News Releases

L-Użu tal-ICT mill-Familji: 2023
NR042/2024
Data tal-Ħruġ: 04 taʼ Marzu 2024
Fl-2023, disgħa minn kull 10 persuni li għandhom bejn is-16 u l-74 sena għamlu użu mill-internet.

L-użu tal-internet mill-individwi

L-Isħarriġ dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni mill-Familji, li parti minnu kien iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, wera li fost dawk fl-età taʼ bejn is-16 u l-34 sena kważi kulħadd għamel użu mill-internet fl-2023, filwaqt li bʼrata taʼ 68.7 fil-mija, in-nies fl-età taʼ bejn il-65 u l-74 sena huma dawk li l-inqas jużawh (Tabella nru 2). Madankollu, l-użu tal-internet fʼMalta kien 0.7 punti perċentwali ogħla mill-medja tal-UE-27 (Ċart nru 1).

Ċart nru 1. Il-persentaġġ taʼ individwi li użaw l-internet 1

No Data Found

1 Jinkludi biss persuni li użaw l-internet fi żmien tliet xhur qabel il-ġbir tad-data (ara Tabella nru 2).

Instab li l-internet kien użat l-aktar għal għanijiet taʼ komunikazzjoni bi 98.6 fil-mija tal-individwi jużawh għal dan il-għan. Barra minn hekk, 94.3 fil-mija tan-nies stqarru li jużaw l-internet għall-informazzjoni (Tabella nru 3).

Ċart nru 2. L-attivitajiet ewlenin għall-użu tal-internet maqsumin bis-sess 1

No Data Found

1 Jinkludi biss persuni li użaw l-internet fi żmien tliet xhur qabel il-ġbir tad-data (ara Tabella nru 2).

Noti:
1.  Għal aktar tagħrif fuq l-attivitajiet tal-internet, ara n-nota metodoloġika nru 4.
2.  Il-kategoriji ma jeskludux lil xulxin.

Servizzi tal-Gvern Elettroniku

Bejn l-2022 u 2023, l-għadd tan-nies li jagħmlu użu mis-servizz elettroniku tal-Gvern żdied bʼ5.6 fil-mija. Bʼkollox, in-nies li daħlu fis-siti tal-Gvern Elettroniku laħqu l-282,794, li jiġu 74.3 fil-mija tan-nies li jużaw l-internet. Nies fl-età taʼ bejn is-16 u l-44 sena kienu dawk li l-aktar li għamlu użu minn dan is-servizz. Ma kienx hemm differenza kbira bejn l-irġiel u n-nisa fejn jidħol l-użu tas-Servizzi tal-Gvern Elettroniku (Tabella nru 5).

Il-Kummerċ Elettroniku

Fiż-żmien taʼ riferenza, in-nies li użaw l-internet sabiex jagħmlu xi xiri laħħaq il-246,753 (64.8 fil-mija). Il-biċċa l-kbira tagħhom (56.6 fil-mija) kellhom bejn il-25 u l-44 sena (Tabella nru 6). Il-kunsinni mir-restoranti, mill-ħwienet li jservu ikel taʼ malajr jew tal-forniment taʼ ikel, u l-ilbies kienu l-aktar żewġ affarijiet li ġew mixtrija online (Tabella nru 7). Bis-sess, dehru differenzi fix-xiri online tant li l-irġiel aktar għażlu tal-ewwel, filwaqt li n-nisa aktar għażlu tat-tieni.

Fʼdak li għandu xʼjaqsam max-xiri taʼ abbonamenti, l-aktar komuni kienu s-servizzi taʼ streaming jew tniżżil taʼ films jew sensiliet (Tabella nru 8).

Ħiliet diġitali

Sebgħa minn kull 10 persuni li użaw l-internet kellhom ħiliet diġitali ġenerali ‘bażiċi’ jew ‘iżjed minn bażiċi’ b’individwi ta’ bejn is-16 u l-24 sena jkunu dawk li l-aktar għandhom ħiliet diġitali ‘iżjed minn bażiċi’ (Tabella nru 9). L-oqsma fejn persentaġġ għoli ta’ individwi juru ħila huma ‘l-ħiliet tal-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni’ u ‘l-ħiliet fil-litteriżmu tal-informazzjoni u d-data’. Fiż-żewġ oqsma, aktar minn 87 fil-mija taʼ dawk li jużaw l-internet juru għarfien ‘iżjed minn bażiku’ (Tabella nru 10).

