Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Użu tal-ICT mill-Familji: 2025

NR 037/2026
Data tal-Ħruġ: 04 taʼ Marzu 2026

Għamilna titjib fil-metodi tal-aġġustar tad-data tal-Istħarriġ dwar l-Użu tal-ICT mill-Familji. Dan it-titjib għandu jtejjeb ir-reqqa u r-rappreżentanza tar-riżultati. Aktar tagħrif jinsab fl-Avviż taʼ Tagħrif għall-Istampa tat-2 taʼ Marzu 2026.

Fl-2025, 96.0 fil-mija tan-nies li kellhom bejn is-16 u l-74 sena użaw l-internet.

L-użu tal-internet mill-individwi

L-Istħarriġ dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni, li parti minnu kien iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, wera li kull min kien fl-età taʼ bejn is-16 u l-44 sena uża l-internet fi żmien tliet xhur qabel il-ġabra tad-data. Bil-maqlub taʼ dawn, dawk fl-età taʼ bejn il-65 u l-74 sena kienu l-inqas li użawh, bʼ76.9 fil-mija (Tabella nru 2).

Kollox maʼ kollox, l-użu tal-internet fʼMalta kien taʼ 2.2 punti perċentwali ogħla mill-medja tal-UE-27 (Ċart nru 1).

Instab li l-internet kien użat l-aktar għal għanijiet taʼ komunikazzjoni, bʼ99.0 fil-mija tal-individwi jużawh għal dan il-għan. Barra minn hekk, 92.6 fil-mija tan-nies stqarru li jużaw l-internet għall-informazzjoni (Tabella nru 4).

L-apparat mobbli kien l-aktar mezz popolari taʼ aċċess għall-internet, bi 98.6 fil-mija tal-utenti jmorru online bʼapparat mobbli (Tabella nru 5). Kważi 90 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet qalu li ma sabu ebda diffikultà meta użawh (Tabella nru 6).

Għodod ġenerattivi tal-Intelliġenza artifiċjali

Fl-2025 kważi nofs dawk li użaw l-internet, li kellhom bejn is-16 u l-74 sena, użaw għodod ġenerattivi tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA). L-użu kien l-ogħla fost individwi iżgħar, bʼ76.4 fil-mija taʼ dawk bejn is-16 u l-24 sena jgħidu li użawhom, meta mqabbel maʼ 12.5 fil-mija biss tal-utenti tal-internet bejn il-65 u l-74 sena.

Ir-raġuni ewliena għall-użu tal-għodod tal-IA kienet għal għanijiet privati. Wara, kien hemm attivitajiet marbutin max-xogħol (Tabella nru 7).

It-tmien tabella tippreżenta r-raġunijiet ewlenin il-għala ma ntużawx l-għodod tal-IA. L-aktar raġuni msemmija kienet dik li ma ħassux ħtieġa (26.6 fil-mija). Wara, kien hemm in-nuqqas taʼ għarfien dwarhom (11.8 fil-mija).

Servizzi elettroniċi tal-gvern u kummerċ elettroniku

Bejn l-2024 u 2025, l-għadd tan-nies li użaw is-servizzi elettroniċi tal-Gvern żdied bi 2.4 punti perċentwali. Bʼkollox, in-nies li daħlu fʼdawn is-siti laħqu t-349,483, li jiġu daqs 78.3 fil-mija tal-popolazzjoni fir-mira. Nies fl-età taʼ bejn is-16 u l-54 sena kienu dawk li l-aktar li għamlu użu minn dan is-servizz (Tabella nru 9).

L-użu tal-e-ID għas-servizzi taʼ aċċess ipprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi, is-servizzi pubbliċi u n-negozji laħaq il-65.1 fil-mija fost in-nies bejn is-16 u l-74 sena (Tabella 10).

Dawk li użaw l-Internet għal attivitajiet taʼ kummerċ elettroniku tul il-perjodu taʼ riferenza kienu jgħoddu 279,006 (65.1 fil-mija). Fʼtermini assoluti, il-maġġoranza tal-utenti tal-kummerċ elettroniku (70.9 fil-mija) kellhom bejn is-16 u l-44 sena (Tabella 11).

 

Ħiliet diġitali u mmaniġġjar taʼ tagħrif personali

Fl-2025, kważi 40 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet fl-eta taʼ bejn is-16 u l-74 sena kellhom aktar minn ħiliet diġitali bażiċi (Ċart nru 3).

It-tnax-il tabella turi t-tqassim tal-ħiliet diġitali bil-livell u tagħfas fuq id-differenzi bejn l-irġiel u n-nisa, kif ukoll fost il-gruppi tal-età. Kienu biss 30.5 fil-mija l-utenti tal-internet ta’ bejn il-65 u l-74 sena li kellhom mill-inqas ħiliet diġitali bażiċi (bażiċi jew ’il fuq minn dawk bażiċi), meta mqabbla maʼ 91.5 fil-mija fost dawk taʼ bejn is-16 u l-24 sena.

