’ ġbir fejn il-fluss tal-iskart jiġi sseparat skont it-tip u n-natura biex bʼhekk jiġi ffaċilitat it-trattament speċifiku. Skart miġbur separatament jinkludi ġbir ta’ materjali uniċi jew materjali multipli li jinġabru flimkien għar-riċiklaġġ bħal fil-każ tal-borża l-ħadra/griża.
L-indikaturi dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ras għal ras juru, li meta titqies il-popolazzjoni medja, fl-2023 kull persuna ġġenerat 606 kilogrammi ta’ skart, li hija tnaqqis ta’ 2.0 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Madankollu, meta l-popolazzjoni ekwivalenti turistika netta tiġi kkunsidrata, jista’ jiġi nnotat li l-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali għall-2023 ammontat għal 565 kilogramma għal kull persuna. Din iċ-ċifra turi tnaqqis ta’ 2.8 fil-mija fuq l-2022 l-aktar minħabba li l-għadd tal-popolazzjoni totali u l-iljieli netti mqattgħin mit-turisti żdiedu bʼrata ogħla mill-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali fl-2023 (Tabella nru 3).
It-trattament tal-iskart muniċipali
Matul l-2023, l-ammont ta’ skart muniċipali ttrattat naqas b’4,908 tunnellati, jew 1.5 fil-mija, fuq dak irreġistrat fl-2022, sabiex laħaq 313,873 tunnellata. Il-persentaġġ taʼ skart li mar għar-rimi fil-miżbliet mit-total ta’ skart muniċipali li ġie trattat kien ta’ 78.7 fil-mija, li huwa tnaqqis mill-85.8 fil-mija li kien irreġistrat is-sena ta’ qabel. F’termini assoluti, l-iskart muniċipali mormi fil-miżbliet naqas b’26,298 tunnellata (9.6 fil-mija), l-aktar minħabba ammonti inqas taʼ fdalijiet li jirriżultaw mit-trattament mekkaniku tal-iskart (19,262 tunnellata), taʼ skart goff (8,663 tunnellata) u taʼ skart muniċipali mħallat (2,864 tunnellata). Min-naħa l-oħra, ir-rimi fil-miżbliet żdied l-aktar mill-bijoskart tal-ġonna u l-parks (3,884 tunnellata) kif ukoll minn skart ieħor (1,466 tunnellata) (Tabella nru 4).
L-iskart muniċipali li ġie riċiklat fl-2023 żdied b’16,130 tunnellata, jew 40.1 fil-mija, għal total taʼ 56,402 tunnellati. B’sehem taʼ 49.7 fil-mija mill-iskart kollu riċiklat, il-karta u l-kartun kienu l-aktar materjal li ġie riċiklat. Kienu rreġistrati żidiet fir-riċiklaġġ tal-metalli (165.1 fil-mija), tal-plastik (146.2 fil-mija), tal-ħġieġ (66.0 fil-mija), tal-bijoskart mill-kċejjen u l-kantins (16.7 fil-mija) u tal-karta u l-kartun (16.2 fil-mija). Bil-maqlub taʼ dan, ir-riċiklar tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku naqas bi 19.5 fil-mija (Tabella nru 4).
Fl-2023, l-iskart muniċipali li għadda mit-trattament taʼ rkupru tal-enerġija żdied bʼ121.4 fil-mija u laħaq id-9,074 tunnellata. 1,303 tunnellati oħra għaddew minn proċessi ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid, żieda taʼ 26.3 fil-mija fuq l-2022 (Tabella nru 4).
No Data Found
1. Data for this news release is sourced from WasteServ Malta Ltd., the Environment and Resources Authority (ERA) and Circular Economy Malta. Data for 2023 should be considered as provisional.
2. Data presented in this news release is based on the methodology that is applied for the municipal waste data reporting which the NSO submits annually to Eurostat. This methodology follows the provisions as laid down in the document: ‘Guidance for the compilation and reporting of data on municipal waste according to Commission Implementing Decisions 2019/1004/EC and 2019/1885/EC, and the Joint Questionnaire of Eurostat and OECD’ version of 21/05/2024‘.
