Is-Servizz taċ-Childcare Mingħajr Ħlas: 2025

PDF Aqsam
Abbona għall-aħħar aħbarijiet

Il-Punti ewlenin

  • Fl-2025, 207 ċentri għall-ħarsien tat-tfal kienu qegħdin joperaw fl-iskema taċ-childcare mingħajr ħlas. Bʼkollox, huma kellhom liċenzja għal 8,609t itfal.
  • Bʼkollox, 9,461 tifel u tifla attendew ċ-childcare mingħajr ħlas f’xi punt waqt l-2025, żieda ta’ 2.0 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.
  • L-attendenza medja fix-xahar għal kull tifel u tifla kienet l-ogħla f’Ottubru, bʼ126.7 siegħa, u l-aktar baxxa fʼDiċembru, bʼ85.6 siegħa. Dawn iċ-ċifri jkopru biss attendenza fl-iskema taċ-childcare mingħajr ħlas, u jeskludu sigħat imħallsin.

Il-Kummentarju

Matul l-2025, 9,461 tifel u tifla għamlu użu mill-iskema taċ-childcare mingħajr ħlas fʼ207 ċentri rreġistrati għall-ħarsien tat-tfal.

Iċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal

Kienu 207 ċentri rreġistrati għall-ħarsien tat-tfal li kienu qegħdin joperaw fl-iskema taċ-childcare mingħajr ħlas matul l-2025. Bʼkollox, dawn iċ-ċentri kellhom liċenzja biex iżommu 8,609t itfal. Meta mqabbel mal-2024, dan huwa żieda ta’ 6.2 fil-mija fl-għadd taʼ ċentri u 5.5 fil-mija fl-ammont massimu ta’ tfal li huma liċenzjati biex iżommu. Aktar minn nofs iċ-ċentri kienu qegħdin fl-inħawi tal-port, bʼ36.7 fil-mija fit-Tramuntana tal-Port u 21.7 fil-mija fin-Nofsinhar tal-Port. F’Għawdex kien hemm l-inqas għadd ta’ ċentri għall-ħarsien tat-tfal irreġistrati fl-iskema taċ-childcare mingħajr ħlas, li kienu jammontaw għal 2.4 fil-mija tat-total fl-2025 (Tabella 1).

Il-biċċa l-kbira taċ-ċentri kellhom kapaċità ta’ daqs medju u kienu jesgħu bejn 30 u 59 tifel u tifla (44.4 fil-mija), filwaqt li 38.6 fil-mija oħra kienu kklassifikati bħala żgħar, b’liċenzja għal inqas minn 30. It-tqassim taċ-ċentri skont id-daqs baqa’ konsistenti meta mqabbel mal-2024. Fl-2025, l-għadd taċ-ċentri privati taċ-childcare kien akbar minn ta’ dawk immexxijin mill-istat, bi 93.2 fil-mija taċ-ċentri kollha fl-iskema ikunu tal-privat. Madankollu, bħala kapaċità, iċ-ċentri mmexxijin mill-istat kienu akbar minn ċentri privati b’kapaċità medja ta’ 70.6 meta mqabblin ma’ 39.5 (Tabelli 1 u 2).

Childcare

Noti:

  1. Ir-riżultati mogħtijin jikkonċernaw ċentri li kienu rreġistrati fl-iskema taċ-childcare mingħajr ħlas u li kienu miftuħin għal mill-inqas jum wieħed matul is-sena ta’ riferenza. Dan mhux bilfors ifisser li ċ-ċentri kollha kienu miftuħin matul is-sena ta’ riferenza kollha.
  2. Għat-tifsiriet tal-kapaċità liċenzjata, il-kapaċità medja u t-tip ta’ ċentru ara nota nru 8 fil-metodoloġija.

