Il-Ħaddiema fl-Edukazzjoni: 2024-2025

PDF Aqsam
Abbona għall-aħħar aħbarijiet
Happy teacher during a class at elementary school looking at camera. Her student are learning in the background.

Il-Punti ewlenin

  • Matul is-sena akkademika 2024-2025, l-għadd sħiħ taʼ persuni li jaħdmu fl-edukazzjoni formali laħaq l-20,448, żieda ta’ 1.3 fil-mija meta mqabbel mas-sena akkademika taʼ qabel.
  • L-għalliema fl-iskejjel tal-istat, tal-knisja u tal-privat ammontaw għal 10,664.
  • Il-biċċa l-kbira tal-għalliema kienu nisa, bʼ65.7 fil-mija.
  • L-għalliema fʼistituzzjonijiet immexxija mill-istat kienu jgħoddu 68.6 fil-mija tal-istaff kollu li jgħallem.

Il-Kummentarju

L-għadd sħiħ tal-istaff tat-tagħlim u dak mhux tat-tagħlim fl-edukazzjoni formali matul is-sena akkademika 2024-2025 laħaq l-20,448 – żieda ta’ 1.3 fil-mija meta mqabbel mas-sena akkademika taʼ qabel.

Mill-20,448 ħaddiem fl-edukazzjoni formali, 10,664 minnhom kienu fi rwoli taʼ tagħlim jew akkademiċi, filwaqt li d-9,784 l-oħra kienu fi rwoli li ma kinux taʼ tagħlim dirett jew fi rwoli amministrattivi. Il-biċċa l-kbira, jew 70.2 fil-mija, tal-istaff tat-tagħlim u dak mhux tat-tagħlim kienu nisa (Ċart nri 1 u 2).

Staff Distribution by Sex
Nota: Ara nota nru 12 fil-metodoloġija għat-tifsir tal-gradi tal-istaff tat-tagħlim u tal-istaff mhux tat-tagħlim.
Classroom Teachers and Staff by Academic Year
Nota: Ara nota nru 12 fil-metodoloġija għat-tifsir tal-gradi tal-istaff tat-tagħlim u tal-istaff mhux tat-tagħlim.

L-għalliema u l-istaff akkademiku

Matul is-sena akkademika 2024-2025, l-għalliema u l-istaff akkademiku fl-istituzzjonijiet edukattivi taʼ minn qabel il-primarja sal-livell terzjarju żdiedu bʼ1.9 fil-mija fuq is-sena akkademika taʼ qabel, biex bʼkollox laħqu l-10,664. Mill-istaff kollu tat-tagħlim u dak akkademiku, 27.4 fil-mija kienu akkademiċi fil-livell terzjarju, filwaqt li 23.7 fil-mija kienu għalliema fil-livelli tas-sekondarja għolja u postsekondarja mhux terzjarja. L-akbar sehem taʼ għalliema kienu nisa, bʼ65.7 fil-mija. L-għalliema full-time kienu jgħoddu 79.2 fil-mija tat-total. Tqabbila mas-sena akkademika 2023-2024 turi li l-għalliema u l-istaff akkademiku li mhumiex Maltin żdiedu bi 3.8 fil-mija (Ċart nru 2, Tabelli nri 1 u 2).

Fil-livelli kollha tal-edukazzjoni taħt l-edukazzjoni terzjarja, il-persentaġġ taʼ għalliema u staff akkademiku nisa kien ogħla minn dak tal-irġiel. Fil-livell terzjarju, sehem l-irġiel fl-istaff akkademiku kien akbar minn dak tan-nisa u kien jgħodd 59.5 fil-mija (1,737 persuna). Aktar minn nofs l-għalliema u l-istaff akkademiku full-time kienu jinsabu fl-edukazzjoni sekondarja baxxa, fl-edukazzjoni sekondarja ogħla, u fl-edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja (51.8 fil-mija). Il-maġġoranza tal-għalliema u l-istaff akkademiku part-time kienu jaħdmu fl-edukazzjoni terzjarja (86.0 fil-mija) (Ċarts nri 3 u 4, Tabella nru 3).

Teachers by Education Level
1 Ara nota nru 12 fil-metodoloġija għat-tifsir tal-gradi.
2 Il-livelli ta’ edukazzjoni jirreferu għal-livelli li jgħallmu fihom l-għalliema. Għall-klassifikazzjoni tal-edukazzjoni ara nota nru 11 fil-metodoloġija.

