News Releases

Il-Jum Dinji tar-Refuġjati: 20 ta’ Ġunju 2023
NR108/2023
Data tal-Ħruġ: 19 ta’ Ġunju 2023
Fl-2022, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA) rċeviet total ta’ 1,318-il talba għall-ħarsien internazzjonali (mbarra dawk għall-ħarsien temporanju). Dan huwa tnaqqis ta’ 17.4 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

Il-wasliet bid-dgħajjes u t-talbiet għall-ħarsien internazzjonali

Matul l-2022, ġew irreġistrati għaxar żbarki ta’ dgħajjes f’Malta li ġabu 445 persuna (inkluż persuni mtellgħin minn fuq il-baħar bl-ajru), li juru tnaqqis ta’ 46.9 fil-mija meta mqabblin mal-2021 (Tabella nru 1). Il-maġġoranza tal-persuni li nġiebu lejn l-art (90.6 fil-mija) kienu ċittadini ta’ pajjiżi Asjatiċi, filwaqt li d-9.4 fil-mija l-oħra kienu ċittadini ta’ pajjiżi Afrikani (Tabella nru 2). F’Settembru, kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ persuni li nġiebu lejn ix-xtut Maltin: 176 persuna; segwiti minn wasliet f’Novembru u Awwissu, b’116-il persuna u b’84 persuna, rispettivament (Tabella nru 3).

Ċart nru 1. Żbarki ta’ dgħajjes bl-immigranti rregolari f’Malta

Nota: Iċ-ċifri jirreferu għall-għadd ta’ żbarki ta’ dgħajjes li jistgħu jinkludu żbarki ta’ aktar minn dgħajsa waħda. Jinkludu wkoll persuni mtellgħin minn fuq il-baħar bl-ajru.

Sors: Il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija – Taqsima tal-Immigrazzjoni.

Total ta’ 1,318-il talba għall-kenn ġew ippreżentati lill-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni matul l-2022 (dan jeskludi talbiet għall-ħarsien temporanju) — tnaqqis ta’ 17.4 fil-mija fuq is-sena preċedenti (Tabella nru 4). Meta kienu analizzati dawn it-talbiet għall-kenn, għal kull miljun persuna residenti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE), Malta kellha l-ħdax-il l-ogħla rata ras għal ras fl-UE, b’Ċipru jkollu l-ogħla għadd ta’ talbiet ras għal ras fl-2022 (Mappa nru 1, Tabella nru 6).

Mappa nru 1. L-għadd sħiħ ta’ talbiet għall-kenn minn pajjiżi li jirrapportaw lill-UE għal kull miljun persuna: 2022

Asylum applications final

Nota: It-talbiet għall-ħarsien temporanju huma mħollija barra. Iċ-ċifri maħruġin mill-Eurostat huma mdawrin lejn l-eqreb 5.

Source: Id-database online tal-Eurostat, applikazzjonijiet [migr_asyappctza] u popolazzjoni [demo_pjan] – maħruġin fil-25.05.2023.

Ftit aktar minn nofs l-applikanti kienu ċittadini ta’ pajjiżi Afrikani (54.5 fil-mija), għad illi meta ġew mgħarbula l-pajjiżi individwali taċ-ċittadinanza, 21.2 fil-mija tal-applikanti kollha fl-2022 kienu Sirjani. Warajhom, kien hemm iċ-ċittadini mill-Eritrea u mis-Sudan, bi 8.5 fil-mija u b’7.9 fil-mija, rispettivament. Ftit iktar minn nofs l-applikanti (56.0 fil-mija) kienu rġiel ta’ bejn it-18 u l-34 sena (Tabella nru 5).