It-tfal li kienu qegħdin imorru ċ-ċentri taċ-childcare

Fl-2025, kien hemm b’kollox 9,461 tifel u tifla jattendu ċentri għall-ħarsien tat-tfal fl-iskema taċ-childcare mingħajr ħlas, żieda ta’ 2.0 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Ftit aktar minn nofs it-tfal kienu subien (51.6 fil-mija). F’dik li hija età fi tmiem is-sena ta’ riferenza, l-akbar għadd ta’ tfal kellhom sentejn (34.0 fil-mija), segwiti minn tfal ta’ tliet snin (31.6 fil-mija). L-iżgħar għadd ta’ tfal kien ta’ inqas minn sena (7.4 fil-mija). It-tqassim sħiħ skont l-etajiet baqa’ konsistenti meta mqabbel mal-2024. Il-biċċa l-kbira tat-tfal li bbenefikaw mill-iskema ta’ childcare mingħajr ħlas fl-2025 attendew ċentri privati (94.7 fil-mija), simili għal dak fl-2024 (95.3 fil-mija) (Tabelli nri 3 u 4).

Fejn għandha x’taqsam iċ-ċittadinanza, il-biċċa l-kbira tat-tfal li attendew iċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal fl-iskema taċ-childcare mingħajr ħlas fl-2025 kienu Maltin (73.4 fil-mija). 8.9 fil-mija tat-tfal li attendew iċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal kienu ċittadini oħra tal-UE, filwaqt li 17.7 fil-mija oħra kienu ċittadini mhux tal-UE (Tabelli nri 4 u 5).

Fl-2025, l-akbar għadd ta’ tfal li attendew iċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal fl-iskema kienu joqogħdu fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (26.9 fil-mija). Warajhom kien hemm dawk mid-distrett tat-Tramuntana (21.9 fil-mija) (Tabella nru 4, Mappa nru 1).

Mappa nru 1. L-għadd ta’ tfal li attendew ċentru għall-ħarsien tat-tfal bil-lokalità ta’ residenza: 2025

Mhux it-tfal kollha attendew ċentri għall-ħarsien tat-tfal fl-istess distrett ta’ fejn kienu joqogħdu. L-akbar għadd ta’ tfal li marru fl-istess distrett ta’ fejn joqogħdu kien f’Għawdex (98.2 fil-mija). Warajhom kien hemm dawk li joqogħdu fit-Tramuntana tal-Port (89.0 fil-mija). Min-naħa l-oħra, 57.1 fil-mija biss ta’ dawk li joqogħdu fid-distrett tax-Xlokk attendew ċentri għall-ħarsien tat-tfal fl-istess distrett. Barra minn hekk, 29.0 fil-mija ta’ dawk li kienu joqogħdu fid-distrett tax-Xlokk marru ċentri għall-ħarsien tat-tfal fid-distrett ġar tan-Nofsinhar tal-Port (Tabella nru 6, Mapep nri 1 u 2).

Mappa nru 2. L-għadd ta’ tfal li attendew ċentru għall-ħarsien tat-tfal bil-lokalità taċ-ċentru: 2025

Nota: F’każ meta t-tfal ikunu attendew aktar minn ċentru għall-ħarsien tat-tfal wieħed matul is-sena, titqies il-lokalità taċ-ċentru fejn huma jkunu qattgħu l-akbar numru ta’ sigħat.

L-attendenza fiċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal

L-attendenza tista’ tkun ikklassifikata bħala ta’ intensità għolja jew baxxa meta jitqiesu l-għadd ta’ sigħat kuljum u l-għadd ta’ jiem ta’ attendenza fis-sena. Il-biċċa l-kbira tat-tfal kienu kklassifikati bħala tfal b’użu ta’ intensità għolja (66.5 fil-mija). Dan ifisser li jkunu qabżu l-limitu ta’ sagħtejn kuljum għal 100 jum f’sena. L-għadd ta’ tfal ikklassifikati fil-kategorija ta’ intensità għolja żdied b’5.2 fil-mija meta mqabbel mal-2024 (Tabella nru 7).

Fl-2025, 43.5 fil-mija tat-tfal fiċ-childcare b’xejn kienu qed jużaw is-servizz b’medja ta’ 20-29 siegħa fil-ġimgħa u 32.2 fil-mija oħra kienu qed jużaw is-servizz b’medja ta’ 30-39 siegħa fil-ġimgħa. Fl-2025, 79.1 fil-mija tat-tfal Maltin u 89.6 fil-mija tat-tfal mhux Maltin li jattendu ċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal attendew b’medja ta’ 20 siegħa jew aktar fil-ġimgħa (Tabelli nri 8 u 9, Ċart nru 2).