Dawk li wieġbu qalu li ħadu għadd taʼ miżuri biex jimmaniġġjaw l-aċċess għal tagħrif personali online. Bʼmod partikolari, 55.5 fil-mija wrew li naqqsu l-aċċess għall-profili jew il-kontenut tagħhom u raw is-sigurtà tas-sit qabel ma taw tagħrif personali (Tabella nru 13). Barra minn hekk, kważi 30 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet għandhom softwer li jwaqqaf ʼil ħaddieħor milli jkun jistaʼ jsegwi l-passi tagħhom online (Tabella nru 14).

Methodological Notes

1. The survey on Information and Communication Technology (ICT) usage by households is conducted by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis, under European Regulation (EC) No. 808/2004. The target population for this survey included all persons aged between 16 and 74 residing in private households. A gross sample of 2,210 individuals was selected using systematic random sampling from the population register held and maintained by NSO. A total of 1,725 filled questionnaires were collected between April and June 2025. Most surveys were carried out through telephone interviews.
 
2. As from reference year 2023, Information and Communication Technology (ICT) usage by households and individuals data are being weighted using an updated set of benchmarks. These include:
– Six age-group categories by sex (16-24; 25-34; 35-44; 45-54; 55-64; 65-74)
– The number of Maltese nationals and foreign nationals
– The distribution of persons by district
 
3. Use of internet referred to in this news release includes all means of accessing this medium.
 
4. Definitions:
 
Main activities for internet use:

Communication includes sending and/or receiving emails, making calls over the internet, instant messaging and participating in social networks.

Access to information includes reading online news, seeking health-related information, and finding information about goods or services.

Civic and political participation includes expressing opinions on civic or political matters on websites or in social media and taking part in online consultations or voting on civic and political issues.
Professional life includes looking for a job or sending a job application online.
Other online services include selling of goods or services and internet banking.

e-Government users include individuals who obtained information from public authorities or public services over the internet for private purposes, individuals who downloaded or printed official forms, and individuals who submitted completed forms online.
Digital Skills  Indicator 
The digital skills of individuals are measured via the Digital Skills Indicator (DSI). The DSI is a composite indicator covering activities in 5 competence areas:
1.Information and data literacy
2. Communication and collaboration
3. Digital content creation
4. Problem-solving
5.  Safety skills
Individuals who have performed these activities are assumed to have the corresponding skills. Exemplary activities include sending e-mails, using spreadsheet software, managing access to personal data, fact checking, or changing software settings. To achieve a level of at least basic overall digital skills, individuals must have performed at least one activity related to each area.

 
5. Below is a demographic profile of individuals’ population frame used for the purposes of this survey. Population estimates are based on the 2025 population estimates.
Number % population
2023 2024 2025 2023 2024 2025
Sex:    
   Males 225,362 237,534 242,460 53.6 54.2 54.3
   Females 195,095 200,708 204,092 46.4 45.8 45.7
Age Group:
   16-24 47,985 49,002 48,418 11.4 11.2 10.8
   25-34 98,876 106,768 108,255 23.5 24.4 24.2
   35-44 90,648 96,982 101,771 21.6 22.1 22.8
   45-54 68,197 71,169 74,251 16.2 16.2 16.6
   55-64 59,300 58,917 58,349 14.1 13.4 13.1
   65-74 55,451 55,404 55,508 13.2 12.6 12.4
Total 420,457 438,242 446,552 100 100 100

6. More information relating to this news release may be accessed at: 

Sources and methods 
Statistical Concepts 

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8.  European statistics comparable to data in this News Release are available here.

9. A detailed news release calendar is available online.

10. For further assistance send your request through our online request form.

L-Użu tal-ICT mill-Familji: 2025

NR 037/2026
Data tal-Ħruġ: 04 taʼ Marzu 2026

Għamilna titjib fil-metodi tal-aġġustar tad-data tal-Istħarriġ dwar l-Użu tal-ICT mill-Familji. Dan it-titjib għandu jtejjeb ir-reqqa u r-rappreżentanza tar-riżultati. Aktar tagħrif jinsab fl-Avviż taʼ Tagħrif għall-Istampa tat-2 taʼ Marzu 2026.

  • Disgħa minn kull għaxar min-nies taʼ bejn is-16 u l-74 sena użaw l-internet (96.0 fil-mija).
  • 98.9 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet għamlu dan taʼ kuljum.
  • Fl-2025, kważi 80 fil-mija taʼ dawk bejn is-16 u l-74 sena użaw servizzi elettroniċi tal-Gvern.
  • Dawk li użaw l-internet għal kummerċ elettroniku tul l-2025 laħqu l-279,006.
  • Kważi 40 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet fl-eta taʼ bejn is-16 u l-74 sena kellhom aktar minn ħiliet diġitali bażiċi.

L-Użu tal-ICT mill-Familji: 2025

european flag

L-implimentazzjoni tal-Istħarriġ dwar l-Użu tal-ICT mill-Familji fl-2025 kien iffinanzjat bʼmod parzjali mill-Unjoni Ewropea.

Malta flag
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content