Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Każini tal-Baned: 2024-2025

NR 126/2026
Data tal-Ħruġ: 17 taʼ Lulju 2026

  • Fl-2025, il-każini tal-baned madwar Malta u Għawdex kellhom bʼkollox 26,683 membru, żieda taʼ 4.8 fil-mija jew 1,212-il membru, meta mqabblin mal-2024.
  • In-nisa kienu jagħmlu ftit aktar minn 30 fil-mija tal-imseħbin kollha fil-każini tal-baned, bl-akbar sehem tagħhom kien fost l-aljievi.
  • L-akbar għadd taʼ bandisti tal-post kien qiegħed fir-reġjun tax-Xlokk, bʼ440 wieħed, jew 21.6 fil-mija tagħhom.
  • Aktar minn 400 għalliem ikkwalifikat kienu attivi fʼerbaʼ dixxiplini mużikali fl-2025.
  • Fl-2025, il-każini tal-baned irrappurtaw nefqa kurrenti sħiħa li taqbeż id-9.2 miljuni, filwaqt li d-dħul kurrenti sħiħ kien stmat għal €11.8-il miljun.

Il-Każini tal-Baned: 2024-2025

Il-Każini tal-Baned: 2024-2025

NR 126/2026
Data tal-Ħruġ: 17 taʼ Lulju 2026

Fl-2025, 91 każin tal-banda madwar Malta u Għawdex kellhom bʼkollox 26,683 membru. Din hija żieda ta’ 4.8 fil-mija, jew 1,212-il membru, meta mqabbel mal-2024.

Fl-2025, kien hemm 2,038 bandist tal-post u 2,040 aljiev mal-każini kollha tal-baned. Il-membri tal-kumitati kienu jgħoddu 1,085, filwaqt li l-membri ordinarji laħqu l-21,520. Dan juri sħubija sħiħa taʼ 26,683 persuna fl-2025. L-għadd kollu tal-membri żdied bʼ4.8 fil-mija, jew 1,212-il membru, meta mqabbel mal-2024. Kien hemm żidiet fil-kategoriji kollha tas-sħubija (Tabella nru 1 u Ċart nru 1).

Band clubs 1


In-nisa għoddhom laħqu terz tal-membri kollha tal-każini ta-banda kemm fl-2024 kif ukoll fl-2025. Sehem in-nisa kien l-ogħla fost l-aljievi bi 38.2 fil-mija fl-2024 u bi 38.5 fil-mija fl-2025, u l-aktar baxx fost il-membri tal-kumitati bi 12.8 fil-mija fl-2024 u bi 13.7 fil-mija fl-2025 (Tabella nru 2).

Number of band clubs

Għoddhom il-każini kollha tal-baned (95.6 fil-mija) kellhom Kummissjoni tal-Banda (Kummissjoni Banda). It-tieni l-aktar kumitat komuni kien il-Kumitat taż-Żgħażagħ (71.4 fil-mija); warajhom kien hemm il-Kumitati tan-Nar (53.8 fil-mija). Kumitati oħra stabbiliti kienu jinkludu dawk tan-Nisa (44.0 fil-mija), tat-Tfal (30.8 fil-mija), tal-Armar tat-Toroq (28.6 fil-mija), tal-Midja (14.3 fil-mija), u tal-attivitajiet tal-Ġimgħa l-Kbira (6.6 fil-mija) (Tabella nru 3 u Ċart nru 2).

Fl-2025, l-għadd taʼ bandisti tal-post telaʼ għal 2,038, żieda ta’ 6.3 fil-mija mill-1,918 fl-2024. Bl-istess mod, l-aljievi telgħu bi 8.7 fil-mija, u laħqu l-2,040 mill-1,876 fis-sena taʼ qabel. Id-distrett tax-Xlokk irreġistra l-ogħla għadd kemm ta’ bandisti tal-post kif ukoll taʼ aljievi mid-distretti kollha. Dawn kienu jammontaw għal 21.6 fil-mija tal-bandisti tal-post kollha u 39.5 fil-mija tal-aljievi kollha, rispettivament. Il-bandisti rġiel baqgħu jgħaddu lin-nisa fiż-żewġ kategoriji. Minkejja dan, l-għadd ta’ bandisti nisa żdied kemm fost tal-post kif ukoll fost dawk li qed jitħarrġu meta mqabbel mal-2024, u dan juri tkabbir kontinwu fʼsehem in-nisa fil-każini tal-baned (Tabelli nri 4 u 5).

L-għadd taʼ għalliema tal-mużika kkwalifikati żdied minn 386 fl-2024 għal 417 fl-2025, żieda ta’ 8.0 fil-mija. Fis-sentejn taʼ riferenza, l-akbar sehem ta’ għalliema kienu speċjalizzati fit-teorija; warajhom kien hemm dawk fl-istrumenti tar-ram u tal-injam. Il-biċċa l-kbira tal-għalliema kkwalifikati kienu jinsabu fʼMalta, filwaqt li Għawdex kien jirrappreżenta sehem relattivament żgħir iżda stabbli fid-dixxiplini mużikali kollha (Tabella nru 6).

