News Releases

L-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi: 2023

NR 014/2024
Data tal-Ħruġ: 24 taʼ Jannar 2024

L-Istħarriġ dwar l-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi wera, li s-sena li għaddiet, 98.1 fil-mija tal-intrapriżi li jħaddmu minn 10 ħaddiema ʼl fuq użaw l-internet.
Young,Woman,Using,Smart,Phone,social,Media,Concept.

L-użu tal-internet mill-intrapriżi

L-intrapriżi fl-attivitajiet ekonomiċi u l-klassijiet tad-daqs kollha mistħarrġin irreġistraw livell għoli taʼ użu tal-internet (Tabella nru 1).

Bʼkollox, 78,260 ħaddiem użaw l-internet fʼxogħolhom matul l-2023.

 

L-użu taʼ sit elettroniku mill-intrapriżi

81.3 fil-mija tal-intrapriżi kellhom is-sit elettroniku tagħhom. Aktar minn 80 fil-mija tal-intrapriżi li joperaw fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u l-ikel, fl-oqsma tat-trasport u l-komunikazzjoni jew fil-Proprjetà immobbli, l-attivitajiet professjonali, amministrattivi u servizzi oħra jew fl-oqsma tal-Manifattura u l-enerġija għarrfu li kellhom sit elettroniku. L-aktar karatteristiki komuni li jinstabu fis-siti elettroniċi tal-intrapriżi huma d-deskrizzjoni tal-prodotti u servizzi u t-tniżżil tal-prezzijiet tagħhom, u t-teħid tal-ordnijiet jew l-irriservar jew l-ibbukkjar (Tabella nru 3).

Ċart nru 1. Il-ħeffa massima tat-tniżżil tad-data skont il-kuntratti li l-intrapriżi jkollhom maʼ min joffri s-servizz

No Data Found

Drag to view in full

L-użu tal-cloud computing mill-intrapriżi

Il-cloud computing qiegħed il-ħin kollu jsir aktar popolari, bir-riżultati juru li 1,825 intrapriża (66.7 fil-mija) għamlu użu minn dan is-servizz on-demand. L-użu tal-cloud computing għandu t-tendenza li jiżdied mad-daqs tal-intrapriża bʼ86.7 fil-mija tal-kumpaniji li jħaddmu 250 persuna jew aktar jagħmlu użu minn din l-għodda (Tabella nru 4).

Il-bejgħ bil-mezzi elettroniċi

Il-persentaġġ nazzjonali taʼ intrapriżi li jbigħu permezz tal-kummerċ elettroniku kien disa’ punti perċentwali ogħla mill-medja tal-UE-27 (Ċart nru 2).

Ċart nru 2. Il-persentaġġ taʼ intrapriżi li jagħmlu bejgħ bil-kummerċ elettroniku

No Data Found

Drag to view in full

Dwar dan, l-għadd taʼ intrapriżi mdaħħlin fil-bejgħ bil-kummerċ elettroniku żdied bʼ0.3 punti perċentwali fuq l-2022 (Tabella nru 5). Fl-2023, il-fatturat sħiħ iġġenerat permezz tal-bejgħ bil-kummerċ elettroniku laħaq iż-€2.4 biljuni. Dan wera żieda ta’ 9.5 fil-mija mis-sena ta’ qabel (Ċart nru 3).

Is-sena li għaddiet, 80.2 fil-mija tal-fatturat kollu maħluq mill-bejgħ bil-kummerċ elettroniku sar mis-siti jew applikazzjonijiet tal-intrapriżi nfushom (Ċart nru 4).

Ċart nru 3. Il-fatturat miġjub mill-bejgħ bil-kummerċ elettroniku

Drag to view in full

Ċart nru 4. Il-fatturat miġjub bil-bejgħ mis-siti elettroniċi, bil-pjattaforma

Indiċi tal-Intensità Diġitali

Madwar ħamsa minn kull 10 intripriżi kellhom rata taʼ intensità diġitali ‘għolja’ jew ‘għolja ħafna’. Intrapriżi mqabbdin fl-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u l-ikel, it-trasport u l-komunikazzjoni jew il-Proprjetà immobbli, l-attivitajiet professjonali, amministrattivi u servizzi oħra rrappurtaw l-ogħla Indiċi tal-Intensità Diġitali (Tabella nru 6).

