Id-Demografija tan-Negozji: 2024
- Ċifri proviżorji għall-2024 juru li fʼMalta kien hawn 60,856 intrapriża, li kienu jħaddmu 275,357 persuna.
- L-intrapriżi fil-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut (Taqsima tan-NACE G); fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (Taqsima tan-NACE M) u fil-Kostruzzjoni (Taqsima tan-NACE F) kienu jiġbru fihom 41.3 fil-mija tal-intrapriżi kollha u kienu jsostnu 32.9 fil-mija tal-impjiegi.
- Fl-2024, 73.2 fil-mija tal-intrapriżi kienu taʼ persuni jaħdmu għal rashom u bi sħubija, filwaqt li 26.4 fil-mija kienu kumpaniji privati (Ltd jew Plc).
- Ċifri proviżorji juru li dawk li jħaddmu kienu jilħqu l-20,152 fʼMalta fl-2024.
Id-Demografija tan-Negozji: 2024
Id-Demografija tan-Negozji: 2024
Din l-istqarrija tal-aħbarijiet hija kkompilata bl-użu tal-unità tal-istatistika tal-’intrapriża’. Din tista’ tkun magħmula minn unità ta’ negozju legali waħda jew aktar, li tipproduċi oġġetti jew servizzi u li għandha ċerta grad ta’ awtonomija fit-teħid tad-deċiżjonijiet (ara nota nru 6 fil-metodoloġija). Ċifri proviżorji għall-2024 juru li f’Malta kien hawn 60,856 intrapriża, żieda ta’ 3.1 fil-mija, jew 1,843 intrapriża, meta mqabbel mal-2023.
Is-settur tal-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut (Taqsima tan-NACE G) kien responsabbli għal 16.0 fil-mija tal-intrapriżi; l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (Taqsima tan-NACE M) kienu responsabbli għal 15.3 fil-mija, filwaqt li l-Kostruzzjoni (Taqsima tan-NACE F) kienet responsabbli għal 9.9 fil-mija (Tabella nru 1, Ċart nru 1).
Meta mqabbel mas-sitwazzjoni fis-sena taʼ qabel, in-negozji żgħar ħafna (mikro) li jħaddmu sa disaʼ persuni żdiedu bi 2.9 fil-mija, filwaqt li n-negozji ż-żgħar li jħaddmu bejn 10 u 49 persuna, żdiedu bʼ7.3 fil-mija. In-negozji taʼ daqs medju li jħaddmu bejn 50 u 249 persuna żdiedu bʼ9.7 fil-mija. In-negozji li jħaddmu 250 persuna u aktar naqsu bi 2.5 fil-mija (Tabella nru 1, Ċart nru 2).
