Vetturi bil-Mutur: K1/2025
Fi tmiem Marzu 2025, l-istokk tal-vetturi lliċenzjati laħaq l-447,455. Minn dan l-għadd, 74.0 fil-mija kienu karrozzi tal-passiġġieri, 14.3 fil-mija kienu vetturi kummerċjali jew agrikoli u 11.1 fil-mija kienu muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika, scooters li jaħdmu bl-elettriku, muturi b’erba’ roti, u ATVs. Ix-xarabanks u l-minibuses ammontaw għal anqas minn wieħed fil-mija (Tabella nru 1). Fit-tliet xhur mitqiesa fʼdin l-istqarrija, l-istokk tal-vetturi lliċenzjati żdied bʼrata medja netta taʼ 19-il vettura kuljum (Ċart nru 2).
Vetturi li ngħataw liċenzja ġdida
Fil-perjodu taʼ referenza, 4,924 vettura ngħataw liċenzja ġdida. Il-maġġoranza tagħhom, 3,112 jew 63.2 fil-mija tat-total, kienu karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom ġew il-muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika bʼ1,000 jew 20.3 fil-mija. Il-vetturi ‘ġodda’ li ngħataw liċenzja ġdida laħqu l-2,526 jew 51.3 fil-mija tal-għadd sħiħ, mentri l-vetturi ‘użati’ li ngħataw liċenzja ġdida kienu jgħoddu 2,398 jew 48.7 fil-mija (Tabelli nri 2-4). Medja taʼ 55 vettura ngħataw liċenzja ġdida kuljum fl-ewwel kwart tal-2025 (Ċart nru 3).
Vetturi bʼrestrizzjoni
Tul l-ewwel kwart tal-2025, kien hemm 6,709 vetturi li tneħħew mit-triq minħabba xi restrizzjoni. Fosthom, 43.9 fil-mija kienu ggaraxxjati, 31.9 fil-mija kienu mibjugħin mill-ġdid u 22.8 fil-mija kienu skrappjati. L-għadd taʼ vetturi li kellhom ir-restrizzjonijiet imtemmin fl-istess żmien laħaq it-3,840. Il-biċċa l-kbira tagħhom inbiegħu mill-ġdid (50.0 fil-mija) jew kienu ggaraxxjati (49.3 fil-mija) (Tabelli nri 5-6).
Għamla taʼ magna
Fl-aħħar taʼ Marzu 2025, 260,127 jew 58.1 fil-mija tal-vetturi kienu jaħdmu bʼmagni petrol. Il-vetturi li jaħdmu bʼmagni diżil kienu jammontaw għal 155,952 jew 34.9 fil-mija tat-total. Vetturi oħra li jaħdmu bʼmagni tal-elettriku u plug-in hybrid kienu jġibu 4.1 fil-mija tal-istokk kollu u kienu jgħoddu 18,519-il vettura. Meta mqabblin mat-tliet xhur taʼ qabel, żidiet taʼ 13.7 fil-mija, 5.4 fil-mija u 5.0 fil-mija kienu rreġistrati fl-għadd taʼ vetturi plug-in hybrid li jaħdmu bid-diżil u l-elettriku, vetturi mild hybrid li jaħdmu bid-diżil u l-elettriku, u vetturi li jaħdmu bl-elettriku, rispettivament (Tabella nru 7).
Ċart nru 1. L-istokk tal-vetturi bil-liċenzja, biż-żmien
No Data Found
Ċart nru 2. It-tibdil medju taʼ kuljum fl-istokk tal-vetturi bil-liċenzja
No Data Found
Nota: Iċ-ċifri murija fiċ-ċart taʼ fuq huma maħduma bil-formula taʼ nota nru 9 tal-metodoloġija. Dawn jistgħu jvarjaw xi ftit mit-tibdil miksub mill-formula murija fʼnota nru 8 tal-metodoloġija minħabba d-dati tal-għeluq taʼ databases differenti.
