Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Gradwati: 2024

NR 231/2025
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Diċembru 2025

  • Fl-2024, il-gradwati tal-livell terzjarju bʼkollox laħqu 6,210, żieda taʼ 6.5 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.
  • Ftit aktar minn nofs il-gradwati terzjarji kisbu kwalifika fʼlivell 6 tal-ISCED (Baċellerat jew ekwivalenti) (55.2 fil-mija).
  • Aktar minn nofs il-gradwati fil-livell terzjarju kienu nisa (57.3 fil-mija).
  • Il-maġġoranza assoluta tal-gradwati terzjarji kellhom bejn l-20 u d-29 sena (70.6 fil-mija).
  • Fl-2024, il-qasam ta’ studju tan-‘Negozju, amministrazzjoni u liġi’ kien l-aktar wieħed popolari fost il-gradwati terzjarji – 33.8 fil-mija tal-gradwati kollha fil-livell terzjarju.

Il-Gradwati: 2024

Il-Gradwati: 2024

NR 231/2025
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Diċembru 2025

Fl-2024, il-gradwati fil-livell terzjarju kienu jammontaw għal 6,210 – żieda taʼ 6.5 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.

Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tinkludi gradwati minn korsijiet ta’ edukazzjoni formali b’tul minimu ta’ semestru ta’ studju full-time (jew l-ekwivalenti f’part-time) u li jitwasslu minn Malta. Il-gradwati huma inklużi irrispettivament minn jekk humiex residenti f’Malta jew barra minn Malta. Il-popolazzjoni ta’ istituzzjonijiet edukattivi kkunsidrati tinkludi istituzzjonijiet li jwasslu programmi ta’ edukazzjoni formali minn Malta, kemm online kif ukoll wiċċ imb wiċċ, fil-livell terzjarju.

Aktar minn nofs il-gradwati terzjarji (57.3 fil-mija) kienu nisa. Huma għaddew lill-irġiel fil-livelli kollha tal-edukazzjoni terzjarja għajr għal-livell 8 tal-ISCED (Dottorat jew ekwivalenti), fejn kienu jgħoddu daqs xulxin. Għal kull 100 gradwat raġel, kien hemm 134 gradwata mara. Kien hemm ukoll żieda fl-għadd sħiħ taʼ istituzzjonijiet edukattivi li taw edukazzjoni terzjarja fis-sena taʼ riferenza (ara nota nru 5 fil-metodoloġija) (Ċart nru 1 u 2, Tabella nru 1).

Il-biċċa l-kbira tal-gradwati terzjarji kisbu kwalifika fʼlivell 6 tal-ISCED (Baċellerat jew ekwivalenti) (55.2 fil-mija). Warajhom, 34.4 fil-mija tal-gradwati terzjarji kisbu kwalifika fʼlivell 7 tal-ISCED (Masters jew ekwivalenti) (Tabella nru 1).

Ċart nru 1. Gradwati terzjarji bis-sena u s-sess

Tertiary Graduates Chart

Nota: Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara nota nru 3 fil-metodoloġija.

Ċart nru 2. It-taqsim perċentwali tal-gradwati terzjarji bil-livell tal-edukazzjoni u s-sess

Percentage distribution with percentage tooltip

Noti:

1. Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara nota nru 3 fil-metodoloġija.
2. Għall-klassifikazzjonijiet tal-livelli tal-edukazzjoni (ISCED-2011) ara noti nri 6 u 9 fil-metodoloġija.


Il-maġġoranza tal-gradwati tal-livell terzjarju kienet magħmula minn persuni ta’ bejn l-20 u d-29 sena (70.6 fil-mija). Il-gradwati barranin ammontaw għal 2,136, li jiġu daqs 34.4 fil-mija tal-gradwati kollha fil-livell terzjarju – żieda ta’ 8.2 punti perċentwali fuq is-sena ta’ qabel. Iċ-ċittadini mhux tal-UE kienu jirrapreżentaw l-akbar proporzjon tal-gradwati terzjarji barranin (56.3 fil-mija). Matul l-2024, 78.6 fil-mija tal-gradwati kisbu kwalifika minn kors full-time, filwaqt li gradwati minn korsijiet part-time wrew tnaqqis ta’ 18.7 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel (Ċart nru 3, Tabelli nri 2, 3 u 4).