Id-deċiżjonijiet dwar it-talbiet għall-ħarsien internazzjonali u l-appelli

Matul l-2022, l-IPA ħadmet fuq total ta’ 1,271 talba; li minnhom 15.1 fil-mija ngħataw deċiżjoni pożittiva fl-ewwel istanza, filwaqt li l-bqija tat-talbiet ġew miċħuda (Tabella nru 7). Meta mqabbla mal-Istati Membri l-oħra tal-UE, Malta kklassifikat fit-tieni l-aktar post baxx fir-rigward tas-sehem ta’ deċiżjonijiet pożittivi tal-ewwel istanza dwar applikazzjonijiet ipproċessati fl-2022. L-Estonja kellha l-ogħla sehem tal-ewwel deċiżjonijiet pożittivi b’95.9 fil-mija, filwaqt li b’6.3 fil-mija, Ċipru kellu l-inqas sehem ta’ deċiżjonijiet pożittivi (Ċart nru 2).

Ċart nru 2. Deċiżjonijiet tal-ewwel istanza minn pajjiżi li jirrapportaw lill-UE

2022

No Data Found

Nota: Deċiżjonijiet li jagħtu ħarsien temporanju huma mħollijin barra. Iċ-ċifri maħruġin mill-Eurostat huma mdawrin lejn l-eqreb 5.

Sors: Id-database online tal-Eurostat, Tabella [migr_asydcfsta] – maħruġa fil-25.05.2023.

Is-sena li għaddiet, 45.3 fil-mija tal-applikanti kollha li ngħataw xorta ta’ ħarsien fl-ewwel istanza kienu kienu ċittadini Sirjani, filwaqt li 40.1 fil-mija oħra kienu ċittadini Eritreani (Tabella nru 8). Tressqu wkoll total ta’ 852 appell quddiem it-Tribunal tal-Appelli Internazzjonali għall-Protezzjoni dwar deċiżjonijiet tal-ewwel istanza, li huma żjieda ta’ 16.7 fil-mija meta mqabblin mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 9). Matul l-2022, dan it-Tribunal ipproċessa 421 appell, li minnhom 417 (99.0 fil-mija) kienu miċħuda (Tabella nru 10). Fi ħdan l-UE, Malta kellha s-sitt l-aktar rata baxxa ta’ pożittività fuq deċiżjonijiet ta’ istanza finali meħudin dwar appelli fl-2022. Tliet pajjiżi — l-Estonja, il-Lussemburgu u l-Portugall irrifjutaw l-appelli kollha pproċessati fis-sena ta’ referenza, filwaqt li min-naħa l-oħra, l-Bulgarija laqgħet l-appelli kollha pproċessati. L-Ungerija ma rrappurtat l-ebda deċiżjoni ta’ istanza finali meħuda fuq appelli fl-2022 (Ċart nru 3).

Ċart nru 3. Deċiżjonijiet tal-istanza finali mill-pajjiżi li jirrapportaw lill-UE

2022

No Data Found

Nota: L-Ungerija ma rrapportat l-ebda deċiżjoni tal-istanza finali bl-appell. Iċ-ċifri maħruġin mill-Eurostat huma mdawrin lejn l-eqreb 5.

Sors: Id-database online tal-Eurostat, Tabella [migr_asydcfina] – maħruġa fil-25.05.2023.

Fi tmiem l-2022, kien hemm 2,974 deċiżjoni pendenti dwar talbiet għall-kenn, li huma tnaqqis ta’ 25.9 fil-mija mis-sena ta’ qabel. Minn dawn id-deċiżjonijiet pendenti, 2,090 kienu qed jistennew l-ewwel deċiżjoni mill-IPA u 884 kienu qed jistennew deċiżjoni finali dwar l-appelli ppreżentati quddiem it-Tribunal Internazzjonali tal-Appelli għall-Protezzjoni (Tabella nru 11). Mill-persuni li qegħdin jistennew deċiżjoni, 15.6 fil-mija kienu ċittadini Sirjani (Tabella nru 12).

Ċart nru 4. L-għadd sħiħ ta’ deċiżjonijiet pendenti dwar il-kenn fl-aħħar tas-sena

No Data Found

Nota: L-uffiċċju tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA) kien magħluq bejn it-13 ta’ Marzu 2020 u s-17 ta’ Mejju 2020 minħabba s-sokor ta’ COVID-19. Madankollu, l-IPA kienet xorta waħda qiegħda tirċievi talbiet għal appuntamenti sabiex isiru l-applikazzjonijiet.

Sors: L-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA), it-Tribunal Internazzjonali tal-Appelli għall-Protezzjoni.