Ċart nru 3. Medja taʼ vetturi ‘ġodda’ u vetturi ‘użati’ li kuljum ingħataw liċenzja ġdida
No Data Found
Tables
Tables
Methodological Notes
● Route bus: bus licensed to operate on established bus routes.
● Motorcycle: two-, three- or four-wheeled road motor vehicle not exceeding 400kg of unladen weight. All such vehicles with a cylinder capacity of 50cc or over are included, as are those under 50cc which do not meet the definition of moped.
● E-Bicycle/PA-Bicycle: bicycle with supportive electrical power unit. Due to the negligible number of powered bicycles, such data is included with motorcycles.
● E-kick scooter: a stand-up device that has a handlebar, a deck and small hard wheels powered by an electric motor and which also allows for human propulsion.
● Moped: two-, three- or four-wheeled road motor vehicle which is fitted with an engine having a cylinder capacity of less than 50cc and a maximum authorised design speed in accordance with national regulations. In this news release, mopeds are included together with motorcycles.
● Quad (Quadricycle)/ATV (All-Terrain Vehicle): four-wheeled road motor vehicle not exceeding 400kg of unladen weight. All such vehicles with a cylinder capacity of 50cc or over are included, as are those under 50cc which do not meet the definition of moped.
● Passenger road vehicle: a road motor vehicle designed, exclusively or primarily, to carry one or more persons. This category includes motorcycles, mopeds, passenger cars, vans designed and used primarily for the transportation of passengers, taxis, hire cars, ambulances, buses, coaches, minibuses and motor homes.
● Passenger car: road motor vehicle, other than a moped, motorcycle or Quad/ATV, intended for the carriage of passengers and designed to seat no more than nine persons (including the driver). This category includes passenger cars, vans designed and used primarily for the transportation of passengers, taxis, hire cars, ambulances, motor homes (not caravans), hearses and microcars.
● Goods-carrying vehicle: road motor vehicle designed, exclusively or primarily, to carry goods. This category includes: (i) light goods road motor vehicles with a gross vehicle weight of not more than 3,500kg designed exclusively or primarily to carry goods, such as vans and pick-ups; (ii) heavy goods road motor vehicles with a gross vehicle weight above 3,500kg designed to carry goods.
● Road tractor: road motor vehicle designed, exclusively or primarily, to haul other road motor vehicles which are not power driven (mainly semi-trailers).
● Special purpose vehicle: road motor vehicle for purposes other than the carriage of passengers or goods. This category includes: fire brigade vehicles; mobile cranes; self-propelled rollers; bulldozers with metallic wheels or track; vehicles for recording film, radio and TV broadcasting; mobile library vehicles; mobile kiosks; towing vehicles for vehicles in need of repair and other special purpose road motor vehicles.
● Garage hire: chauffeur-driven car for hire with driver without pre-determined routes. The method of hire is normally: (i) Flagging down the street; (ii) Picking up at a designated taxi rank; (iii) Telephoning for collection; (iv) Booking through mobile apps or internet.
● Self-drive car/motorcycle: passenger road motor vehicle available for hire (without chauffeur). A ‘K’ plate is assigned to all motor vehicles falling in this category.
● Taxi: licensed passenger car for hire with driver without pre-determined routes. The method of hire is normally: (i) Flagging down the street; (ii) Picking up at a designated taxi rank; (iii) Telephoning for collection. In Malta this category refers only to a specific taxi license and commonly recognised as white taxis.
● Leased: a contract under which the owner of a motor vehicle grants to another person the exclusive possession of the motor vehicle for an agreed period, in return for a consideration, and under such conditions that the possessor of the motor vehicle will be obliged to pay the full amount of the consideration, or a penalty, to the owner of the motor vehicle, should the contract be terminated before the expiration of the agreed period. A ‘QZ’ plate is assigned to all motor vehicles falling in this category. In recent years, this category is taking over the ‘self-drive vehicles’ category.