Ċart nru 3. It-taqsim perċentwali tal-gradwati terzjarji bis-sess u l-grupp tal-età

Industrial Production Chart

 

Nota: Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara nota nru 3 fil-metodoloġija.

Il-gradwati Maltin kienu jagħmlu l-maġġoranza tal-gradwati fʼlivelli 6 (Baċellerat jew ekwivalenti) u 7 tal-ISCED (Masters jew ekwivalenti) (68.7 fil-mija u 71.7 fil-mija, rispettivament), filwaqt li fʼlivelli 5 (edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir) u 8 tal-ISCED (Dottorat jew ekwivalenti), il-maġġoranza tal-gradwati kienu ċittadini barranin (72.8 fil-mija u 67.1 fil-mija, rispettivament) (Tabella nru 5).

Il-qasam ta’ studju tan-‘Negozju, amministrazzjoni u liġi’ kien l-aktar wieħed popolari fost il-gradwati terzjarji fl-2024 u l-gradwati f’dan il-qasam kienu jgħoddu terz tal-gradwati kollha (33.8 fil-mija). Dan il-qasam kien ukoll l-aktar popolari fost il-gradwati f’livelli 6, 7 u 8 tal-ISCED. Wara dawn kien hemm il-gradwati fis-‘Saħħa u l-benesseri’ bi 22.3 fil-mija tal-gradwati. Dan il-qasam kien l-aktar wieħed popolari fost il-gradwati f’livell 5 tal-ISCED. L-‘Agrikoltura, forestrija, sajd u veterinija’ kien il-qasam ta’ studju bl-inqas għadd ta’ gradwati terzjarji, li ammontaw għal 0.4 fil-mija (Tabelli nri 6 u 7).

Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-gradwati terzjarji bil-qasam ta’ studju u ċ-ċittadinanza

Chart 4 – Field of study by citizenship

Noti:

1. Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara nota nru 3 fil-metodoloġija.
2. Għall-klassifikazzjonijiet tal-livelli tal-edukazzjoni (ISCED-2011) u l-oqsma ta’ studju (ISCED-F 2013) ara noti nri 6 u 9 fil-metodoloġija.
3. Il-qasam ta’ studju ‘Programmi u kwalifiki ġeneriċi’ (qasam 00) mhuwiex imdaħħal hawnhekk minħabba li ma kienx hemm gradwati f’dan il-qasam.
4. Il-persentaġġi jistgħu ma jgħoddux għall-mija fil-mija minħabba l-arrotondament.

Il-maġġoranza tal-gradwati f’livelli 5, 6 u 7 tal-ISCED kienu qed jiggradwaw minn istituzzjonijiet immexxija mill-istat, filwaqt li fil-livell 8 tal-ISCED, il-maġġoranza tal-gradwati kienu minn istituzzjonijiet indipendenti. L-oqsma ta’ studju tal-‘Agrikoltura, forestrija, sajd u veterinija’ u tal-‘Edukazzjoni’ kienu fil-biċċa l-kbira magħmulin minn gradwati Maltin (96.0 fil-mija u 93.7 fil-mija, rispettivament) (Ċart nru 4, Tabelli nru 8 u 9).

Fl-2024, 12.9 fil-mija tal-gradwati kisbu kwalifika fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, u l-matematika (STEM). Minn dawn, 534 kienu rġiel filwaqt li 264 kienu nisa. Il-gradwati nisa f’dawn l-oqsma naqsu bi 2.9 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel, filwaqt li l-gradwati rġiel naqsu b’4.1 fil-mija (Ċart nru 5).

Ċart nru 5. L-għadd ta’ gradwati terzjarji fis-STEM bis-sena u s-sess

Chart 5 – STEM graduates by year and sex

Noti:

1. Il-livell terzjarju jirreferi għal-livelli tal-ISCED minn 5 sa 8; ara nota nru 3 fil-metodoloġija.
2. Għall-klassifikazzjonijiet tal-livelli tal-edukazzjoni (ISCED-2011) u l-oqsma ta’ studju (ISCED-F 2013) ara noti nri 6 u 9 fil-metodoloġija.
3. Ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, u l-matematika (STEM) huma magħmulin mill-oqsma tal-ISCED-F 2013 tax-xjenzi naturali, il-matematika, u l-istatistika (qasam 05), it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (qasam 06), u l-inġinerija, il-manifattura, u l-kostruzzjoni (qasam 07).

