Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Biedja: 2024

NR 167/2024
Data tal-Ħruġ: 24 taʼ Settembru 2025

Sa tmiem l-2024, il-valur totali tal-produzzjoni agrikola kien stmat li żdied bʼ1.6 fil-mija meta mqabbel mal-2023; filwaqt li l-valur miżjud gross żdied b’4.1 fil-mija.

Ċifri proviżorji dwar il-valur tal-produzzjoni agrikola lokali mibjugħa matul l-2024 juru li din kienet ta’ €140.7 miljun, żieda ta’ 1.6 fil-mija fuq l-2023; filwaqt li l-konsum intermedju mħallas mill-azjendi agrikoli li qed joperaw fil-qasam żdied bʼ0.2 fil-mija għal total ta’ €87.1 miljun. B’hekk, il-valur miżjud gross żdied fuq is-sena l-oħra b’4.1 fil-mija biex laħaq bʼkollox it-€53.6 miljun. Barra minn hekk, l-ispiża marbuta mad-diprezzament tal-mezzi tal-kapital fiss li ġew użati mill-bdiewa għall-qligħ tagħhom żdiedet bʼ1.4 fil-mija għal total ta’ €7.2 miljuni, filwaqt li n-nefqa totali fuq il-pagi żdiedet b’29.7 fil-mija biex laħqet it-€8.6 miljuni.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna finanzjarja mogħtija lis-settur matul is-sena taʼ riferenza, it-total ta’ assistenza li ngħatat kemm mill-programmi ffinanzjati mill-UE kif ukoll mill-fondi tal-Gvern żdiedet bʼ10.1 fil-mija, minn €23.4 miljun fl-2023 għall-€25.8 miljun fl-2024. Għaldaqstant, il-qligħ operattiv nett tas-settur żdied bi 3.9 fil-mija għal €63.6 miljun. Meta jitqies id-dħul nett negattiv ta’ €1.0 miljun, li hu marbut mal-użu taʼ proprjetà agrikola u li kien imħallas mill-azjendi agrikoli matul l-2024, id-dħul intraprenditorjali nett li ġie rreġistrat minn dan is-settur huwa stmat li żdied bʼ4.0 fil-mija għal €62.6 miljun (Tabella nru 1, Ċarts nri 1 u 2).

Ċart nru 1. Il-produzzjoni agrikola, il-konsum intermedju u l-valur miżjud gross

fʼeluf taʼ ewro

Output / Intermediate / GVA

Ċart nru 2. Id-dħul intraprenditorjali nett tas-settur tal-biedja, bis-sena

fʼeluf taʼ ewro

Net entrepreneurial income – Agriculture

Iż-żieda fil-valur tal-produzzjoni agrikola ġiet minn valur ogħla ta’ biegħa ta’ prodotti tal-laħam, minn prodotti miksuba minn attivitajiet sekondarji tal-istess azjendi kif ukoll mill-bejgħ taʼ prodotti li huma miksuba mill-annimali li kienu ta’ 6.1 fil-mija, 4.5 fil-mija u 2.8 fil-mija, rispettivament. Dan it-titjib ġie parzjalment imdgħajjef minn valur ta’ biegħa aktar baxx ta’ ħaxix u frott ta’ 2.6 fil-mija (Tabella nru 2 u Ċart nru 3).

Ċart nru 3. Is-sehem perċentwali tal-produzzjoni agrikola bil-kategorija tal-prodott u s-sena

Min-naħa tal-infiq, il-konsum intermedju mħallas mill-azjendi agrikoli rreġistra infiq ogħla fuq spejjeż varji u fuq spejjeż marbuta mal-enerġija u l-fjuwil li laħqu t-3.2 fil-mija u 0.8 fil-mija, rispettivament.  Dawn l-ispejjeż kienu parzjalment imtaffija minn tnaqqis ta’ 5.1 fil-mija u 0.5 fil-mija fuq it-tkabbir ta’ ħaxix u frott u magħlef tal-bhejjem, rispettivament (Tabella nru 3 u Ċart nru 4).

Ċart nru 4. Il-konsum intermedju tal-biedja bil-kategorija u s-sehem relattiv tal-ispiża kollha: 2024

Methodological Notes

1.      The data published in this release is based on the methodologies for the Economic Accounts for Agriculture and Forestry (EAA/EAF 97, Rev. 1.1).

2.      Data on the generated output of agriculture is collected from various sources. Both the civil abattoir and the private slaughterhouses provide monthly slaughtering statistics by type of animal. The Malta Food Agency provides data on the volume and wholesale value of fruit and vegetables sold by the farmer, the Rural Affairs Department provides administrative data on the activity of wineries, whereas the Agriculture and Rural Payment Agency provides data on subsidies. Separately, the NSO collects statistical data through an annual census on the quantity and value of tomatoes picked for processing, while it also makes use of other available data sources for the estimation of some other specific variables in this release.

3.      Data on intermediate consumption is based on compilations whose sources are administrative records and input price indices that are collected on a quarterly basis from the retail businesses that cater for the agricultural sector.

4.      The Economic Accounts and the other economic indicators published in this release refer to a complete calendar year.

5.      The data in this release is provisional and subject to revision. Updates are carried out annually in respect of a rolling two-year period.

6.      Definitions:

●  Output represents the total value of agricultural produce generated through agricultural activity over an entire calendar year period.

Intermediate consumption represents the value of specifically classified goods and services used as inputs in agricultural production processes, with the exception of some specific items which, by methodology, are classified elsewhere.

Gross value added of the agricultural activity is the value of output less intermediate consumption by all the agricultural holdings before deducting any incurred gross fixed capital consumption (i.e. depreciation of fixed assets).

Net entrepreneurial income measures the net operating surplus of the agricultural holding with the addition of any net property income (i.e. after adding and deducting any transactions such as rents and interest).

7.      More information relating to this news release may be accessed at:

Metadata
Statistical concepts

8.      A detailed news release calendar is available online.

9.    References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

10.    For further assistance send your request through our online request form.

 

Il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Biedja: 2024

NR 167/2024
Data tal-Ħruġ: 24 taʼ Settembru 2025

  • Fl-2024, il-produzzjoni milħuqa mis-settur agrikolu lokali żdiedet bʼ1.6 fil-mija meta mqabbla ma’ dik imkejla fis-sena ta’ qabel u laħqet il-valur taʼ €140.7 miljun.
  • Il-konsum intermedju tal-ispejjeż ewlenin imħallsa mis-settur tul il-proċessi varji tal-produzzjoni żdied marġinalment bʼ0.2 fil-mija għal total ta’ €87.1 miljun fl-2024.
  • Il-valur miżjud gross tas-settur agrikolu żdied b’4.1 fil-mija biex laħaq it-€53.6 miljun.

Il-Kontijiet Ekonomiċi għall-Biedja: 2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content