Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Istatistika dwar il-Libreriji: 2025

NR 113/2026
Data tal-Ħruġ: 01 taʼ Lulju 2026

Tagħrif amministrattiv mogħti minn Libreriji Maltin wera li s-self kollu tal-kotba, inkluż dawk diġitali, laħaq is-706,275 fl-2025. Dan huwa tnaqqis ta’ 4,124 jew 0.6 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.
Book,Stack,On,Wood,Desk,And,Blurred,Bookshelf,In,The

Fl-2025, il-libreriji pubbliċi kellhom tnaqqis fil-ksib u s-self tal-kotba, u fil-membri ġodda meta mqabblin mas-sena ta’ qabel. Il-ksib tal-kotba mil-libreriji pubbliċi ammonta għal 38,548, tnaqqis ta’ 10.0 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Dan it-tnaqqis kien ġej l-aktar minn tnaqqis mill-ksib ta’ kotba stampati b’donazzjonijiet u xiri, li naqsu b’5,401 ktieb (21.0 fil-mija) u 394 ktieb (3.5 fil-mija), rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-ksib tal-kotba diġitali żdied b’1,494 ktieb, jew 25.5 fil-mija. Is-self kollu tal-kotba, inklużi dawk diġitali, naqas b’0.6 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel. Dan it-tnaqqis ġie minn tnaqqis fis-self mil-Librerija Pubblika Ċentrali ta’ Malta (6.5 fil-mija) u mil-libreriji reġjonali f’Malta (9.2 fil-mija). Bil-maqlub ta’ dan, is-self żdied fil-libreriji tal-fergħat f’Malta (0.2 fil-mija), f’Għawdex (6.5 fil-mija), fil-Librerija Pubblika Ċentrali ta’ Għawdex (17.8 fil-mija) u għall-kotba diġitali (7.9 fil-mija) (Tabella nru 1, Ċart nru 1).

Highcharts Dual Axis Chart

Fl-2025, il-membri ġodda tal-libreriji pubbliċi laħqu s-7,380, liema ċifra hija tnaqqis ta’ 7.2 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Bħas-sena ta’ qabel, ftit aktar minn nofs dawn il-membri ġodda kellhom anqas minn 18-il sena (54.3 fil-mija), għad li dan il-persentaġġ niżel ftit fl-2025 (Tabella nru 2, Ċarts nri 2 u 3).

Highcharts Horizontal Bar Chart

Meta wieħed iqis biss il-kotba stampati, id-distretti tan-Nofsinhar tal-Port, tat-Tramuntana tal-Port u tax-Xlokk kellhom tnaqqis fl-għadd ta’ kotba missellfin mil-libreriji pubbliċi tal-lokalitajiet tagħhom. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port irreġistra l-akbar tnaqqis, b’9.3 fil-mija. Dan kien ġej l-aktar minn tnaqqis fis-self fl-Imsida (65.8 fil-mija), f’Tas-Sliema (52.6 fil-mija), f’Ħal Qormi (19.5 fil-mija) u f’Birkirkara (14.0 fil-mija). Min-naħa l-oħra, id-distretti tal-Punent, tat-Tramuntana u ta’ Għawdex u Kemmuna rreġistraw żidiet fl-għadd ta’ kotba missellfin mil-libreriji pubbliċi fil-lokalitajiet tagħhom. Id-distrett ta’ Għawdex irreġistra l-ogħla żieda, b’9.7 fil-mija. Dehru żidiet fis-self tal-kotba f’Il-Qala (55.3 fil-mija), f’Iż-Żebbuġ (33.0 fil-mija), f’Ir-Rabat Għawdex (17.8 fil-mija), f’Ta’ Sannat (16.5 fil-mija), f’Ix-Xewkija (11.4 fil-mija), f’Għajnsielem (9.1 fil-mija) u f’In-Nadur (8.0 fil-mija) (Tabella nru 3).

L-għadd ta’ kotba u rivisti li waslu għand il-Librerija Nazzjonali ta’ Malta b’depożitu legali laħaq l-1,538, li huwa żieda ta’ 30.3 fil-mija meta mqabbel mal-2024. Bħas-snin li għaddew, l-għadd ta’ kotba qabeż l-għadd ta’ rivisti (Tabella nru 4).

Drag to view in full

L-Istatistika dwar il-Libreriji: 2025

NR 113/2026
Data tal-Ħruġ: 01 taʼ Lulju 2026

Book,Stack,On,Wood,Desk,And,Blurred,Bookshelf,In,The
  • Is-self kollu tal-kotba fl-2025, li jgħodd ukoll il-kotba diġitali, laħaq is-706,275. Dan huwa tnaqqis ta’ 4,124 jew 0.6 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel.
  • Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port kellu l-akbar tnaqqis fis-self tal-kotba, bi tnaqqis taʼ 9.3 fil-mija, filwaqt li d-distrett ta’ Għawdex u Kemmuna rreġistra l-akbar żieda, u tela’ b’9.7 fil-mija.
  • Il-libreriji pubbliċi irreġistraw 7,380 membru ġdid fl-2025, tnaqqis ta’ 7.2 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel.

L-Istatistika dwar il-Libreriji: 2025

Methodological Notes

1. Malta Libraries is the public entity which took over the functions of the Libraries Department in 2011. It is responsible for the Malta and Gozo National Libraries, the Central Public Library, the Regional Libraries, the Branch Libraries and the Gozo Public Libraries. Of the 56 public libraries across Malta and Gozo, it is the Central Public Library in Floriana and the Gozo Central Public Library in Rabat (Gozo) that hold the largest collections, along with the other 7 Regional Libraries and 47 Branch Libraries.

2. The Regional Libraries are located at Birgu, Birkirkara, Luqa, Mosta, Raħal Ġdid, Qormi and Rabat. Like the Central Public Library, these libraries open daily and their main purpose is to extend the Central Public Library’s main services around Malta. The Branch Libraries are situated in  several towns and villages throughout the island. These are usually located either in state schools or in the respective Local Councils. They offer the same collections as those of the Central Public Library and Regional Libraries, but on a much smaller scale. Each Branch Library has its own specific opening hours schedule that mainly suits the needs of the town/village in question.

3. With reference to Table 2, from 2019 the new members in the Intermediate 14-17 age group are calculated by taking into account the enrolment of secondary school students as part of the migration process of school libraries onto the Malta Libraries platform.

4. Definitions

● An e-book is defined as a recognizably “book-like” publication made available in a digital format. This electronic reading material can be accessed, read, and borrowed on any screen-enabled device, such as smartphones, tablets and computers.
● A periodical is defined as any continuously published material issued at regular or stated intervals. This includes magazines, newspapers, and scholarly journals

5. A detailed news release calendar is available online.

6. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.  
 
7. For further assistance send your request through our online request form.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content