News Releases

L-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi: 2024

NR 014/2025
Data tal-Ħruġ: 24 taʼ Jannar 2025

L-Istħarriġ dwar l-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi wera li 97.9 fil-mija tal-intrapriżi (li jħaddmu minn 10 ħaddiema ʼl fuq) użaw l-internet matul l-2024.

L-użu tal-internet mill-intrapriżi

Matul l-2024, l-intrapriżi mistħarrġa fl-attivitajiet ekonomiċi u l-klassijiet tad-daqs kollha rreġistraw livell għoli taʼ użu tal-internet (Tabella nru 1). Bʼkollox, 82,254 ħaddiem użaw l-internet fʼxogħolhom matul is-sena (Tabella nru 2). Il-Kostruzzjoni, u l-Kummerċ bl-Ingrossa u bl-Imnut kienu l-attivitajiet ekonomiċi bl-anqas użu tal-internet fost l-intrapriżi kollha (Tabella nru 2).

Ċart nru 1. Il-ħeffa massima tat-tniżżil tad-data skont il-kuntratti li l-intrapriżi jkollhom maʼ min joffri s-servizz

No Data Found

Drag to view in full

L-aċċess mill-bogħod għas-sistemi tal-intrapriżi u l-miżuri tas-sigurtà

Fl-2024, 91.2 fil-mija tal-intrapriżi taw aċċess mill-bogħod lill-ħaddiema tagħhom. Kważi dawn l-intrapriżi kollha taw aċċess mill-bogħod tas-sistemi tal-email tagħhom, filwaqt li disgħa minn kull għaxra taw aċċess lill-ħaddiema għal dokumenti (Tabella nru 3).

Iż-żieda fʼdaqqa fl-aċċess mill-bogħod ġab lill-intrapriżi aktar esposti għall-inċidenti relatati mas-sigurtà tal-ICT. Biex jilqgħu għal inċidenti bħal dawn, 93.9 fil-mija tal-intrapriżi daħħlu fis-seħħ xi għamla taʼ miżuri tas-sigurtà tal-ICT fis-sistemi tagħhom. L-aktar miżuri tas-sigurtà komuni kienu l-awtentikazzjoni permezz ta’ passwords b’saħħithom (90.5 fil-mija) flimkien mal-ħolqien taʼ backups tad-data fʼpostijiet għalihom (83.8 fil-mija) (Tabella nru 4).

Il-bejgħ bil-mezzi elettroniċi

Il-persentaġġ nazzjonali taʼ intrapriżi li jbigħu permezz tal-kummerċ elettroniku kien kważi 11-il punt perċentwali ogħla mill-medja tal-UE-27.

Ċart nru 2. Il-persentaġġ taʼ intrapriżi li jagħmlu bejgħ bil-kummerċ elettroniku

No Data Found

Drag to view in full

Dwar dan, l-għadd taʼ intrapriżi mdaħħlin fil-bejgħ bil-kummerċ elettroniku żdied bʼ2.1 punti perċentwali fuq l-2023 (Tabella nru 5). Fl-2024, il-fatturat sħiħ iġġenerat permezz tal-bejgħ bil-kummerċ elettroniku laħaq iż-€2.9 biljuni. Il-bejgħ bil-mod imsejjaħ EDI ġabar 53.5 fil-mija tal-bejgħ bil-mezzi elettroniċi.

Is-sena li għaddiet, 78.3 fil-mija tal-fatturat kollu maħluq mill-bejgħ bil-kummerċ elettroniku sar mis-siti jew applikazzjonijiet tal-intrapriżi nfushom.

Ċart nru 3. Il-fatturat miġjub mill-bejgħ bil-kummerċ elettroniku

Drag to view in full

Nota: It-total jistaʼ ma jgħoddx eżatt minħabba l-arrotondament.