● Other: this category includes any other use/ownership (mostly private), not mentioned above.
b. Alternative vehicle motorisation types
● Mild hybrid petrol-electric vehicle (not plug-in): road motor vehicle using petrol for propulsion, with an additional one or more electric motors for propulsion, where the electric motor(s) are powered from a traction battery which is charged by a generator driven by the petrol engine. Plug-in hybrid petrol-electric vehicles are not included.
● Mild hybrid diesel-electric vehicle (not plug-in): road motor vehicle using diesel for propulsion, with an additional one or more electric motors for propulsion, where the electric motor(s) are powered from a traction battery which is charged by a generator driven by the diesel engine. Plug-in hybrid diesel-electric vehicles are not included.
● Plug-in hybrid petrol-electric vehicle: hybrid petrol-electric vehicle where the traction battery can also be charged from an external electricity source (such as an electric socket). Mild hybrid petrol-electric vehicles are not included.
● Plug-in hybrid diesel-electric vehicle: hybrid diesel-electric vehicle where the traction battery can also be charged from an external electricity source (such as an electric socket). Mild hybrid diesel-electric vehicles are not included.
● Combined: a combined engine motor vehicle is one that uses two or more distinct non-electric power sources. Combination types include: Petrol/LPG, Diesel/LPG.
c. Motor vehicle restrictions
● Restrictions: conditions imposed on a motor vehicle’s licence. Restrictions can be either temporary such as garaged, seized, resale, etc., or permanent (i.e. motor vehicle is indefinitely removed from circulation on national territory), such as exported, scrapped or destroyed.
● Resale: a motor vehicle which has been de-licensed and put up for resale. The motor vehicle cannot be used on the road until licensed again when sold.
● Exported: a motor vehicle licensed in Malta which has been exported.
● Garaged: a motor vehicle no longer licensed for use on the road. This category excludes motor vehicles which have been scrapped or exported. A motor vehicle may be garaged for a particular period, then re-licensed after this period.
● Scrapped: a motor vehicle which has been scrapped/destroyed and therefore, indefinitely removed from circulation.
● Other: a motor vehicle which has been de-licensed for other reasons not listed above such as stolen, seized, engine removed, arrears issues, pending documents, and other minor restrictions.
5. Newly licensed motor vehicles’ data (new and used) shows the number of motor vehicles licensed for the first time to be used on Maltese roads. These values approximately indicate also the local sales of motor vehicles during the applicable period. Transfers of motor vehicles between owners are not included.
6. Stock level corresponding to reference quarter =
11. A detailed news release calendar is available online.
12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
13. For further assistance send your request through our online request form.
Vetturi bil-Mutur: K1/2025
- Matul l-ewwel kwart tal-2025, l-istokk tal-vetturi bil-liċenzja żdied bʼ1,744 fuq it-tliet xhur taʼ qabel. Fl-istess perjodu, l-istokk tal-vetturi bil-liċenzja żdied b’medja netta taʼ 19-il vettura kuljum.
- Il-biċċa l-kbira tal-vetturi bʼliċenzja ġdida, 3,112-il vettura jew 63.2 fil-mija tat-total, kienu karozzi tal-passiġġieri; warajhom kien hemm il-muturi/roti megħjunin bʼenerġija elettrika b’1,000 jew 20.3 fil-mija.
- Magni li jaħdmu bil-petrol kienu jgħoddu 58.1 fil-mija tat-total. Warajhom, kien hemm magni li jaħdmu bid-diżil (34.9 fil-mija), u magni li jaħdmu bl-elettriku u plug-in hybrid (4.1 fil-mija).
- Meta mqabblin mar-rabaʼ kwart tal-2024, kienu rreġistrati żidiet taʼ 13.7 fil-mija, 5.4 fil-mija, u 5.0 fil-mija fl-għadd taʼ vetturi plug-in hybrid li jaħdmu bid-diżil u l-elettriku, vetturi mild hybrid li jaħdmu bid-diżil u l-elettriku, u vetturi li jaħdmu bl-elettriku, rispettivament.