Methodological Notes

1. Education statistics presented in this news release are processed by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis in accordance with European Regulations (EC) 452/2008 and (EU) 912/2013. These regulations establish the basis of information to be collected from educational institutions at all levels of education and all economic sectors. By adhering to these regulations, all education statistics collected and processed by the NSO are comparable to other European countries following the same regulatory standards.

2. Figures presented in this news release are based on data available as at the cut-off date of 30th September 2025. Statistics published in this release may be subject to revisions.

3. For the purpose of this news release, ‘Graduates’ refers to tertiary graduates who obtained a qualification at ISCED levels 5 to 8 from institutions such as the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), University of Malta (UM), and other public and private further and higher institutions.

4. This news release includes graduates who were enrolled in formal education courses with a minimum duration of one semester of full-time study (or the equivalent in part-time) and that are delivered from Malta (online or face-to-face). This news release excludes graduates in short courses (duration of less than the equivalence of one full-time semester), preparatory programmes and courses not delivered from Malta. Graduates are included irrespective of whether they are residing in Malta or abroad.

5. The population of educational institutions considered for the purpose of this news release include educational institutions having graduates at tertiary level during the respective reference year:

Graduate year Number of institutions
202230
202337
202438

Note: Institutions are considered based on them having graduates at ISCED levels 5 to 8 during the reference year. The formal education tertiary courses considered are those with a minimum duration of one semester of full-time study (or the equivalent in part-time) and that are delivered from Malta (whether online or face-to-face).

6. Definitions and Classifications:

Age is calculated as at 1 January of the reference year. For example, for graduates in 2024, age is calculated as at 1 January 2024.

District of residence is the district where graduates were residing during the academic year, as registered by the institution. Graduates registering a foreign address of residence are reported as ‘foreign residence’, whilst graduates having missing information relating to the district of residence are reported as graduates with an unspecified district.

Fields of study (ISCED Fields of Education and Training 2013): The ISCED Fields of Education and Training 2013 classifies educational programmes and related qualifications by fields of study. A field is the broad domain, branch or area of content covered by an education programme or qualification. For more information refer to the International Standard Classification of Education – Fields of education and training 2013 (ISCED-F 2013).

Formal education is an institutionalised, intentional and planned type of education which is provided by public organisations and recognised private bodies. It consists primarily of initial education designed for children and young people before their first entry into the labour market. It also includes other types of education such as vocational, special needs and adult education provided they are recognised as part of the formal education system by the relevant national education authorities.

Graduates are students who successfully complete an educational programme during the reference year and who were or will be eventually awarded a qualification.

International Standard Classification of Education – ISCED 2011 is a framework for assembling, compiling, and analysing cross-nationally comparable statistics on education. ISCED belongs to the United Nations International Family of Economic and Social Classifications and is the reference classification for organising education programmes and related qualifications by levels and fields of education. ISCED is designed to serve as a framework to classify educational activities as defined in programmes and the resulting qualifications into internationally agreed categories. For more information refer to the ISCED 2011 manual.

For the purpose of this news release, the following tertiary levels of the ISCED 2011 classification were considered:

ISCED 5 – Short-cycle tertiary education
ISCED 6 – Bachelor’s or equivalent level
ISCED 7 – Master’s or equivalent level
ISCED 8 – Doctoral or equivalent level

Science, technology, engineering, and mathematics (STEM) comprise the ISCED-F 2013 fields of natural sciences, mathematics, and statistics (field 05), information and communication technologies (field 06), and engineering, manufacturing, and construction (field 07).

7. Graduates are counted only once in the data. In the case of multiple qualifications by the same person, graduates are weighted according to the intensity of study of their programmes.

8. Education statistics data is provided by NSO to Eurostat on an annual basis in a dedicated questionnaire as established by Regulation (EC) No 452/2008 and (EU) 912/2013.

9. More information relating to this release may be accessed at:

Sources and Methods
Concept and Definitions
ISCED 2011 Level
ISCED Fields of Education and Training 2013
LAU Classification
District Classification

10. Totals/percentages may not add up due to rounding.

11. Figures related to district of residence in year 2022 and 2023 (Table 1) have been revised.

12. European statistics related to graduates are available here.

13. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

14. A detailed news release calendar is available online.

15. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content