Nota: Għal aktar tagħrif dwar il-kalkolu tas-sigħat medji fil-ġimgħa mqattgħin fiċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.

Matul is-sena ta’ riferenza, l-għadd ta’ tfal li marru ċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal kien l-akbar f’Settembru (7,264) u l-iżgħar fi Frar (5,831). L-attendenza medja għal kull tifel u tifla laħqet il-quċċata tagħha f’Ottubru b’126.7 siegħa u kienet l-inqas waħda f’Diċembru b’85.6 siegħa. Ix-xejriet ta’ kull xahar kienu konsistenti ma’ dawk li dehru fl-2024 (Tabella nri 10, Ċart nru 3).

Childcare

Nota: Għal aktar tagħrif dwar il-kalkolu tas-sigħat medji ta’ attendenza għal kull tifel u tifla, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.

Filgħodu, l-aktar ħin komuni biex it-tfal jitwasslu fiċ-ċentri kien bejn it-08:00 u 08:59 (37.0 fil-mija), filwaqt li waranofsinhar, l-aktar ħin komuni għal-ġbir tat-tfal kien bejn it-15:00 u 15:59 (23.3 fil-mija) (Ċart nru 4).

Chart 3 - Chart 3. Monthly childcare attendances
Childcare Drop-off and Pick-up Times

Tables

Methodological Notes

1. Data in this news release pertains to children attending childcare centres in 2024 and 2025 through the Free Childcare Scheme. During these reference years, the Free Childcare Scheme was available to all parents or guardians who were employed or pursuing their education, and who had children aged between 0 and 3 years, or until the child became eligible to attend Kinder 1, whichever came first. Further information on eligibility can be obtained from Jobsplus.
 
2. Data used for this release is sourced from Jobsplus registers twice a year.
 
3. The reference period for the information presented is from January to December of the reference year.
 
4. Results presented relate to centres that were registered under the free childcare scheme and that operated for at least one day during the reference year. This does not necessarily mean that all centres were in operation throughout the entire reference year.
 
5. Children are counted if they attended childcare through the free childcare scheme at least once during the reference year.
 
6. Children’s locality of residence is reported as recorded by Jobsplus.
 
7. Children’s citizenship is reported as recorded by Jobsplus. When the child’s citizenship was not available, the citizenship of the parent or guardian was used.
 
8. Definitions:
• Age is calculated as at 31st December of the reference year.

• Average capacity is calculated by dividing the total licenced capacity of all registered childcare centres by the number of registered centres.
• Average hours attended per child is calculated by dividing the total hours spent in childcare during a given month by the number of children who attended childcare in that month.
• Average weekly hours spent in childcare is calculated by dividing the total hours of attendance in the year by the number of weeks in which the child attended childcare.
• Children who entered childcare in 2025 refers to children who started attending childcare during 2025 and had not attended childcare in 2024.
• Children who exited childcare by end 2024 refer to children who were attending childcare during 2024 but did not attend childcare during 2025.
• Intensity: Intensity refers to an attendance threshold of 2 hours per day for 100 days per year, where high intensity refers to attendance above this threshold and low intensity refers to attendance below this threshold. This threshold is defined in the international reporting guidelines of the UNESCO OECD Eurostat (UOE) joint data collection on education statistics.
• Licenced capacity refers to the maximum number of children that a childcare centre is licenced to accommodate during the reference year. For more information on childcare centre capacities, please refer to the registration criteria for early childhood education and care services issued by the Directorate for Quality and Standards in Education.

For the purposes of this news release, centres are categorised into three capacity groups:

                   • Small centres: fewer than 30 children
                   • Medium centres: 30-59 children
                   • Large centres: 60 or more children

• Type of centre refers to the ownership of the childcare centre attended by the children, categorised as either state-owned or privately-owned.

 

9. More information relating to this release may be accessed at:

Spatial divisions

 
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
11. A detailed news release calendar is available online.
 
12. For further assistance send your request through our online request form.
Skip to content