It-Tagħlim tal-Ingliż bħala Lsien Barrani: 2025
Il-maġġoranza tal-istudenti li attendew xi kors tal-ilsien Ingliż fʼMalta kienu ġejjin mill-Italja (23.0 fil-mija), mill-Ġermanja (10.6 fil-mija) u minn Franza (10.4 fil-mija). Bʼkollox, 71.8 fil-mija tal-istudenti kienu ġejjin minn xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) (Tabella nru 1).
L-ammont taʼ ġimgħat li l-istudenti barranin irreġistraw mal-iskejjel tal-Ingliż (ELT) kienu jgħoddu mal-262,255 ġimgħa, żieda taʼ 5,387 ġimgħa meta mqabbel mal-2024. Il-korsijiet bil-preżenza tal-persuna kienu jammontaw għal 99.7 fil-mija tal-ġimgħat kollha tal-istudenti, filwaqt li l-korsijiet online kellhom biss 0.3 fil-mija. L-istudenti qagħdu medja taʼ 3.4 ġimgħat, żieda taʼ 0.3 meta mqabbla mas-sena taʼ qabel (Tabella nru 7). Bʼmedja taʼ 12.1-il ġimgħa, l-istudenti mill-Kolombja kellhom l-akbar għadd taʼ ġimgħat tal-istudenti. Warajhom, kien hemm l-istudenti Ċileni u Sud Koreani li qagħdu 11.9 u 8.6 ġimgħat, rispettivament (Tabelli nri 8 u 9).
Il-parti l-kbira tal-istudenti tal-lingwa kellhom inqas minn 16-il sena u kienu jammontaw għal 29.2 fil-mija tal-għadd kollu tagħhom. Warajhom, kien hemm dawk fl-età taʼ bejn is-16 u s-17-il sena, li kienu jgħoddu 20.9 fil-mija. Studenti taʼ 50 sena u aktar kienu ftit u kienu jgħoddu 7,836. Il-bniet u n-nisa kienu aktar mis-subien u l-irġiel u kienu jgħoddu 63.2 fil-mija tal-istudenti kollha tal-ELT (Tabelli nri 2 u 3, Ċart nru 1).
1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.
Lulju kien ix-xahar meta l-iskejjel bil-liċenzja tal-ELT fʼMalta kellhom l-aktar attendenzi bʼ16.5 fil-mija tal-għadd annwali. Warajh, kien hemm ix-xhur taʼ Awwissu u Marzu, li kellhom 15.8 fil-mija u 9.6 fil-mija tal-attendenzi kollha, rispettivament (Tabella nru 4).
Il-kors bl-akbar għadd taʼ studenti kien il-‘General English: Standard’, li bʼkollox għamluh 55,432 student, jew 72.9 fil-mija. Warajh kien hemm il-korsijiet tal-‘Intensive English’, li għamluhom 19.2 fil-mija tal-istudenti (Tabella nru 5, Ċart nru 2).
1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.
Noti:
1. L-Ingliż għal għanijiet speċifiċi jinkludi l-Ingliż għan-negozju.
2. L-‘Oħrajn’ jinkludu korsijiet bi tħejjija għall-eżaminijiet, lezzjonijiet individwali, taħlita taʼ korsijiet, u korsijiet oħra.
3. It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
L-istaff tal-għalliema fʼdawn l-iskejjel kien jammonta għal 712, bl-akbar għadd tagħhom (24.4 fil-mija) ikun fl-età taʼ bejn it-18 u l-24 sena. L-għalliema nisa laħqu s-67.7 fil-mija tal-istaff kollu (Tabella nru 10). L-istaff mhux tat-tagħlim laħaq is-664, li 70.5 fil-mija tagħhom kienu jaħdmu full-time (Tabelli nri 10 u 11).
1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
1. Data used in this News Release is based on information collected by the Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation which was subsequently analysed by NSO.
2. Data was collected by the ELT Council during the period January 2026-April 2026. All local licensed English Language Teaching (ELT) schools operating in 2025 responded to this questionnaire. A full list of ELT schools can be accessed here.
3. Breakdowns by country are based on the students’ citizenship as provided by the student. Thus, figures for foreign citizens are not directly comparable to other tourism figures published by the NSO.
4. Figures on type of course followed and type of accommodation cannot be compared with data of previous years due to methodological enhancements held in 2020.
5. Definitions:
ELT schools refer to institutions which provide English-related courses for foreign students. More information can be accessed here.
Teaching/Academic staff refer to professional personnel directly involved in teaching students, including teachers, assistant teachers, ELT instructors and other ELT permit holders.
Non-Teaching staff refer to persons employed by educational institutions who have no instructional responsibilities, and do not hold an ELT permit. Examples are school management staff, front office staff, group leaders, administration staff, sales, marketing and reservations staff.
Full-time employment: includes employed persons on a full-time basis.
Part-time employment: includes employed persons whose normal hours are less than those of comparable full-time workers.
Casual employment: includes temporary workers, working irregular hours, who are employed on a part-time basis.
6. Number of student weeks by foreign students is calculated as follows:
7. Average number of student weeks per student is calculated as follows:
8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
9. For further assistance send your request through our online request from.
10. A detailed news release calendar is available online.
It-Tagħlim tal-Ingliż bħala Lsien Barrani: 2025
- L-istudenti barranin, li attendew korsijiet mal-iskejjel illiċenzjati għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT), għamlu 262,255 ġimgħa taʼ tagħlim, żieda taʼ 2.1 fil-mija meta mqabblin mal-2024. L-istaff imħaddem minn dawn l-iskejjel laħaq l-1,376, li ħafna minnhom kienu għalliema (51.7 fil-mija).
- Fl-2025, 76,063 student barrani attendew korsijiet maʼ xi waħda mill-34 skola lokali lliċenzjati għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT), tnaqqis taʼ 4,883 (-6.0 fil-mija) fuq l-2024.
- L-akbar għadd taʼ studenti li attendew xi kors tal-Ingliż kienu taħt is-16-il sena, li laħqu d-29.2 fil-mija. Warajhom, kien hemm dawk fl-età taʼ bejn is-16 u 17-il sena, li kienu jgħoddu 20.9 fil-mija.