Il-ħarsien temporanju

Għall-ewwel darba, fl-4 ta’ Marzu 2022, il-Kunsill Ewropew skatta d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja (2001/55/KE), b’reazzjoni għall-invażjoni Russa tal-Ukrajna. Id-direttiva tippermetti lill-Istati Membri jagħtu ħarsien immedjat u temporanju lir-residenti li qed jaħarbu mill-Ukrajna bħala riżultat tal-invażjoni tal-24 ta’ Frar 2022. Minn meta daħlet fis-seħħ id-direttiva, l-IPA tat ħarsien temporanju lil 1,629 persuna. Fix-xahar ta’ Mejju kien hemm l-ogħla numru ta’ deċiżjonijiet li jagħtu l-ħarsien b’417, filwaqt li l-għadd tagħhom beda dejjem jonqos wara dan sakemm laħaq l-inqas numru f’Diċembru bi 52 (Ċart nru 5).

Ċart nru 5. Deċiżjonijiet mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni li taw ħarsien temporanju, bix-xahar

2022

No Data Found

Sors: L-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA).

Minn meta daħlet fis-seħħ id-direttiva, kien hemm madwar 4.3 miljun deċiżjoni li jagħtu ħarsien temporanju ġo l-Istati Membri tal-UE. Id-deċiżjonijiet li jagħtu ħarsien temporanju fil-Polonja ammontaw għal 36.2 fil-mija tat-total matul il-perjodu. Meta jitqies l-għadd ta’ persuni li ngħataw il-ħarsien temporanju għal kull miljun persuna residenti, iċ-Ċekja kklassifikat fl-ewwel post filwaqt li Franza kklassifikat l-aħħar (Tabella nru 13).

Sa Diċembru 2022, kien hemm 1,516-il persuna li bbenefikaw mill-ħarsien temporanju f’Malta, b’99.3 fil-mija jkunu ċittadini Ukreni. Il-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji kienu nisa (72.1 fil-mija) u 30.7 fil-mija tal-benefiċjarji kollha kienu minorenni ta’ bejn 0 u 17-il sena. Mill-minorenni li kienu benefiċjarji ta’ ħarsien temporanju fl-aħħar ta’ Diċembru 2022, 3.2 fil-mija ma kinux akkumpanjati fiż-żmien meta ngħataw il-ħarsien (Tabella nru 14).

Iċ-ċentri miftuħa u programmi ta’ risistemazzjoni, ritorn u rilokazzjoni

Fi tmiem l-2022, total ta’ 258 persuna kienu residenti f’ċentri miftuħa, liema għadd juri tnaqqis ta’ 64.1 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Il-maġġoranza tagħhom kienu residenti f’Ħal Far (88.0 fil-mija) (Tabella nru 15). Il-biċċa l-kbira ta’ dawn ir-residenti kienu rġiel (80.6 fil-mija) (Tabella nru 16). Bi 17.1 fil-mija, iċ-ċittadini Sirjani kienu jirrappreżentaw l-parti l-kbira ta’ dawn ir-residenti. Huma kienu segwiti miċ-ċittadini tal-Eritrea b’16.7 fil-mija (Tabella nru 17). Fis-sena ttrattata minn din l-istqarrija, 14-il persuna ġew rilokati minn Malta għal pajjiż ieħor tal-UE+, filwaqt li 27 persuna kienu mibgħuta minn Malta lejn pajjiż barra mill-Istati tal-UE+. Ħamsa u erbgħin persuna oħra bbenefikaw minn programmi ta’ ritorn volontarju assistit u mibgħutin lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom (Tabella nru 18).

Ċart nru 6. Persuni li bbenefikaw minn programmi u miżuri ta’ risistemazzjoni, ta’ ritorn volontarju assistit (AVR) u ta’ rilokazzjoni

No Data Found

Nota: Persuni li kienu risistemati minn Malta lejn pajjiżi barra mill-Istati tal-UE+. Persuni li ġew rilokati minn Malta għal pajjiżi oħra tal-UE+.