Ċart nru 3. Il-frekwenza tal-użu tal-internet bil-grupp tal-età

No Data Found

Additional Tables and Charts

Methodological Notes

1. The survey on Information and Communication Technology (ICT) usage by households is conducted by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis, under European Regulation (EC) No. 808/2004. The target population for this survey included all persons aged between 16 and 74 residing in private households. A gross sample of 2,210 individuals was selected using systematic random sampling from the population register held and maintained by NSO. A total of 1,663 filled questionnaires were collected between April and June 2023. Most surveys were carried out through telephone interviews.
 
2. In order to produce population based estimates, weights for individual respondents were computed. For calibration purposes, data was subdivided by sex, age groups and districts (NUTS 4 classification).
 
3. Use of internet referred to in this news release includes all means of accessing this medium.
 
4. Definitions:
 
Main activities for internet use:

Communication includes sending and/or receiving emails, making calls over the internet, instant messaging and participating in social networks.

Access to information includes reading online news, seeking health-related information, and finding information about goods or services.

Civic and political participation includes expressing opinions on civic or political matters on websites or in social media and taking part in online consultations or voting on civic and political issues.

Professional life
includes looking for a job or sending a job application online.
 
Other online services include selling of goods or services and internet banking.


e-Government users
include individuals who obtained information from public authorities or public services over the internet for private purposes, individuals who downloaded or printed official forms, and individuals who submitted completed forms online.

Digital skills indicators
Digital skills indicators are indicators based on selected activities related to internet or software use, performed by
individuals aged 16-74 in four specific areas, namely:

Information and data literacy skills – To articulate information needs, to locate and retrieve digital data, information and content. To judge the relevance of the source and its content. To store, manage, organize digital data, information and content.

Communication and collaboration skills – To interact, communicate and collaborate through digital technologies while being aware of cultural and generational diversity. To participate in society through public and private digital services and participatory citizenship. To manage one’s digital identity and reputation.

Digital content creation skills – To create and edit digital content. To improve and integrate information and content into an existing body of knowledge while understanding how copyright and licences are to be applied. To know how to give understandable instructions for a computer system.

Safety skills – To protect devices, content, personal data and privacy in digital environments. To protect physical and psychological health, and to be aware of digital technologies for social well-being and social inclusion. To be aware of the environmental impact of digital technologies and their use.

Problem solving skills – To identify needs and problems, and to resolve conceptual problems and problem situations in digital environments. To use digital tools to innovate processes and products. To keep up-to-date with the digital evolution.

It is assumed that individuals having performed certain activities have the corresponding skills. Therefore the indicators can be considered as proxy of the digital competences and skills of individuals.

 
5. Below is a demographic profile of individuals’ population frame used for the purposes of this survey. Population estimates are based on pre census 2021 levels.
Number % population
2022 2023 2022 2023
Sex:    
   Males 211,338 218,524 52.8 52.8
   Females 188,627 195,020 47.2 47.2
Age Group:
   16-24 45,625 44,671 11.4 10.8
   25-34 92,526 96,332 23.1 23.3
   35-44 82,977 89,212 20.7 21.6
   45-54 63,294 67,368 15.8 16.3
   55-64 59,721 59,917 14.9 14.5
   65-74 55,822 56,044 14.0 13.6
Total 399,965 413,544 100 100

6. More information relating to this news release may be accessed at: 

Sources and methods 
Statistical Concepts 

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8.  European statistics comparable to data in this News Release are available here.

9. A detailed news release calendar is available online.

10. For further assistance send your request through our online request form.

L-Użu tal-ICT mill-Familji: 2023
NR042/2024
Data tal-Ħruġ: 04 taʼ Marzu 2024
Happy,Family,Sitting,On,Sofa,And,Using,Laptop,,Mobile,Phone
  • 92.1 fil-mija tan-nies li kellhom bejn is-16 u l-74 sena għamlu użu mill-internet.
  • Fl-2023, 97.3 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet għamlu dan taʼ kuljum.
  • Fl-2023, 74.3 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet għamlu użu minn servizzi tal-Gvern Elettroniku.
  • Dawk l-utenti tal-internet li daħlu fʼattivitajiet taʼ kummerċ elettroniku tul l-2023 laħqu l-246,753.
  • L-aktar oġġetti jew servizzi mixtrijin online kienu l-kunsinni mir-restoranti, mill-ħwienet li jservu ikel taʼ malajr jew tal-forniment taʼ ikel, u l-ilbies.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content