News Releases

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: Ir-Rabaʼ Kwart tal-2023  

NR 013/2024
Data tal-Ħruġ: 23 taʼ Jannar 2024

MÄ¡arr Harbour in Gozo, Malta
  • Fir-rabaʼ kwart tal-2023, l-għadd kollu taʼ vjaġġi, vetturi u passiġġieri żdied bʼ6.5, 3.2 u 15.4 fil-mija, rispettivament, meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2022.
  • Minn Jannar sa Diċembru 2023, it-traffiku tal-vetturi li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-vetturi kien l-aktar għoli fil-Ħdud u t-Tnejnijiet.
  • Minn Jannar sa Diċembru 2023, it-traffiku tal-passiġġieri li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-aktar għoli fil-Ħdud u s-Sibtijiet.
  • Ix-xahar taʼ Ottubru rreġistra kemm l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta — 666 jew 39.8 fil-mija, kif ukoll l-ogħla għadd taʼ passiġġieri — 82,387 jew 47.9 fil-mija — fir-rabaʼ kwart tas-sena.

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: Ir-Rabaʼ Kwart tal-2023

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: Ir-Rabaʼ Kwart tal-2023

NR 013/2024
Data tal-Ħruġ: 23 taʼ Jannar 2024

Fir-rabaʼ kwart tal-2023, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet fil-passiġġieri, fil-vetturi u fil-vjaġġi meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2022.
MÄ¡arr Harbour in Gozo, Malta

It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Bejn Ottubru u Diċembru 2023, saru total ta’ 10,185 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,612,813-il passiġġier (Tabella nru 1). Ottubru kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 3,784 vjaġġ jew 37.2 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Total ta’ 1,440,644 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fir-rabaʼ kwart tal-2023, li hija żieda ta’ 9.6 fil-mija meta mqabbla mal-istess tliet xhur tal-2022. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Ottubru — 544,654 jew 37.8 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bi 3.2 fil-mija għal total ta’ 500,723 (Tabelli nri 2 u 3).

 

Fir-rabaʼ kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq it-8,513, li huwa tnaqqis taʼ 4.2 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2022 (Tabella nru 2). FʼOttubru kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,118 jew 36.6 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).

Bejn Jannar u Diċembru 2023, il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kellhom l-aktar traffiku taʼ passiġġieri u vetturi li oriġinaw miċ-Ċirkewwa. Min-naħa l-oħra, fil-Ħdud u s-Sibtijiet kien hemm l-aktar traffiku taʼ passiġġieri li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku tal-vetturi mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u t-Tnejnijiet. (Ċarts nri 4 u 5).

Ċart nru 1. Il-qsim tal-passiġġieri u l-vetturi bejn Malta u Għawdex

No Data Found

Drag to view in full

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta

Matul ir-rabaʼ kwart tal-2023, saru total ta’ 1,672 vjaġġ li ġarrew total ta’ 172,169 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2022, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bʼ145.9 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bi 106.5 fil-mija. Ix-xahar taʼ Ottubru rreġistra kemm l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 666 jew 39.8 fil-mija, kif ukoll l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 82,387 jew 47.9 fil-mija — tar-rabaʼ kwart tas-sena (Tabella nru 7).

Mappa nru 1. It-taqsim tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex fir-Rabaʼ Kwart tal-2023

Ċart nru 2. It-taqsim tal-passiġġieri bit-tip ta’ rotta bejn Malta u Għawdex fir-Rabaʼ Kwart tal-2023

Ċart nru 3. Il-passiġġieri u l-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

No Data Found

Drag to view in full

Il-perspettiva annwali

Meta jingħaddu s-servizzi tal-Gozo Channel u tal-fast ferry flimkien, fl-2023 l-għadd taʼ vjaġġi telaʼ bʼ1,187 jew 2.9 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel. It-trasport tal-vetturi bejn iż-żewġt igżejjer, sena għal sena, żdied bi 78,236 jew 4.0 fil-mija, filwaqt li l-għadd taʼ passiġġieri żdied bi 874,393 jew 15.4 fil-mija (Tabella nru 1). Fl-2023, ix-xahar taʼ Lulju rreġistra l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bʼ4,073, filwaqt li Awwissu rreġistra l-ogħla għadd taʼ passiġġieri u vetturi, bʼ693,492 u 200,118 rispettivament (Tabelli 3 u 7).

Ċart nru 4a. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Diċembru

No Data Found

Drag to view in full

Ċart nru 4b. Il-vetturi lejn u miċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Diċembru

No Data Found

Drag to view in full

Ċart nru 5a. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Diċembru

No Data Found

Drag to view in full

Ċart nru 5b. Il-passiġġieri lejn u miċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Diċembru

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.

2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.

3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:

Vessel Vehicles Passengers
MV Gaudos 72 900
MV Malita 138 900
MV Ta' Pinu 138 900
MV Nikolaos 160 650 (Summer)/ 350 (Winter)

Periods when vessels were out of service for docking purposes:

MV Gaudos: 04/01/2021-11/02/2021 and 08/11/2023-30/11/2023.
MV Malita: 06/01/2022-10/02/2022.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023 and 27/02/2023-02/03/2023.
MV Nikolaos started operating on 13/06/2019.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 25/04/2022-29/05/2022 and 18/04/2023-26/04/2023.

4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:

Vessel Passengers
Your Wisdom (Gozo Fast Ferry Ltd) 296
Your Faith (Gozo Fast Ferry Ltd) 296
Gozo Express (Virtu Ferries Ltd)* 308
San Franġisk (Virtu Ferries Ltd) 316

*The fast ferry service vessel, Gozo Express (Virtu Ferries Ltd) replaced San Pawl (Virtu Ferries Ltd) on 17/05/2022.

5. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.

6. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.

7. The data is not normally subject to revision.

8. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.

9. Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.

10. A detailed news release calendar is available online.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content