L-Istatistika taċ-Ċinemas: 2025
Fl-2025, kien hemm sitt stabbilimenti taċ-ċinema li kellhom b’kollox 23 skrin u kapaċità ta’ 3,872 post bilqiegħda (Tabelli nri 1 u 2). Minn dawn is-sitt ċinemas, tnejn jinsabu f’Għawdex.
Is-sena li għaddiet kienu murija b’kollox 385 titlu ta’ film fi 30,207 wirja, u għaldaqstant dan jammonta għal medja ta’ 78 wirja għal kull film. Għall-wiri ta’ dawn il-films, is-swali taċ-ċinemas irreġistraw udjenza ta’ 513,276. Il-produzzjonijiet Maltin, li ħafna minnhom kienu tax-xorta tal-films qosra aktar milli ta’ films prinċipali, kellhom 10,882 entratura b’total ta’ dħul gross li laħaq il-€75,654 fʼ280 wirja. Min-naħa l-oħra, produzzjonijiet barranin, li minbarra l-films tradizzjonali kienu jinkludu wkoll iċ-ċinema tal-avvenimenti, kellhom 502,394 entratura b’total ta’ dħul gross li ammonta għal €4,133,600 fʼ29,927 wirja (Tabella nru 4a).
Matul l-2025, l-udjenzi taċ-ċinema kellhom għażla ta’ 385 titlu differenti ta’ films, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu films taʼ finzjoni. Dawn il-films ġibdu lejhom 68.2 fil-mija tal-entraturi kollha (Tabella nru 8).
L-aktar films popolari kienu ‘Lilo and Stitch’, ‘A Minecraft Movie’ u ‘The Conjuring: Last Rites’, li rreġistraw 7.0 fil-mija, 5.6 fil-mija u 3.5 fil-mija tal-entraturi kollha, rispettivament (Tabella nru 9).
Il-biċċa l-kbira tal-films murija fiċ-ċinemas kienu kklassifikati bħala “PG”, “12A” u “15” fʼtermini tal-klassifikazzjoni tal-età. Fil-fatt, 36.4 fil-mija tal-films ipprojettati fl-2025 kienu kklassifikati bħala “15”, 21.3 fil-mija kienu kklassifikati bħala “12A” u 19.2 fil-mija kienu kklassifikati bħala ‘PG’ (Tabella nru 10).
Fl-2025, 57.4 fil-mija tal-films murija damu bejn 76 u 120 minuta (Tabella nru 11). Il-wirjiet tat-tip “Live/Encore”, inklużi opri, balletti, u teatru, kellhom l-itwal ħin b’medja ta’ 135 minuta. Min-naħa l-oħra, il-films taʼ animazzjoni kellhom l-iqsar ħin ta’ dewmien bʼmedja ta’ 90 minuta (Ċart nru 6).
Is-sena l-oħra, iċ-ċinemas ħaddmu medja ta’ 101 persuna, li l-maġġoranza tagħhom kienu mqabbdin fuq bażi part-time (Tabella nru 12).
L-Istatistika taċ-Ċinemas: 2025
- L-għadd taʼ stabbilimenti taċ-ċinema kienu sitta, li kellhom b’kollox 23 skrin, filwaqt li d-dħul gross mill-bejgħ tal-biljetti laħaq l-€4,209,254.
- L-aktar films popolari kienu ‘Lilo and Stitch’, ‘A Minecraft Movie’ u ‘The Conjuring: Last Rites’, li rreġistraw 7.0 fil-mija, 5.6 fil-mija u 3.5 fil-mija tal-entraturi kollha, rispettivament.
- Il-produzzjonijiet Maltin, li ħafna minnhom kienu tax-xorta tal-films qosra aktar milli ta’ films prinċipali, kellhom 10,882 entratura b’total ta’ dħul gross mill-biljetti li laħaq il-€75,654.
- Bħala medja, il-maġġoranza tal-films damu bejn 76 u 120 minuta. Dawn iġibu 57.4 fil-mija tal-films murija fl-2025.
- Il-wiri tal-films taʼ ‘Finzjoni (mhux Animazzjoni)’ laħaq is-60.3 fil-mija fost il-ġeneri kollha murija fiċ-ċinema bħala films ġodda.
L-Istatistika taċ-Ċinemas: 2025
Tables
Tables
Methodological Notes
1. A cinema establishment is defined as a fixed commercial business installation primarily engaged in the commercial projection of cinematographic audio-visual works (in 35mm and/or digital format using a minimum of 1.3K resolution), through a regular film programming schedule and ticketing system.
2. Information in this news release was obtained through a survey carried out among all active cinema establishments in Malta and Gozo during the reference year 2025.
3. In this survey:
● a film title refers to a single film that is screened across the various cinema establishments;
● a film show, also includes feature films; short films; opera, ballet and theatre performances broadcasted from foreign theatres; music concerts broadcasted from abroad; and art exhibitions on screen etc.;
● a screening refers to the number of times a film title is shown in the Maltese Islands irrespective of the cinema establishment which projects it.
4. Film details were verified with the Europa Cinemas and IMDB websites.
5. The survey is dependent on the information provided to the NSO by respondents. While every effort has been made to minimise the extent of under-reporting, the NSO is not responsible for inaccuracies that may emerge as a result of such under-reporting.
6. Totals may not add up due to rounding.
7. The data in this release should be considered as final, although minor revisions may be necessary subject to further provision of data.
8. A detailed news release calendar is available online.
9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
10. For further assistance send your request through our online request form.