3. Revisions on 2022 data have been carried out following data updates in the National Waste Inventory that is sourced from ERA.
4. Municipal waste generation and treatment which is expressed in kilograms per capita, is worked out by means of data on the average population. The average population during a calendar year is calculated as the arithmetic mean of the population on 31 December of two consecutive years. It should be noted that Eurostat uses population data as on 1 January to calculate the average population and so the per capita figures in this release are not directly comparable to those of Eurostat.
5. Municipal waste generation per capita figures have been revised as a result of the intercensal benchmark revisions of population and migration statistics for the time-series 2012 to 2021 together with data for the 2022 reference year. These were published by the NSO on 26 January 2024.
6. Municipal waste generation per capita (including net tourist equivalent population) is a national indicator that has been included in this news release since all the waste that is generated by tourists forms part of municipal waste. It is calculated by the following formula:
The inbound tourist equivalent population is calculated by dividing the total nights spent in Malta by tourists by the number of nights in the year. The outbound tourist equivalent population is calculated by dividing the total nights spent by Maltese residents abroad by the number of nights in the year.
7. Table 4 presents data for the five final treatment categories under which municipal waste that was treated from 2019 to 2023 can be classified. Data is inclusive of waste exports to overseas final treatment facilities occurring due to the limited waste treatment capacity in Malta.
8. The difference between municipal waste generation and municipal waste treatment occurs mainly as a result of moisture gains and losses in organic waste, variations in stocks of waste that are held in storage prior to the final treatment operation and waste that is exported for pre-treatment operations (consequently the final treatment operation is not specified).
9. Definitions:
● Municipal waste: Waste that is generated from households as well as waste that is similar in nature and composition to household waste that is generated by businesses and institutions. This waste is collected by or on behalf of municipal authorities and disposed of through the waste management system.
● Bring-in sites: Collection depots for clean source segregated recyclable materials. Four types of materials are collected: glass, metals, plastic and paper/cardboard.
● Civic amenity sites: Collection depots for the separate disposal of household bulky and recyclable waste. In 2023 there were six sites operated by WasteServ Malta Ltd., five in Malta and one in Gozo.
● Green/Grey bag collection: Door-to-door collection of mixed paper, metals and plastics from households. This service commenced in 2011. As of 2023 this collection takes place every Thursday.
● Glass collection: Door-to-door collection of glass from households. This service commenced in 2014. As of 2023 this collection takes place every first and third Fridays of the month.
● Black bag collection: Door-to-door collection of mixed waste primarily from households but also including waste from businesses and institutions. This bag should be used only for the disposal of residual waste which cannot be composted or recycled. As of 2023 this collection takes place every Tuesday and Saturday.
● Organic waste collection: Door-to-door collection of organic waste from households. This collection started as a pilot project covering a limited number of localities in 2015 and was extended nationally from the 31st October 2018 onwards. As of 2023 this collection takes place every Monday, Wednesday and Friday.
● Disposal – landfill: Disposal of waste into or onto land, including specially engineered landfill, covered by Disposal codes D1, D5 and D12.
● Disposal – incineration: Incineration without energy recovery refers to the thermal treatment of waste and is considered as a disposal operation classified under code D10.
● Recovery – material recycling: Any waste recovery operations by which disposed materials are reprocessed into products, materials or substances whether for the original or other purposes, except for use as fuel. These recovery operations are classified under codes R2 to R9 and R11.
● Recovery – energy recovery: Incineration with energy recovery is considered as a recovery operation whenever both the conditions and energy efficiency thresholds which are provided in the ‘Guidelines on the energy efficiency formula for incineration facilities’ related to the Waste Framework Directive are met. This treatment operation is classified under code R1.
● Recovery – preparing for re-use: Operations that include checking, cleaning or repairing by which products or components of products that have become waste are prepared so that they can be re-used without any other pre-processing.
10. More information relating to this news release may be accessed at:
Statistical concepts
Metadata
Classifications (Recovery and Disposal operations)
11. A detailed news release calendar is available online.
12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
13. For further assistance send your request through our online request form.