Ċart nru 4. Il-fatturat miġjub bil-bejgħ mis-siti elettroniċi, bil-pjattaforma

Indiċi tal-Intensità Diġitali

Madwar ħamsa minn kull 10 intripriżi kellhom rata taʼ intensità diġitali ‘għolja’ jew ‘għolja ħafna’. Intrapriżi mdaħħlin fl-Attivitajiet tal-Proprjetà immobbli, l-attivitajiet professjonali, amministrattivi u servizzi oħra jew l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u l-ikel, it-Trasport u l-komunikazzjoni rrappurtaw l-ogħla Indiċi tal-Intensità Diġitali (Tabella nru 6).

L-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi: 2024  

NR 014/2025
Data tal-Ħruġ: 24 taʼ Jannar 2025

  • Fl-2024, il-biċċa l-kbira tal-intrapriżi (97.9 fil-mija), li kellhom mill-inqas 10 ħaddiema, għamlu użu mill-internet.
  • Bʼkollox, 82,254 ħaddiem użaw l-internet fʼxogħolhom matul l-2024.
  • 91.2 fil-mija tal-intrapriżi kellhom l-aċċess mill-bogħod għas-sistemi tagħhom.
  • Il-fatturat iġġenerat permezz tal-bejgħ bil-kummerċ elettroniku laħaq iż-€2.9 biljuni.

L-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi: 2024

Methodological Notes

1. The survey on ICT usage and e-commerce in enterprises is conducted by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis, under European Regulation (EC) No. 2019/1700. The survey covers enterprises employing 10 or more employees (including employees on both full-time and part-time basis and excluding apprentices and interns) from selected economic sectors. This survey studies various aspects of the Maltese digital economy and society, focusing on the use of information and communication technologies (ICTs) by enterprises.

2. For the purpose of this news release, a sample of enterprises employing a minimum of 10 employees (full-time and part-time) were surveyed. The register of businesses maintained by NSO was used as the sampling frame for this survey.

3. The enterprise, as defined in the Council Regulation (EC) No 696/93 of 15 March 1993 is “The smallest combination of legal units that is an organizational unit producing goods or services, which benefits from a certain degree of autonomy in decision-making, especially for the allocation of its current resources. An enterprise carries out one or more activities at one or more locations. An enterprise may be a sole legal unit.” Economic activity is based on the enterprises’ main activity.

4. Enterprises were divided into strata depending on their size class and economic activity, in line with NACE Rev. 2 Classification.

Table M1. Size Class and Main Economic Activity
Total number
of enterprises
2023 2024
Size class
   10-49 employees 2,183 2,193
   50-249 employees 468 463
   250+ employees 83 92
Total 2,734 2,748
Nace Rev. 2 Main economic activity (full description of sections)
C, D and E Manufacturing; Electricity, gas, steam and air conditioning supply;
Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
357 348
F Construction 202 224
G Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles 683 649
H, I and J Transportation and storage; Accommodation and food service activities;
Information and communication
776 801
L, M, N and S Real estate activities; Professional, scientific and technical activities;
Administrative and support service activities; Other service activities
716 726
Total 2,734 2,748

5. An overall response rate of 72.3 per cent was achieved. Some questionnaires were returned to the Office with incomplete data, resulting in item non-response. These were then imputed using appropriate statistical methods. Furthermore, various non-sampling errors could have occurred, primarily related to the respondent and/or errors during processing. While every effort was made to minimise such occurrences, these are known to be present and remain impossible to quantify precisely.

6. Definitions:

a. e-commerce is the sales of goods or services conducted over computer networks by methods specifically designed for the purpose of receiving orders. Two types of e-commerce are identified in this news release:

b. Web sales are sales made via an online store (web shop), or via web forms on a website, or extranet, or via web applications;

c. EDI-type sales are sales made via EDI-type messages (EDI: Electronic Data Interchange) meaning:
– in an agreed or standard format suitable for automated processing (e.g. EDIFACT, XML, etc.);
– without the individual message being typed manually.

7. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and methods
Statistical concepts

8. A detailed news release calendar is available online.

9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

10. For further assistance send your request through our online request form.

european flag

L-implimentazzjoni tal-Istħarriġ dwar l-Użu tal-ICT u l-Kummerċ Elettroniku fl-Intrapriżi għall-2024 kienet parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea.

Malta flag
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content