Matul is-sena akkademika ta’ riferenza, 15.5 fil-mija tal-għalliema u l-istaff akkademiku kellhom bejn il-35 u d-39 sena. Warajhom, kien hemm dawk ta’ bejn l-40 u l-44 sena bi 15.1 fil-mija. Il-biċċa l-kbira tal-għalliema u l-istaff akkademiku barrani kienu jaħdmu f’istituzzjonijiet privati – b’41.5 fil-mija tal-għalliema kienu ta’ ċittadinanza barranija. Il-biċċa l-kbira tal-għalliema u l-istaff akkademiku fl-edukazzjoni taʼ minn qabel il-primarja sas-sekondarja ogħla u postsekondarja mhux terzjarja kienu Maltin. Fil-livell terzjarju, 76.1 fil-mija tal-istaff akkademiku kienu Maltin, filwaqt li 23.9 fil-mija kienu barranin (Ċart nru 5, Tabelli nri 4 u 6).

Teachers and Academic Staff by Citizenship
Nota: Ara nota nru 12 fil-metodoloġija għat-tifsir tal-gradi.

Fis-sena akkademika 2024-2025 kien hemm 9.2 studenti għal kull għalliem. L-akbar proporzjon kien irreġistrat fl-iskejjel privati bi 12.3-il student għal kull għalliem, filwaqt li l-inqas proporzjon kien fl-iskejjel tal-istat bi 8.1 studenti għal kull għalliem (Tabella nru 7).

Persuni li jaħdmu fl-edukazzjoni iżda mhux fi rwoli ta’ tagħlim dirett

Matul is-sena akkademika 2024-2025, il-persuni li jaħdmu fl-edukazzjoni iżda mhux fi rwoli ta’ tagħlim dirett kienu jgħoddu mad-9,784, żieda ta’ 0.7 fil-mija meta mqabblin mas-sena akkademika ta’ qabel. In-nisa kienu jifformaw 75.0 fil-mija tal-persuni li ma kellhomx irwoli ta’ tagħlim dirett. Aktar minn nofs dawn il-ħaddiema kienu ‘Assistenti tal-għalliema’, b’total ta’ 5,028, jew 51.4 fil-mija tal-istaff kollu li ma jgħallimx. Barra minn hekk, kien hemm 374 assistent tar-riċerka u 379 persuna oħra li kienu taʼ appoġġ pedagoġiku u taʼ appoġġ għas-saħħa u/jew soċjali fis-sena akkademika 2024-2025 (Ċart nru 2, Tabelli nri 1 u 8).

Madwar terz tal-assistenti tal-għalliema kellhom bejn it-30 u d-39 sena – 32.8 fil-mija. Il-biċċa l-kbira kienu impjegati f’istituzzjonijiet immexxija mill-istat (65.6 fil-mija), u kważi 45 fil-mija tal-assistenti tal-għalliema kienu impjegati fl-edukazzjoni primarja (44.9 fil-mija) (Tabelli nri 9, 10 u 11).

L-għadd sħiħ ta’ persuni fi rwoli ta’ maniġment u maniġment ta’ livell ogħla fl-iskejjel kien jilħaq l-1,486, żieda ta’ 4.0 fil-mija meta mqabbel mas-sena akkademika 2023-2024 (Tabella nru 12).

Tables

Methodological Notes

1. Education statistics presented in this news release are processed by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis in accordance with European Regulations (EC) 452/2008 and (EU) 912/2013. These regulations establish the basis of information to be collected from educational institutions at all levels of education and all economic sectors. By adhering to these regulations, all education statistics collected and processed by the NSO are comparable to other European countries following the same regulatory standards.

2. Figures presented in this news release are based on data available as at the cut-off date of 31 July 2026. Statistics published in this release may be subject to revisions.

3. This news release includes educational personnel working in institutions providing formal education courses with a minimum duration of one semester of full-time study (or the equivalent in part-time) and that are delivered from Malta. Formal education is an institutionalised, intentional and planned type of education which is provided by public organisations and recognised private bodies. It consists primarily of initial education designed for children and young people before their first entry to the labour market. It also includes other types of education such as vocational, special needs and adult education provided they are recognised as part of the formal education system by the relevant national education authorities.

4. Data is collected as at 31 March of the reference academic year.

5. Source of data collected:

● The Ministry for Education and Sport (MES) is the direct source of administrative data for teaching and non-teaching staff in state and church institutions offering pre-primary to post-secondary levels of education, and for teaching staff of private schools from pre-primary to secondary levels of education.
● Private schools are the direct source of non-teaching staff data from pre-primary to tertiary levels of education and teaching staff for post-secondary to tertiary levels of education.
● State schools are the direct source of teaching and non-teaching staff data for post-secondary to tertiary levels of education.

6. During 2024, the NSO focused on fine-tuning the methodology used in the calculation of personnel in State-run institutions in order to address data gaps. These methodological enhancements mainly affected the classification of non-teaching personnel.