L-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi: 2023  

NR 014/2024
Data tal-Ħruġ: 24 taʼ Jannar 2024

Young,Woman,Using,Smart,Phone,social,Media,Concept.
  • Fl-2023, il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi (98.1 fil-mija) li kellhom mill-inqas 10 ħaddiema għamlu użu mill-internet.
  • Bʼkollox, 78,260 ħaddiem użaw l-internet fʼxogħolhom matul l-2023.
  • Fl-2023, 81.3 fil-mija tal-intrapriżi kellhom is-sit elettroniku tagħhom.
  • Il-fatturat iġġenerat permezz tal-bejgħ bil-kummerċ elettroniku laħaq iż-€2.4 biljuni.
  • Fl-2023, 1,825 intrapriża fʼMalta użat il-cloud computing.

L-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi: 2023

Methodological Notes

1. The survey on ICT usage and e-commerce in enterprises is conducted by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis, under European Regulation (EC) No. 2019/1700. The survey covers enterprises employing 10 or more employees (including employees on both full-time and part-time basis and excluding apprentices and interns) from selected economic sectors. This survey studies various aspects of the Maltese digital economy and society, focusing on the use of information and communication technologies (ICTs) by enterprises.

2. For the purpose of this news release, a census of enterprises employing a minimum of 10 employees (full-time and part-time) was undertaken. The register of businesses maintained by NSO was used as the sampling frame for this survey.

3. The enterprise, as defined in the Council Regulation (EC) No 696/93 of 15 March 1993 is “The smallest combination of legal units that is an organizational unit producing goods or services, which benefits from a certain degree of autonomy in decision-making, especially for the allocation of its current resources. An enterprise carries out one or more activities at one or more locations. An enterprise may be a sole legal unit.” Economic Activity is based on the enterprises’ main activity.

4. Enterprises were divided into strata depending on their size class and economic activity, in line with NACE Rev. 2 Classification.

Table M1. Size Class and Main Economic Activity
Total number
of enterprises
2022 2023
Size class
   10-49 employees 2,111 2,183
   50-249 employees 432 468
   250+ employees 77 83
Total 2,619 2,734
Nace Rev. 2 Main economic activity (full description of sections)
C, D and E Manufacturing; Electricity, gas, steam and air conditioning supply;
Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
348 357
F Construction 204 202
G Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles 668 683
H, I and J Transportation and storage; Accommodation and food service activities;
Information and communication
743 776
L, M, N and S Real estate activities; Professional, scientific and technical activities;
Administrative and support service activities; Other service activities
656 716
Total 2,619 2,734

5. An overall response rate of 74.3 per cent was achieved. Some questionnaires were returned to the Office with incomplete data, resulting in item non-response. These were then imputed using appropriate statistical methods. Furthermore, various non-sampling errors could have occurred, primarily related to the respondent and/or errors during processing. While every effort was made to minimise such occurrences, these are known to be present and remain impossible to quantify precisely.

6. Definitions:

e-commerce is the sales of goods or services conducted over computer networks by methods specifically designed for the purpose of receiving orders. Two types of e-commerce are identified in this news release:

a. Web sales are sales made via an online store (web shop), or via web forms on a website, or extranet, or via web applications;

b. EDI-type sales are sales made via EDI-type messages (EDI: Electronic Data Interchange) meaning:
– in an agreed or standard format suitable for automated processing (e.g. EDIFACT, XML, etc.);
– without the individual message being typed manually.

7. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and methods
Statistical concepts

8. A detailed news release calendar is available online.

9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

10. For further assistance send your request through our online request form.

european flag

L-implimentazzjoni tal-Istħarriġ dwar l-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi għall-2023 kienet parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea.

Malta flag
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content