Sors: It-Taqsima taċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi, Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. This news release makes reference to various sources available to the NSO, including:

The International Protection Agency (IPA): data related to applications for asylum and asylum first decisions in Malta (previously known as The Office of the Refugee Commissioner). 

The International Protection Appeals Tribunal: data related to appeals of asylum decisions and final instance decisions.

Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS): data related to open centres.

Police General Headquarters – Immigration Section: data on boat arrivals and on forced returns involving third-country nationals.

Third Country Nationals Unit, Ministry for Home Affairs, Security, Reforms and Equality: data on resettlements, assisted voluntary returns and relocations.

2. Asylum data are being presented in alignment with Eurostat guidelines provided in relation to Regulation (EC) No. 862/2007 amended by Regulation (EC) No. 851/2020. Methodological information regarding data on applications from Eurostat referenced in this release can be accessed here.

Methodological information regarding data on decisions on applications from Eurostat referneced in this release can be accessed here.

3. Definitions:

Asylum seeker: A person who has requested asylum in a country and is awaiting a decision on the application under relevant national and international processes. This definition generally refers to all who apply for protection on an individual basis, irrespective of whether they lodge their application on arrival at an airport or land border, or from inside the country, and irrespective of whether they entered the territory legally or illegally.

Asylum applicant: A person having submitted an application for international protection. 

Application for asylum: The application made by a third-country national or a stateless person which can be understood as a request for international protection from a Member State under the Geneva Convention. Any application for international protection is presumed to be an application for asylum unless a third-country national or a stateless person explicitly requests another kind of protection that can be applied for separately. An application for asylum is deemed to have been lodged once a form is submitted by the applicant for asylum or a report prepared by the authorities has reached the competent authorities. This includes first applications and repeated applications (subsequent, reopened and new) but excludes applications for temporary protection.

Assisted voluntary returns (AVR): Programmes which provide administrative and financial support to non-nationals residing in the country who wish to return permanently to their country of origin. Such support also ensures that their return is sustainable.

Geneva Convention status: Refugee status granted within the meaning of Article 1 of the Geneva Convention relating to the Status of Refugees of 28th July 1951 to a person “owing to well-founded fear of being persecuted for reasons of race, religion, nationality, membership of a particular social group or political opinion, is outside the country of his nationality and is unable or, owing to such fear, is unwilling to avail himself of the protection of that country; or who, not having a nationality and being outside the country of his former habitual residence as a result of such events, is unable or, owing to such fear, is unwilling to return to it”.

First instance decision:  A decision granted by the respective authority acting as a first instance of the administrative/judicial asylum procedure in the receiving country. In Malta, the authority is the International Protection Agency (IPA).

Final instance decision: A decision against which there is no further possibility to appeal on the substance of the decision but only on procedural grounds. In Malta, such decisions are taken by the International Protection Appeals Tribunal.

Open centre population: The Open Centre population includes persons residing in Ħal Far Tent Village, Ħal Far Open Centre, Dar il-Liedna, and Marsa Open Centre (The Initial Reception Centre).

Person being a subject of a pending application: A person who is the subject of an application for international protection under consideration by the responsible national authority at the end of the reference period. It includes the number of persons with pending applications at all instances of the administrative and/or judicial procedure.

Person granted authorisation to stay for humanitarian reasons: A person covered by a decision granting authorisation to stay for humanitarian reasons under national law concerning international protection. It includes persons who are not eligible for international protection but are nonetheless protected against removal.

Person granted subsidiary protection status: A person who is eligible for subsidiary protection is a third-country national or a stateless person who does not qualify as a refugee but in respect of whom substantial grounds have been shown for believing that the person concerned, if returned to his/her country of origin, or in the case of a stateless person, to his/her country of former habitual residence, would face a real risk of suffering serious harm and is unable, or, owing to such risk, unwilling to avail him/herself of the protection of that country (Art.2(e), Directive 2004/83/EC).

Refugee: A third-country national who, owing to a well-founded fear of being persecuted for reasons of race, religion, nationality, political opinion or membership of a particular social group, is outside the country of nationality and is unable or, owing to such fear, is unwilling to avail him/herself of the protection of that country, or a stateless person, who, being outside of the country of former habitual residence for the same reason as mentioned above, is unable or, owing to such fear, unwilling to return to it (Art.2(d), Directive 2004/83/EC).