7. Staff members are counted only once in the data collection. If staff are assigned to more than one level or grade, or if they have more than one contract, their numbers are pro-rated according to the contractual hours devoted to each programme based on the intensity, level or grade during the academic year. In those cases where the information is unknown, staff are pro-rated in equal shares to each programme, level or grade to which they are assigned during the reference year.

8. Some institutions do not provide information on the level of education in which the staff are employed. For this reason, staff are randomly allocated an International Standard Classification of Education (ISCED) level based on the proportion of students in that particular school.

9. Pupil-teacher ratio is calculated by dividing the number of full-time equivalent pupils and students in each level of education by the number of full-time equivalent teachers at the same level. 

10. Age is calculated as at 1 January of the reference academic year. For example, for academic year 2024-2025, age is calculated as at 1 January 2025.

11. Classifications:

● Broad citizenship: The main citizenship group of the person as recorded by the administrative source.

● Education levels are based on ISCED 2011 classification. For the purpose of this news release:

Pre-primary education: ISCED 02 – Kinder 1 and Kinder 2.
Primary education: ISCED 1 – Year 1 to Year 6.
Lower secondary education: ISCED 2 – Year 7 to Year 9 (Form 1 to Form 3), the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), and public and private institutions at ISCED Level 2.
Upper Secondary and Post-secondary non-tertiary education: ISCED 3, ISCED 4 – Year 10 and Year 11 (Form 4 and Form 5), Sixth Forms, the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), University of Malta, and public and private institutions offering courses at ISCED Levels 3 and 4.
Tertiary education: ISCED 5 to ISCED 8 – the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), University of Malta, and public and private institutions offering courses at ISCED Levels 5 to 8.

● International Standard Classification of Education – ISCED 2011

The International Standard Classification of Education is a framework for assembling, compiling, and analysing cross-nationally comparable statistics on education. ISCED belongs to the United Nations International Family of Economic and Social Classifications and is the reference classification for organising education programmes and related qualifications by levels and fields of education. ISCED is designed to serve as a framework to classify educational activities as defined in programmes and the resulting qualifications into internationally agreed categories. For more information refer to the ISCED 2011 manual or ISCED 2011 classification.

12. Grade descriptions:

Teachers and Academic Staff:

● Teachers/Classroom teachers guide and direct the learning experience of students. Teaching involves planning, organising and conducting group activities whereby students’ knowledge, skills and competencies develop as stipulated by the educational programme in which they participate. Classroom teachers include kindergarten educators, supply kindergarten educators, supply teachers, activity teachers, support teachers, peripatetic teachers, teachers, amongst other grades.
●  Academic staff includes personnel at the tertiary level of education whose primary assignment is instruction. Academic staff may hold an academic rank with titles such as professor, assistant professor, instructor, lecturer, assistant lecturer or the equivalent of these academic ranks.

Non-Teaching Staff:

● Teacher aides and other paraprofessional personnel are personnel who support teachers in providing instruction to students. Teacher aides include Learning Support Educators (LSEs), Supply Learning Support Educators (SLSEs), technical officers, technicians, amongst other technical grades.
● Research assistants cover personnel whose primary purpose is to conduct research.
● Pedagogical support covers professional staff who provide services to students to support their instructional programme. This classification includes guidance counsellors, career advisors, librarians, amongst other grades.
● Health and social support cover all personnel in educational institutions who provide health and social support services to students. This classification includes health professionals such as nurses, health attendants, psychologists, occupational therapists, social workers, amongst others.
● School level management covers professional personnel who are responsible for school management. This classification includes principals, assistant principals, head of departments, head of departments responsible for inclusive education, head of school, assistant head teachers, deans, directors, education officers, amongst others.
● Higher level management covers personnel whose primary responsibility is quality control and the management of the education system at the higher level. Their work may involve direct administration or other functions that support the operation of education institutions. This category includes directors of planning and evaluation, business development managers, senior executives, service managers, amongst other grades.
● School level administrative personnel covers all personnel who support the administration of the schools. This category includes receptionists, secretaries, clerks, bookkeepers, assistants, amongst other similar grades.
● Higher level administrative personnel covers personnel who support the administrative functions of the educational system at the higher level. This category includes grades such as supervisors, managers, consultants, amongst other similar grades.
● Maintenance and operations personnel covers personnel who support the maintenance and operations of the educational institutions. This category includes security guards, cleaning attendants, drivers, handymen, gardeners, general hands, messengers, cooks, food caterers, amongst other grades.

13. In this news release, the terms personnel and staff are used interchangeably.

14. Totals or percentages may not add up due to rounding. 

15. More information relating to this release may be accessed at:

Sources and Methods
Concept and Definitions

16. European statistics related to personnel are available here.

17. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

18. A detailed news release calendar is available online.

19. For further assistance send your request through our online request form.

Skip to content