Il-każini tal-baned tellgħu ʼl fuq minn 1,300 rappreżentazzjoni matul l-2025, li għoddhom terz minnhom saru barra mil-lokalità tal-każin jew barra minn Malta (Tabella nru 7). Il-voluntieri baqgħu jaqdu rwol siewi fl-appoġġ għall-attivitajiet tal-każini tal-baned. Meta mqabbel mal-2024, l-għadd taʼ voluntieri regolari żdied bʼ4.8 fil-mija, filwaqt li l-voluntieri li jgħinu fi żminijiet speċifiċi żdiedu bʼ5.9 fil-mija. Iż-żieda fost il-voluntieri dehret kemm fl-irġiel kif ukoll fin-nisa (Tabella nru 8).

Il-każini tal-baned taw ukoll tagħlim tal-mużika lill-istudenti fl-etajiet kollha.  Fis-sentejn taʼ riferenza, l-akbar sehem taʼ studenti kien tal-grupp ta’ bejn l-10 u s-17-il sena. Fl-2025, dan il-grupp ta’ età kellu 775 student, li jiġu daqs 38.0 fil-mija tal-istudenti kollha li kienu qed jieħdu tagħlim il-mużika (Ċart nru 3).

Highcharts Example

Fl-2025, il-membri tal-kumitati fʼMalta kienu jammontaw għal 88.2 fil-mija tat-total, filwaqt li dawk fʼGħawdex u Kemmuna kienu jirrappreżentaw il-11.8 fil-mija l-oħra (Ċart nru 4). Il-biċċa l-kbira tal-membri tal-kumitati (39.9 fil-mija) kellhom kwalifiki ta’ livell sekondarju; warajhom kien hemm dawk bi kwalifiki postsekondarji (30.0 fil-mija) u dawk bi kwalifiki terzjarji (25.1 fil-mija). Għawdex u Kemmuna kellhom l-ogħla proporzjon taʼ membri tal-kumitati b’edukazzjoni terzjarja (33.6 fil-mija); warajhom kien hemm dawk tad-distrett tat-Tramuntana (30.2 fil-mija) (Tabelli nri 9 u 11).

Committee members

In-nefqa kurrenti kollha tal-każini tal-baned matul l-2025 kienet stmata għal aktar minn €9.2 miljuni, filwaqt li n-nefqa kapitali għoddha laħqet iż-€2.5 miljuni. It-taqsim tad-distretti wera li d-distretti tax-Xlokk u tan-Nofsinhar tal-Port kellhom l-akbar ishma tan-nefqa, b’31.3 fil-mija u bi 17.6 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 12).

Fl-2025, id-dħul kurrenti kollu rrappurtat mill-każini tal-baned kien stmat għal €11.8-il miljun. Il-każini tal-baned fid-distrett tax-Xlokk irreġistraw l-ogħla sehem tad-dħul kollu (27.3 fil-mija), filwaqt li dawk fid-distrett tat-Tramuntana rreġistraw l-aktar sehem baxx (8.9 fil-mija) (Tabella nru 13).

Methodological Notes

1. This survey on band clubs was conducted between February and March 2026 with reference to the calendar years 2024 and 2025 through a self completed questionnaire. The survey covered all 91 registered band clubs operating in Malta and Gozo during the reference period.

2. A census approach was adopted for this survey. Responses were received from all 91 band clubs, resulting in a response rate of 100.0 per cent for both reference years.

3. During the validation process, inconsistent, incomplete or missing information was verified through follow-up communication with respondents. Where clarification could not be obtained, the missing values were imputed using appropriate statistical estimation methods to ensure the completeness and consistency of the dataset.

4. The data presented in this news release are considered final. Nevertheless, minor revisions may be introduced should additional validated information become available.

5. The statistics presented in this release are based on information reported by band clubs. As with any self-reported survey, the results may be subject to reporting errors or omissions. The National Statistics Office applied standard validation and quality assurance procedures to minimise such errors.

6. Totals may vary due to rounding.

7. Definitions

● A band club is a voluntary organisation established to promote musical and cultural activities through the operation of a wind, and brass band, the provision of music education and training, and the organisation of social, cultural, religious, and community events.

Categories of band club membership include:

● Resident band player: A musician who regularly performs with the band club as part of its musical ensemble.

● Trainee band player: A person receiving musical training provided by or through the band club, with the aim of participating in the band’s musical activities.

● Committee member: A person holding a formal role within a band club’s committee and involved in the administration, management or organisation of the club and its activities.

● Other band club member: A member who participates in or supports the social, cultural and community activities of the band club.

●  Volunteer: A person who contributes time, skills or services to support the activities and operations of a band club without receiving financial remuneration.

 Income:

Includes donations and fundraising proceeds, national and European funding, rental income from property, and proceeds from the sale of capital assets such as buildings, land, machinery, and musical instruments.

 Expenditure:

● Current expenditure is defined as production-related expenses, property income, and transfer payments.

● Capital expenditure comprises capital transfers, in the form of investment grants and other capital transfers, as well as investment expenditure. 

8. A detailed news release calendar is available online.

9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.  
 
10. For further assistance send your request through our online request form.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content