Rejected applicant: A person covered by a decision rejecting an application for international protection under consideration by the responsible national authority. 

Relocation: Relocation is the transfer of third-country nationals or stateless from one EU+ State to another, where they are permitted to reside with a secure legal status.

Resettlement: The transfer of third-country nationals or stateless persons to a country outside of the EU+ States, where they are permitted to reside with a secure legal status.

Stateless: A person who is not considered as a national by any State under the operation of its law, as set out in Article 1 of the 1954 Convention relating to the Status of Stateless Persons.

Temporary protection: Temporary protection is an exceptional measure to provide immediate and temporary protection in the event of a mass influx or imminent mass influx of displaced persons from non-EU countries who are unable to return to their country of origin, as outlined by the Temporary Protection Directive 2001/55/EC. The Directive was triggered for the first time by the Council in response to the Russian invasion of Ukraine on 24 February 2022 to offer quick and effective assistance to people fleeing the war in Ukraine. The persons currently eligible for temporary protection are: a) Ukrainian nationals residing in Ukraine before 24 February 2022; b) stateless persons, and nationals of third countries other than Ukraine, who benefited from international protection or equivalent national protection in Ukraine before 24 February 2022; and c) family members of the persons referred to in points (a) and (b).

Third-country national: Any person who is not a citizen of the European Union.

Unaccompanied minor: An asylum applicant considered to be an unaccompanied minor is a minor (aged less than 18) who arrives unaccompanied by an adult responsible for him. It includes a minor who is left unaccompanied after he has entered the country. In the case that an age assessment procedure is required, the age reported shall be the age determined by the mentioned procedure.

4. Geographical information

● The European Union (EU27) includes Belgium, Bulgaria, the Czech Republic, Denmark, Germany, Estonia, Ireland, Greece, Spain, France, Croatia, Italy, Cyprus, Latvia, Lithuania, Luxembourg, Hungary, Malta, the Netherlands, Austria, Poland, Portugal, Romania, Slovenia, Slovakia, Finland, Sweden.

● The European Union+ (EU+) States include Belgium, Bulgaria, the Czech Republic, Denmark, Germany, Estonia, Ireland, Greece, Spain, France, Croatia, Italy, Cyprus, Latvia, Lithuania, Luxembourg, Hungary, Malta, the Netherlands, Austria, Poland, Portugal, Romania, Slovenia, Slovakia, Finland, Sweden, the United Kingdom, Norway, Switzerland, Iceland and Liechtenstein.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and methods
Statistical concepts
Metadata
Past releases 

6. References to this news release are to be cited appropriately.

7. For further assistance send your request through our online request form.

8. A detailed news release calendar is available online.

Il-Jum Dinji tar-Refuġjati: 20 ta’ Ġunju 2023
NR108/2023
Data tal-Ħruġ: 19 ta’ Ġunju 2023
Closeup,Of,A,Young,Caucasian,Man,With,A,World,Globe
 
  • Total ta’ 1,318-il talba għall-kenn ġew ippreżentati lill-Aġenzija Internazzjonali għall-Protezzjoni (IPA) matul l-2022. Dan huwa tnaqqis ta’ 17.4 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.
  • Fl-2022, l-IPA tat deċiżjoni pożittiva lil 192 applikant, filwaqt li 1,079 applikant kellhom it-talba tagħhom miċħuda.
  • Fi tmiem l-2022, kien hemm 2,974 deċiżjoni pendenti dwar talbiet għall-kenn, li huma tnaqqis ta’ 25.9 fil-mija mis-sena ta’ qabel.
  • Bejn Marzu u Diċembru tal-2022, 1,629 persuna li kellhom jiċċaqilqu minħabba l-invażjoni tal-Ukrajna, kienu mogħtijin il-ħarsien temporanju mill-IPA.
  • Fi tmiem l-2022, total ta’ 258 persuna kienu residenti f’ċentri miftuħa, liema għadd juri tnaqqis ta’ 64.1 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content